1983R2807 — MT — 11.11.2005 — 009.002
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2807/83 tat-22 ta' Settembru 1983 (ĠU L 276, 10.10.1983, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 473/89 ta' l-24 ta' Frar 1989 |
L 53 |
34 |
25.2.1989 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2945/95 ta' l-20 ta' Diċembru 1995 |
L 308 |
18 |
21.12.1995 |
|
|
L 50 |
17 |
20.2.1998 |
||
|
L 196 |
3 |
14.7.1998 |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 2737/1999 tal-21 ta' Diċembru 1999 |
L 328 |
54 |
22.12.1999 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1965/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 |
L 268 |
23 |
9.10.2001 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1804/2005 tat-3 ta' Novembru 2005 |
L 290 |
10 |
4.11.2005 |
|
Emendat bi:
|
L 302 |
23 |
15.11.1985 |
||
|
C 241 |
21 |
29.8.1994 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2807/83
tat-22 ta' Settembru 1983
li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-reġistrazzjoni ta' informazzjoni dwar il-qabdiet ta' ħut ta' l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi tas-sajd ( 1 ),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 tad-29 ta' Lulju 1982 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti ta' l-Istati Membri ( 2 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 jistabbilixxi li l-kaptani ta' bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta', jew huma rreġistrati fi, Stat Membru għandhom iżommu reġistru ta' l-operazzjonijiet tas-sajd tagħhom;
Billi r-reġistri standardizzati għandhom jiżguraw konformità fil-Komunità kollha mal-miżuri ta' konservazzjoni adottati u għandhom iwasslu għal sorvelljanza aktar effettiva tar-regoli kurrenti, kif ukoll għandhom jiffaċilitaw l-analiżi xjentifika ta' l-istimi tal-ħażniet tal-ħut u ta' l-isfruttar tagħhom;
Billi, sabiex jiġi garantit il-ħarsien tal-kwoti allokati lil kull Stat Membru, il-kaptan għandu jimla' prospett dwar il-ħut imniżżel l-art jew trasbordat li jkun juri l-kwantitajiet attwalment imniżżla l-art jew trasbordati;
Billi din l-informazzjoni għandha tintbagħat sistematikament, b'mezzi xierqa, fil-każijiet meta t-ta' l-Ħatt fuq fl-art jew it-trasbord isir wara 15-il jum wara l-qabda;
Billi l-Kumitat li Jamministra r-Riżorsi tas-Sajd ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu ta' żmien iffissat mill-President tiegħu,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul tagħhom kollox ma' kollox jeċċedi l-10 metri għandhom jirrekordjaw it-tagħrif li għalih jirreferi l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fir-reġistru tagħhom skond il-mudell muri fl-Anness I, għaż-żoni kollha tas-sajd ħlief dawk kompriżi f'NAFO 1 u ICES V(a) u XIV, u skond il-mudell muri fl-Anness II, għal dawn iż-żoni ta' l-aħħar. Iżda, l-mudell muri fl-Anness IIa jista' jintuża għall-operazzjonijiet tas-sajd imwettqa esklussivament fil-Mediterran minn kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul tagħhom kollox ma' kollox ma' jeċċedix 18-il metru u li jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta' kull jum f'żona tas-sajd waħda.
2. Ir-reġistru muri fl-Anness I, II jew IIa għandu wkoll jinżamm bil-mod preskritt fil-paragrafu 1 meta dawk il-bastimenti joperaw f'ibħra ta' pajjiż mhux membru, sakemm dak il-pajjiż mhux membru in kwistjoni speċifikament jeħtieġ tip differenti ta' reġistru.
3. Għall-operazzjonijiet tas-sajd fil-Mediterran, kull ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti għal kull speċi miżmuma abbord għandu jiġi rekordjat fir-reġistru.
4. Il-kodiċijiet mogħtija fl-Anness VI u l-kodiċijiet Three-Alpha stabbiliti mill-FAO jew l-ismijiet għandhom jintużaw biex juru, taħt l-intestaturi xierqa fir-reġistru, it-tagħmir tas-sajd użat u l-ispeċi maqbuda.
L-Artikolu 1a
1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità awtorizzati biex iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żoni, minn issa 'l quddiem imsejħa żoni ta' sforz, kif spjegat fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 685/95 ( 3 ) ►M3 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97 ( 4 ) ◄ għandhom jirreġistraw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19e tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 ( 5 ) fil-ġurnali tagħhom ta' abbord skond il-mudell li jidher fl-Anness I.
2. Meta l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jaqsmu żona ta' sforz fejn dawn ikunu awtorizzati li jistadu mingħajr ma jwettqu attivitajiet tas-sajd, dawn għandhom jirreġistraw id-data u ħin tad-dħul u l-ħruġ minn dik iż-żona ta' sforz fil-ġurnal tagħhom ta' abbord.
3. Ir-reġistrazzjoni għandha ssir skond l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness IVa.
L-Artikolu 2
1. Il-prospett tal-ħatt imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 għandu jimtela kif muri fl-Anness I jew fl-Anness III.
Madankollu, jekk il-ħatt iseħħ f'port ta' Stat Membru li tiegħu il-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, tista' tintuża formola oħra speċifikata minn dak l-Istat Membru sakemm ikun fiha ta' l-anqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness III.
Iżda, l-mudell muri fl-Anness IIa jista' jintuża jekk it-tniżżil l-art iseħħ f'port ta' Stat Membru kostali tal-Mediterran ieħor, minn kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul tagħhom kollox ma' kollox ma' jeċċedix 18-il metru u li jagħmlu vjaġġi tas-sajd ta' kull jum f'żona tas-sajd waħda.
2. Il-prosspett ta' trasbord li għaliha jipprovdi l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 għandha timtela kif muri fl-Anness I, ħlief għall-ibħra tan-NAFO 1 u ICES V a) u XIV. F'dawn l-ibħra għandu jintuża l-prospett tal-ħatt jew trasbord kif muri fl-Anness III.
3. Id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru skond l-istruzzjonijiet imniżżla fl-Annessi IV u V, skond kif ikun xieraq.
L-Artikolu 3
L-informazzjoni komunikata mill-kaptan skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82 lill-awtoritajiet ta' l-Istat li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, meta xi ħatt jew trasbord iseħħu aktar minn 15-il jum wara l-qabda, għandha tinkludi:
— il-kwantitajiet f'kilogrammi ta' kull speċi maqbuda, trasbordata jew imniżżla l-art mill-aħħar komunikazzjoni,
— iż-żona ICES/NAFO ►A1 /CECAF ◄ fejn il-qabdiet ikunu saru; qabdiet li jsiru f'ibħra ta' pajjiż mhux membru jew barra s-sovranita jew ġurisdizzjoni ta' xi Stat għandhom jiġu indikati separatament.
L-informazzjoni għandha tiġi komunikata kull 15-il jum mill-jum li fih tkun saret l-ewwel qabda, jew skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Anness VIII.
L-Artikolu 3a
Meta, skond l-Artikolu 19ċ tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd jittrasmetti permezz tar-radjo messaġġ dwar l-isforz li jsiru fis-sajd, it-trasmissjoni għandha sseħħ permezz ta' waħda mill-istazzjonijiet tar-radjo elenkati fl-Anness VIIIa.
L-ismijiet, l-indirizzi u n-numri tat-telex, tat-telefon u tal-faxes ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 19ċ(1) qed jidhru fl-Anness VIIb.
L-Artikolu 4
Ir-reġistru jew il-prospett tal-ħatt jew tat-trasbord jistgħu jiġu vverifikati minn uffiċjal tas-sajd li jinforza ta' l-Istat Membru kompetenti, skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2057/82, biex jiġi żgurat il-ħarsien tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' konservazzjoni u ta' kontroll, inklużi dawk li jinsabu f'dan ir-Regolament.
L-Artikolu 5
1. Meta l-istruzzjonijiet imniżżla fl-Anness IV jistqarru li l-applikazzjoni ta' xi regola hija volontarja, l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat ikollu l-jedd li jġiegħel lill-kaptan tiegħu josserva r-regola inkwistjoni.
2. Il-marġini ta' tolleranza permessa fl-estimi tal-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' ħut suġġetti għal TAC li jinżammu abbord għandha tkun ta' 20 %.
Meta dan il-ħut jinżamm f'kaxxi, f'basktijiet jew f'kontenituri oħra, in-numru preċiż ta' kaxxi, basktijiet jew kontenituri oħra użati għandu jiġi rreġistrat.
L-Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jibda' japplika mid-90 wara l-ħruġ tar-reġistri lill-Istati Membri.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS I
L-ANNESS II
REĠISTRU TAS-SAJD TAL-KOMUNITÀ EWPROPEA GĦAS-SOTTO-ŻONA 1 TAN-NAFO U D-DIVIŻJONIJIET TAS-SILĠ V A) u XIV
ANNESS IIa
L-ANNESS III
L-ANNESS IV
STRUZZJONIJIET LILL-KAPTANI LI HUMA MEĦTIEĠA LI JŻOMMU REĠISTRU SKOND L-ANNESS I ►M5 JEW L-ANNESS IIa ◄ U LI JAGĦMLU PROSPETT TAL-ĦATT JEW TRASBORD SKOND L-ANNESS I ►M5 JEW L-ANNESS IIa ◄ JEW L-ANNESS III
1. RIMARKA PRELIMINARI
Dawn l-istruzzjonijiet huma għall-kaptani ta' bastimenti li huma meħtieġa mir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea li jżommu reġistru matul il-vjaġġ tas-sajd u/jew li jippreżentaw prospett tal-ħatt jew trasbord meta jaslu lura fil-port.
2. STRUZZJONIJIET DWAR IR-REĠISTRU
2.1. Regola ġenerali
2.1.1. Bastimeti meħtieġa li jżommu reġistru
Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul sħiħ tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn 10 metri għandhom iżommu reġistru.
Kaptani ta' bastimenti tas-sajd li t-tul sħiħ tagħhom huwa anqas minn 10 metri għandhom ukoll iżommu reġistru jekk l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment qed iġorr il-bandiera jew fejn ikun irreġistrat hekk jeħtieġ.
2.1.2. Kif għandu jimtela r-reġistru
— Ir-reġistru għandu jimtela kull jum mhux aktar tard minn nofs il-lejl u fil-ħin tal-wasla tiegħu fil-port.
— Ir-reġistru għandu jkun mimli wkoll fil-ħin ta' kull spezzjoni fuq il-baħar.
— Kull informazzjoni obbligatorja għandha tingħata.
— Ir-regoli mhux obbligatorji fuq livell Komunitarju jistgħu isiru obbligatorji jekk l-Istat Membru jkun hekk jixtieq, fir-rigward ta' bastimenti li jkunu jtajru l-bandiera tiegħu jew li jkun irreġistrati miegħu. F'dawk il-każijiet l-awtoritajiet relevanti għandhom joħorġu struzzjonijiet addizzjonali.
2.1.3. Proċedura għal vjaġġi fl-ibħra ta' pajjiżi mhux membri
— Jekk il-pajjiż mhux membru inkwistjoni ma jkollu ebda ħtiġiet speċifiċi, ir-reġistru Komunitarju għandu jintuża.
— Jekk il-pajjiż li mhux membru inkwistjoni jispeċifika reġistru ta' tip differenti, għandu jintuża dak minflok ir-reġistru Komunitarju.
— Jekk il-pajjiż mhux membru inkwistjoni ma jispeċifikax xi reġistru partikolari imma ma jippreskrivix skrizzjonijiet differenti minn dawk meħtieġa mill-Komunità, dawk l-iskrizzjonijiet għandhom jitniżżlu.
2.2. Informazzjoni dwar il-bastiment
L-informazzjoni ġenerali li ġejja dwar il-bastiment jew bastimenti, skond kif ikun il-każ, għandha tiġi mniżżla (kontra n-numri korrispondenti) fil-parti ta' fuq ta' kull paġna tar-reġistru:
Nru ta' riferenza fir-reġistru (1) : isem tal-bastiment u sinjal tas-sejħa bir-radju fejn applikabbli,
Nru ta' riferenza fir-reġistru (2) : Identifikazzjoni minn barra,
Nru ta' riferenza fir-reġistru (3) : isem u indirizz tal-kaptan,
Nru ta' riferenza fir-reġistru (4) : jum, xahar, siegħa u port tat-tluq,
Nru ta' riferenza fir-reġistru (5) : jum, xahar, siegħa u port tat-tluq,
Nru ta' riferenza fir-reġistru (6) : data u post ta' l-inżul jekk differenti minn (5)
Nru ta' riferenza fir-reġistru (7) : fil-każ tad-data tat-trasbord, l-isem, is-sinjal tas-sejħa tar-radju jekk applikabbli, in-nazzjonalità u l-identifikazzjoni minn barra tal-bastiment li qiegħed jirċievi.
F'każ ta' sajd bejn tnejn l-isem tat-tieni bastiment, l-isem tal-kaptan tiegħu u l-identifikazzjoni esterna tiegħu għandhom jitniżżlu taħt dawk tal-bastiment li dwaru jkun qiegħed jinżamm ir-reġistru.
Il-kaptan/i tal-bastiment/i ieħor/oħrajn għandu wkoll iżomm reġistru li jindika il-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord b'tali mod li ma jkun hemm ebda għadd doppju tal-qabdiet.
2.3. Informazzjoni dwar l-apparat
Nru ta' riferenza fir-registru (8) : apparat għas-sajd — it-tip ta' apparat għandu jiġi indikat permezz tal-kodiċi li tinsab f'kolonna I ta' l-Anness VI.
Nru ta' riferenza fir-reġistru (9) : id-daqs tal-malja f'millimetri
Nru ta' riferenza fir-reġistru (10) : il-kapaċità ta' l-apparat skond id-dettalji msemmija fil-kolonna 2 ta'l-Anness VI (mhux obbligatorja)
2.4. Informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tas-sajd
2.4.1. Tip ta' informazzjoni
L-informazzjoni meħtieġa dwar operazzjonijiet tas-sajd għandha timtela kontra n-numri korrispondenti fuq il-paġna tar-reġistru, skond kif ġej:
Nru ta' riferenza fir-reġistru (11) : data — din għandha tikkorispondi ma' kull ġurnata fuq il-baħar,
Nru ta' riferenza fir-reġistru (12) : numru ta' operazzjonijiet tas-sajd skond id-dettalji msemmija fil-kolonna 3 tal-Anness VI (mhux obbligatorji)
Nru ta' riferenza fir-reġistru (13) : ħin tas-sajd (dettall mhux obbligatorju) ewkwivalenti għan-numru ta' siegħat li tqattgħu fuq il-baħar, li minnhom jitnaqqas il-ħin li tqattgħa fil-vjaġġ lejn, bejn u ġej lura mill-postijiet tas-sajd,
Nru ta' riferenza fir-registru (14) : pożizzjoni.
Eżempji:
— “diviżjoni ICES jew sotto-żona NAFO” irreferi għad-diviżjonijiet ICES kif muri fuq il-mapep ġewwa l-qoxra tar-reġistru u indika l-kodiċi ta' kull diviżjoni,
— e.ż: IV a), VI b), VII g).
— “Rettangolu ta' statiska”: irreferi għar-rettangolu ta' l-istatistika ICES fuq it-tabelli ġewwa l-qoxra tar-reġistru. Dawn ir-rettangoli huma konfinanti b'latitudnijiet u lonġitudnijiet li jkkorrispondu ma' figuri sħaħ ta' grad jew ta' figuri sħaħ ta' grad miżjud b'30'għall-latitudnijiet u figuri sħaħ ta' grad għall-lonġitudnijiet. Permezz ta' kombinazzjoni ta' figuri u ittra indika ir-rettangolu ta' statistika li fih saru l-biċċa l-kbira tal-qabdiet (eżempju l-arja bejn 56 u 56° 30' latitudni Tramuntana u bejn 6 u 7° lonġitudni Lvant — kodiċi ICES 41/F6).
— Madankollu, skrizzjonijiet mhux obbligatorji jistgħu jsiru fir-rigward tar-rettangoli kollha ta' statistika li fihom il-bastment ikun stad matul il-ġurnata.
— “Żona tas-sajd ta' pajjiż mhux membru”: indika fejn xieraq iż-żona(i) tas-sajd ta' pajjiżi mhux membri jew f'ibħra barra s-sovranità jew ġurisdizzjoni ta' kull Stat li juża l-kodiċi li ġejjin kif muri fil-mapep ġewwa l-qoxra tar-reġistru:
—
|
N |
= |
in-Norveġja |
|
FR |
= |
Faroe |
|
CDN |
= |
il-Kanada |
|
IS |
= |
Islanda |
|
A |
= |
L-ibħra internazzjonali |
2.4.2. Kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord (Nru ta' referenza fir-reġistru: (15))
Qabdiet f'ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti għal kull speċi miżmuma abbord għandhom jiġu rekordjat fir-reġistru. Iżda, għal operazzjonijiet tas-sajd fil-baħar Mediterran, l-ispeċi biss indikati fil-lista li tinsab fl-Anness VII għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru.
Jekk in-numru ta' kolonni ma jkunx biżżejjed uża paġna ġdida..
Agħti l-unit użat (baskett, kaxxa, eċċ.) u l-piż nett f'kilogrammi piż ħaj ta' l-unit użat.
2.4.3. Estimi mhux obbligatorji ta' skart (Nru tar-referenza fir-reġistru: (16))
Is-speċifika l-kwantita ta' ħut mormi, preferibbilment f'kilogrammi ta' piż ħaj, jew f'xi unità ta' kejl oħra bħal dik definita fil-(15) hawn fuq.
Din l-informazzjoni tingħata għal skopijiet xjentifiċi biss u m'għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkolazzjoni ta' kwoti.
2.5. Spazjar ta' l-iskrizzjonijiet fir-reġistru
— Għandha timtela linja ġdida għal kull jum fuq il-baħar.
— Għandha timtela wkoll linja ġdida meta jsir sajd f'diviżjoni ICES ġdida fl-istess jum.
— Għandha timtela linja ġdida meta jsir sajd f'żona ta' sajd oħra fl-istess jum.
— Għandha timtela paġna ġdida:
—— meta jintuża apparat differenti jew xibka b'daqs ta' malji differenti minn dawk tax-xibka użata qabel,
— għal kull sajd magħmul wara trasbord jew wara ħatt intermedjarju.
3. STRUZZJONIJIET DWAR PROSPETT TAL-ĦATT JEW TRASBORD
Regola ġenerali
mad-dħul fil-port wara kull vjaġġ, il-kaptani tal-bastimenti kollha li jkollhom tul ta' aktar minn 10 metri u li jkunu jtajru l-bandiera ta', jew reġistrati ma', Stat Membru, jew l-aġenti tagħhom, għandhom jibagħtu prospett tal-ħatt lill-awtoritajiet fuq il-post tal-Ħatt. Fil-każ ta' trasbord jew ħatt barra t-territorju tal-Komunità, il-kaptan għandu minnufih jibgħat lill-Istat li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li jkun irreġistrat miegħu, l-informazzjoni mogħtija fil-prospett tal-ħatt jew ta' trasbord. Fil-każ ta' trasbord il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jniżżel il-kwantitajiet fil-prospett ta' trasbord. Kopja tal-prospett ta' trasbord għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal tad-dokument doganali T 2 M mimli mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jingħata wkoll lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi.
Informazzjoni li għandha tingħata
Il-kwantitajiet attwali mniżżla l-art jew estimi tal-kwantitajiet trasbordati għandhom jiġu indikati fuq il-prospett għal kull speċi iżda biss fuq l-aħħar paġna użata, kif ġej:
— Preżentazzjoni tal-ħut (Nru ta' referenza fir-reġistru: (17))
— “Preżentazzjoni” tfisser il-mod li bih il-ħut jiġi pproċessat. Indika n-natura tal-proċess jekk applikabbli: GARĠI għall-garġi mneħħija, RAS għar-ras imneħħija, STRIPPA għall-ħut imqatta fi strippi, eċċ. Meta ma jkun sar ebda proċessar, SĦIĦ għall-ħut sħiħ.
— Unità ta' kejl għall-kwantitajiet imniżżla l-art (Nru tar-referenza fir-reġistru: (18))
— Agħti l-unità ta' piż użata (eż. basket, kaxxa, eċċ.) għall-ħut imniżżel l-art u l-piż ta' l-unità f'kilogrammi. Din l-unità tista' tkun differenti minn dik użata fir-reġistru.
— Piż totali ta' l-ispeċi mniżżla l-art/trasbordati (Nru ta' referenza fir-reġistru: (19))
— Agħti l-piż jew kwantitajiet attwalment imniżżla l-art jew trasbordati għal kull speċi.
— Il-piż għandu jkun jikkorrispondi mal-piż tal-ħut kif imniżżel l-art, jiġifieri wara l-ipproċessar abbord. Sussegwentement, għandhom jiġu applikati koeffiċjenti ta' konverzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru sabiex jiġi kalkulat il-piż ħaj korrispondenti.
— Diviżjoni ICES/sotto-żona NAFO ►A1 /CECAF ◄ ►M5 /GFCM ◄ u żoni ta' sajd ta' pajjiż mhux membru (Nru tar-referenza fir-reġistru: (22))
— Din hija skrizzjoni mhux obbligatorja għall-bastimenti li għandhom l-obbligu li jżommu reġistru: indika d-diviżjoni ICES jew is-sotto-żona NAFO ►A1 /CECAF ◄ ►M5 /GFCM ◄ li fiha saru l-qabdiet.
4. DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IR-REĠISTRU U L-PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD
4.1. Proċedura ta' kif għandu jimtela
4.1.1. L-iskrizzjonijiet fir-reġistru u fil-prospett dwar il-ħatt/trasbord għandhom ikunu jinqraw sew u għandhom ikunu b'tali mod li ma jistgħux jitħassru.
4.1.2. Ebda skrizzjoni fir-reġistru jew fil-prospett tal-ħatt/trasbord ma tista tiġi mħassra jew irranġata. Jekk isir żball, l-isskrizzjoni inkorretta għandha tiġi ngassata b'linja u għandha tiġi segwita b'iskrizzjoni ġdida inizzjalata mill-kaptan jew mill-aġent tiegħu.
4.1.3. Ta' mill-inqas prospett wieħed tal-ħatt għandu jimtela għal kull bastiment. Għandu jimtela' prospett ta' trasbord wieħed għal kull operazzjoni ta' trasbord.
4.1.4. Kull linja fir-reġistru għandha tkun inizzjalata mill-kaptan. Kull paġna tar-reġistru u kull prospett ta' trasbord, jekk relevanti, għandhom jiġu ffirmati mill-kaptan. Il-prospett tal-ħatt għandu jiġi ffirmat mill-kaptan jew mill-aġent tiegħu.
4.2. Proċedura għat-trasmissjoni
4.2.1. Fil-każ ta' ħatt f'port ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li jkun ireġistrat fih l-oriġinal tar-reġistru u l-prospett tal-ħatt għandu jingħata jew jintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru inkwistjoni fi żmien 48 siegħa minn meta jintemm il-ħatt.
4.2.2. ►M1 Fil-każ tat-tniżżil l-art fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat l-ewwel kopja tad-dikjarazzjoni tat-tniżżil l-art għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn isir it-tniżżiż l-art fi żmien 48 siegħa mit-tkomplija tat-tniżżil. ◄ L-oriġinal tar-reġistru u l-oriġinal tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew ikun irreġistrat fih fi żmien 48 siegħa minn meta jintemm l-ħatt fuq l-art.
4.2.3. Fil-każ ta' ħatt f'pajjiż mhux membru, l-oriġinal tar-reġistru u tal-prospett tal-ħatt għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew ikun irreġistrat fih fi żmien 48-il siegħa minn meta jintemm l-ħatt fuq l-art.
4.2.4. F'każijiet meta l-kwantitajiet riċevuti mit-trasbord jitniżżlu f'port tal-Komunità, il-kopja tal-prospett tat-trasbord mimlija skond il-paragrafu 3 għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet relevanti.
4.2.5. Fil-każ ta' trasbord lil bastiment li jkun itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew li jkun reġistrat fi Stat Membru, l-ewwel kopja tal-prospett ta' trasbord għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal għandu jingħata fuq talba jew għandu jintbagħat, skond il-każ, lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu il-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li jkun irreġistart fih, fi żmien 48 siegħa minn meta jintemmu il-ħatt jew il-wasla fil-port.
4.2.6. Fil-każ ta' trasbord lill-bastiment li jkun itajjar il-bandira ta' pajjiż mhux membru, id-dokument oriġinali għandu jingħata jew jintbagħat, skond il-każ, kemm jista' jkun malajr lill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat.
4.2.7. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli għall-kaptan li jibgħat l-oriġinal(i) tar-reġistru u tal-prospetti tal-ħatt/trasbord lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, fil-limiti ta' żmien speċifikati, l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness I jew l-Anness III dwar il-prospett tal-ħatt għandha tinbagħat permezz tar-radju jew mezzi oħrajn lill-awtoritajiet konċernati.
4.3. Ir-responsabbiltajiet tal-kaptan fir-rigward tar-reġistru, il-prospett tal-ħatt u l-prospett ta' trasbord
4.3.1. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiċċertifika bl-inizjali u bil-firma tiegħu li l-kwantitajiet stmati mniżżla fir-reġistru u fil-prospett tat-trasbord huma raġonevoli.
4.3.2. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiċċertifika bl-inizjali u bil-firma tiegħu illi l-iskrizzjonijiet mhux kwantitattivi fir-reġistru u fuq il-prrospett tat-trasbord, flimkien ma' l-iskrizzjonijiet kollha fil-prospett tal-ħatt, huma korretti.
|
4.4. |
Il-kopji tar-reġistru għandhom jinżammu għal sena. |
L-ANNESS IVa
L-ISTRUZZJONIJIET ADDIZZJONALI GĦALL-KAPTANI LI HUMA MEĦTIEĠA JIRREĠISTRAW L-ISFORZ LI JSIRU FIS-SAJD F'ĠURNAL TA' ABBORD BĦAL DAK LI HEMM FL-ANNESS I
1. RIMARKA PRELIMINARI
Dawn l-istruzzjonijiet huma b'żieda ma dawk li hemm fl-Anness IV u qegħdin għall-kaptani tal-bastimenti li jkunu obbligati b'regoli Komunitarji li jirreġistraw l-isforz li jkunu saru fis-sajd.
2. ISTRUZZJONIJIET DWAR IR-REĠISTRAZZJONI
2.1. Ir-regola ġenerali
(a) L-informazzjoni kollha meħtieġa skond dan l-Anness għandha tiġi rreġistrata fil-ġurnal ta' abbord.
(b) Il-ħin għandu jiġi rreġistrat bħala l-ħin universali (UTC).
(ċ) Iż-żona ta'l-isforz għandha tiġi rreġistrata billi jintużaw il-kodiċijiet fl-Anness VIa.
(d) L-ispeċi li jkun isir sajd għalihom għandhom jiġu rreġistrati billi jintużaw il-kodiċijiet fl-Anness VIa.
2.2. L-informazzjoni dwar l-isforz li jsiru fis-sajd
(a) It-traversar ta' żona ta'l-isforz
Meta bastiment awtorizzat jidħol f'żona ta'l-isforz mingħajr ma jwettaq attività tas-sajd f'dik iż-żona, għandu jkun hemm linja żejda. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal f'dik il-linja:
“id-data; iż-żona ta' sforz; id-dati u ħinijiet ta' kull dħul/ħruġ; il-kelma ‘Traversar’”.
(b) Id-dħul f'żona ta' sforz
Meta l-bastiment jidħol f'żona ta' sforz li fiha x'aktarx ikun se jitwettaq attivitajiet tas-sajd, għandu jkun hemm linja żejda. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal f'dik il-linja:
“id-data; il-kelma ‘dħul’; iż-żona ta'l-isforz; il-ħin ta' dħul u l-ispeċi li qed isir sajd għalihom.”
(ċ) Il-ħruġ minn żona ta' sforz
— Meta l-bastiment jitlaq minn żona ta' sforz li fiha jkun wettaq attivitajiet tas-sajd u meta l-bastiment jidħol f'żona oħra ta' sforz li fiha x'aktarx ikun se jwettaq attivitajiet tas-sajd, għandu kun hemm linja żejda. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal f'dik il-linja:
—
“id-data; il-kelma ‘dħul’; iż-żona ġdida ta'l-isforz; il-ħin tal-ħruġ/tad-dħul u l-ispeċi li qed isir sajd għalihom.”
— Meta l-bastiment jitlaq minn żona ta' sforz li fiha jkun wettaq attivitajiet tas-sajd u mhux ser iwettaq aktar attivitajiet tas-sajd f'żona ta' sforz, għandu jkun hemm linja żejda. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal f'dik il-linja:
—
“id-data; il-kelma ‘ħruġ’; iż-żona ta'l-isforz; il-ħin ta' tluq u l-ispeċi li qed isir sajd għaliha.”
(d) Sajd minn żona għall-oħra ( 6 )
Meta l-bastiment jagħmel attivitajiet trans-żonali tas-sajd, linja żejda għandha titkompla. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal f'dik il-linja:
“id-data; il-kliem ‘trans-żonali’; il-ħin ta' l-ewwel ħruġ u ż-żona ta'l-isforz; il-ħin ta' l-aħħar dħul u ż-żona ta'l-isforz u l-ispeċi li qed isir is-sajd għaliha.”
2.3. L-informazzjoni dwar il-komunikazzjoni ta' movimenti ta' bastiment
Meta bastiment, li jwettaq attivitajiet tas-sajd diretti kontra speċi demersali, ikun jeħtieġlu jikkomunika l-movimenti tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b'żieda ma' dik imsemmija fil-punt 2.2(b), (ċ) u (d):
— id-data u l-ħin tal-komunikazzjoni,
— il-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment,
— il-mezzi tal-komunikazzjoni u, meta jkun applikabbli, l-istazzjon tar-radjo użat, u
— id-destinazzjoni(jiet) tal-komunikazzjoni.
2.4. L-informazzjoni dwar l-isforz li jsir fis-sajd li għandu x'jaqsam ma tagħmir statiku
Meta bastiment iwettaq attivitajiet tas-sajd li jużaw tagħmir statiku jew fiss il-kaptan għandu jimla' linja żejda rigward dik il-ġurnata fuq il-baħar. L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal f'dik il-linja:
“id-data u l-ħin li fih it-tagħmir jintuża u d-data u l-ħin ta’ meta ntemmet l-operazzjoni tas-sajd.”
L-ANNESS V
STRUZZJONIJIET GĦALL-KAPTANI LI HUMA MEĦTIEĠA JŻOMMU REĠISTRU KIF MURI FL-ANNESS II U PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD BĦAL FL-ANNESS III
1. RIMARKA PRELIMINARI
Dawn l-istruzzjonijiet huma għall-kaptani ta' bastimenti li huma meħtieġa skond ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea li jżommu reġistru matul vjaġġ tas-sajd u/jew li jipproduċu prospett tal-ħatt/trasbord meta jaslu lura fil-port.
2. STRUZZJONIJIET DWAR IR-REĠISTRU
2.1. Regola ġenerali
2.1.1. Bastimeti meħtieġa li jżommu reġistru
Kaptani ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità li t-tul sħiħ tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn 10 metri għandhom iżommu reġistru.
Kaptani ta' bastimenti tas-sajd li t-tul sħiħ tagħhom huwa anqas minn 10 metri għandhom ukoll iżommu reġistru jekk l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment qed iġorr il-bandiera jew fejn ikun irreġistrat hekk jeħtieġ.
2.1.2. Kif għandu jimtela r-reġistru
— Ir-reġistru għandu jimtela kuljum mhux aktar tard minn nofs il-lejl, u fil-ħin tal-wasla fil-port.
— Ir-reġistru għandu jkun imtela wkoll fil-ħin ta' kull spezzjoni fuq il-baħar.
— Kull informazzjoni obbligatora għandha tingħata.
— Regoli li mhumiex meqjusa obbligatorji fuq livell Komunitarju jistgħu jsiru obbligatorji jekk xi Stat membru jkun hekk jixtieq, fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jew li jkunu rreġistrati miegħu. F'każijiet bħal dawn l-awtoritajiet relevanti għandhom joħorġu struzzjonijiet addizzjonali.
2.2. Informazzjoni dwar il-bastiment
Informazzjoni ġenerali dwar il-bastiment jew bastimenti, skond il-każ, trid titniżżel fil-parti ta' fuq ta' kull paġna tar-reġistru.
Fil-każ ta' sajd bejn tnejn l-isem tat-tieni bastiment, l-isem tal-kaptan tiegħu u l-identifikazzjoni esterna għandhom jitniżżlu taħt dawk tal-bastiment li dwaru jkun qiegħed jinżamm ir-reġistru.
Il-kaptan tal-bastiment l-ieħor għandu wkoll iżomm reġistru li jkun jindika l-kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord jew trasbordati, skond il-każ, b'tali mod li ma jkunx hemm għadd doppju ta' qabdiet.
2.3. Informazzjoni dwar it-tagħmir
— Tagħmir tas-sajd — it-tip ta' tagħmir għandu jiġi indikat billi tintuża l-kodiċi fil-kolonna 1 ta' l-Anness VI.
— Daqs tat-toqob f'mm.
2.4. Informazzjoni dwar operazzjonijiet tas-sajd
2.4.1. Tip ta' informazzjoni
L-informazzjoni meħtieġa dwar operazzjonijiet tas-sajd għandha timtela kontra n-numri li jkunu jikkorrispondu fuq il-paġna tar-reġistru għal kull qabda jew kull darba li jitniżżel it-tagħmir.
Indika taħt:
— bidu tal-operazzjonijiet tas-sajd: ħin,
— tmiem ta' l-operazzjonijiet tas-sajd: ħin,
— kemm damu l-operazzjonijiet tas-sajd: indika d-differenza f'siegħat bejn il-bidu u t-tmiem ta' l-operazzjonijiet tas-sajd.
— pożizzjoni: latitudni and lonġitudni.
Eżempji
— “Diviżjoni ICES jew sotto-żona NAFO”: irreferi għad-diviżjonijiet ICES kif murija fil-mapep ġewwa l-qoxra tar-reġistru u indika l-kodiċi ta' kull diviżjoni,
— eż.: V a) jew NAFO 1
2.4.2. Kwantitajiet maqbuda u miżmuma abbord
Qabdiet f'ammont akbar minn 50 kg ta' piż ħaj ekwivalenti għal kull speċi miżmuma abbord għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru. Iżda, għal operazzjonijiet tas-sajd fil-baħar Mediterran, l-ispeċi biss indikati fil-lista li tinsab fl-Anness VII għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru.
Jekk in-numru ta' kolonni ma jkunx biżżejjed uża paġna ġdida.
2.4.3. Estimi ta' rimi
Agħti l-kwantita ta' ħut mormi f'kilogrammi piż ħaj jew xi unita' oħra ta' kejl. Din l-informazzjoni hija biss għall-għanijiet xjentifiċi u m'għandhiex tiġi kkunsidrata għall-kalkolu tal-kwoti.
2.5. Spazjar tad-dħul fir-reġistru
Għandha timtela paġna ġdida għal kull jum billi tintuża linja ġdida għal kull qabda jew għal kull kalatura.
3. STRUZZJONIJIET DWAR IL-PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD
Regola ġenerali
Mad-dħul fil-port wara kull vjaġġ, il-kaptani tal-bastimenti kollha li jkunu itwal minn 10 metri u li jkunu jtajru l-bandiera ta' Stat Membru jew li jkunu rreġistrati fih, jew l-aġenti tagħhom, għandhom jibagħtu prospett tal-ħatt lill-awtoritajiet fil-post fejn isir il-ħatt.
Fil-każ ta' trasbord jew ta' ħatt fuq l-art barra t-territorju tal-Komunità, il-kaptan għandu jibgħat minnufih lill-Istat li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, l-informazzjoni mogħtija fil-prospett tal-ħatt jew tat-trasbord.
Fil-każ ta' trasbord il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jniżżel il-kwantitajiet fil-prospett ta' trasbord. Kopja tal-prospett ta' trasbord għandha tingħata lll-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal tad-dokument doganali T 2 M mimli mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jingħata wkoll lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi.
Informazzjoni li għandha tingħata
Prospett tal-kwantitajiet imniżżla l-art jew trasbordati. Indika fuq il-prospett għal kull speċi iżda biss fl-aħħar paġna wżata, kif ġej:
— Is-sotto-żona tad-diviżjoni ICES/NAFO u ż-żona tas-sajd tal-pajjiż mhux membru
— Skrizzjoni mhux obbligatorja għall-bastimenti li huma meħtieġa li jżommu reġistru indika d-diviżjoni ICES jew is-sotto-żona NAFO li fihom ittieħdu l-qabdiet.
— Preżentazzjoni tal-ħut
— “Preżentazzjoni” tfisser il-mod kif ġie pproċessat il-ħut. Indika n-natura ta' l-iproċessar jekk applikabbli: GARĠI għall-garġi mneħħija, RAS għar-ras imneħħija, STRIPPA għall-ħut imqatta fi strippi, eċċ. Meta ma jkun sar ebda proċessar, SĦIĦ għall-ħut sħiħ.
— Unità ta' kejl għall-kwantitajiet imniżżla l-art
— Agħti l-unità ta' piż użat (eż. basket, kaxxa, eċċ.) għall-ħut imniżżel l-art u l-piż nett f'kilogrammi piż ħaj tal-unità użata. Din l-unità tista' jkun differenti minn dik użata fir-reġistru.
— Il-piż totali skond l-ispeċi mniżżla l-art/trasbordata
— Agħti l-piż jew kwantitajiet attwalment imniżżla l-art jew trasbordati għal kull speċi.
— Il-piż għandu jaqbel mal-piż tal-ħut kif imniżżel l-art, jiġifieri wara kull proċessar abbord.
— Il-koeffiċjenti ta' konverżjoni għandhom jiġu applikati sussegwentement mill-awtoritajiet approprjati ta' l-Istat Membru sabiex jiġi kalkolat il-piż ħaj korrispondenti.
4. ID-DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR IR-REĠISTRU U L-PROSPETT TAL-ĦATT/TRASBORD
4.1. Proċedura għall-mili
4.1.1. L-iskrizzjonijiet fir-reġistru u fil-prospett tal-ħatt/trasbord għandhom jinqaraw sew u għandhom isiru b'tali mod li ma jistgħux jiġu mħassra.
4.1.2. Ebda skrizzjoni fir-reġistru jew fil-prospett tal-ħatt ma tista' tiġi mħassra jew mibdula. Jekk isir xi żball, l-iskrizzjoni inkorretta għandha tiġi ngassata b'linja u għandha tiġi segwita bi skrizzjoni ġdida inizzjalata mill-kaptan jew mill-aġent tiegħu.
4.1.3. Ta' l-anqas prospett wieħed tal-ħatt għandu jimtela għal kull bastiment. Għandu jimtela prospett wieħed ta' trasbord għal kull operazzjoni ta' trasbord.
4.1.4. Kull paġna tar-reġistru għandha tiġi ffirmata mill-kaptan. Il-prospett tal-ħatt għandu jiġi ffirmat mill-kaptan jew mill-aġenti tiegħu.
4.2. Proċedura ta' trasmissjoni
4.2.1. Fil-każ ta' nżul fuq l-art f'port fl-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat, l-oriġinal/i tar-reġistru u tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata fuq talba jew għandha tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru inkwistjoni fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt fuq l-art.
4.2.2. ►M1 Fil-każ ta' tniżżil l-art fi Stat Membru għajr l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun qiegħed itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat l-ewwel kopja tad-dikjarazzjoni tat-tniżżil l-art għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru fejn isir it-tniżżil l-art fi żmien 48 siegħa mit-tkomplija tat-tniżżil. ◄ L-oriġinal/i tar-reġistru u l-oriġinal tal-prospett tal-ħatt għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun reġistrat fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt fuq l-art.
4.2.3. Fil-każ ta' nżul fuq l-art f'pajjiż li mhuwiex Stat Membru, l-oriġinal/tar-reġistru u l-prospett tal-ħatt għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar l-bandiera jew li fih ikun irreġistrat fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-Ħatt fuq l-art.
4.2.4. F'każijiet fejn il-kwantitajiet riċevuti mit-trasbord jitniżżlu f'port tal-Komunità, il-kopja tal-prospett tat-trasbord mimlija skond il-paragrafu 3 għandha tingħata jew tintbagħat lill-awtoritajiet tal-port relevanti.
4.2.5. F'każ ta' trasbord lil bastiment li jkun itajjar il-bandiera ta' Stat Membru jew li jkun reġistrat fi Stat Membru, l-ewwel kopja tal-prospett tat-trasbord għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment li jirċievi. L-oriġinal għandu jingħata fuq talba jew għandu jintbagħat, skond il-każ, lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat fi żmien 48 siegħa minn meta jitlesta l-ħatt fuq l-art.
4.2.6. Fil-każ ta' trasbord lil bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiż mhux membru, id-dokument oriġinali għandu jingħata jew jintbagħat, skond il-każ, kemm jista' jkun malajr lill-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar il-bandiera jew li fih ikun irreġistrat.
4.2.7. F'każijiet fejn ikun impossibbli għall-kaptan li jibgħat l-oriġinal/i tar-reġistru u tal-prospetti tal-ħatt/trasbord lill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru li tiegħu l-bastiment ikun itajjar l-bandiera jew li fih ikun irreġistrat fil-limiti ta' żmien speċifikati, l-informazzjoni meħtieġa mill-Anness I jew mill-Anness III dwar il-prospett tal-ħatt għandha tintbagħat bir-radju jew b'xi mezz ieħor lill-awtoritajiet konċernati.
4.3. Ir-responsabbiltajiet tal-kaptan fir-rigward tar-reġistru, il-prospett tal-ħatt u l-prospett tat-trasbord
4.3.1. Il-kaptan tal-bastment għandu jiċċertifka bl-inizjali u bil-firma tiegħu illi l-kwantitajiet stmati mdaħħla fir-reġistru u fil-prospett ta' trasbord huma raġonevoli.
4.3.2. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiċċertifika bl-inizzjali u bil-firma tiegħu li l-iskrizzjonijiet mhux kwantitattivi fir-reġistru u fuq il-prospett tat-trasbord, flimkien ma' l-iskrizzjonijiet dwar l-Ħatt fuq l-art, huma veri.
|
4.4. |
Il-kopji tar-reġistru għandhom jinżammu għal sena. |
L-ANNESS VI
TGĦAMIR U OPERAZZJONIJIET TAS-SAJD
|
Tip ta' apparat |
Kolonna 1 Kodiċi |
Kolonna 2 Daqs/numru (metri) |
Kolonna 3 Numru ta' tefgħat (shoots) Kuljum |
|
Xbieki tat-tkaxkir ghall-lontri tal-qiegħ |
OTB |
Mudell tax-xibka tat-tkaxkir (1) |
Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat |
|
Xbieki tat-tkaxkir bit-travu |
TBB |
Tul tat-travu x numru ta' travi |
|
|
Gangmu |
DRB |
Wisa' x numru ta' gangmu |
|
|
Xibka tat-tkaxkir għall-ħut tal-qiegħ bil-par |
PTB |
Mudell tax-xibka tat-tkaxkir (1) |
|
|
Tartarun daniżi (ankra) |
SDN |
Tul totali tal-linji tat-tartun |
|
|
Tartarun skocciż (fly-dragging) |
SSC |
Tul totali tal-linji tat-tartun |
|
|
Xibka tat-tkaxkir għall-lontri f'nofs il-baħar |
OTM |
Mudell tax-xibka tat-tkaxkir (1) |
Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat |
|
Xibka tat-tkaxkir għall-ħut bil-par f'nofs il-baħar |
PTM |
Mudell tax-xibka tat-tkaxkir (1) |
|
|
Tartarun tax-xkora |
PS |
Tul, għoli |
Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat |
|
Xbieki tal-garġi tal-ħut (gillnets) |
GN |
Tul, gholi |
Numru ta' drabi li jintefa' l-apparat matul il-ġurnata |
|
Xbieki tal-garġi tal-ħut (imqiegħda) |
GNS |
Tul, gholi |
|
|
Xbieki tal-garġi tal-ħut (mixħuta) |
GND |
Tul, gholi |
|
|
Xbiek ta' sura diversa |
GTR |
Tul, gholi |
|
|
Lenzi twal |
LL |
Numru ta' snanar u lenzi mitfugħa matul il-ġurnata |
|
|
Lenzi twal (imqiegħda) |
LLS |
||
|
Lenzi twal (mixħuta) |
LLD |
||
|
Lenzi ta' l-idejn u lenzi ta' l-arblu |
LHP |
Numru totali tas-snanar/lenzi mitfugħa matul il-ġurnata (2) |
|
|
Nases (pots) |
FPO |
Numru ta' nases (pots) mitfugħa matul il-ġurnata |
|
|
Apparat ta' sura mħallta |
MIS |
||
|
(1) Speċifika l-mudell tax-xibka tat-tkaxkir kif imsemmija mill-manufattur tax-xibka. Inkella, il-perimetru tal-fetħa = in-numru tal-malji x id-daqs tal-malja jista' jingħata jekk din il-figura hi magħrufa. (2) Niżżel in-numru tas-snanar u n-numru tal-lenzi separatament permezz ta' sinjal bħal -. |
|||
ANNESS VIa
Tabella 1
L-ISFORZ GĦAS-SAJD — L-IBĦRA TAL-PUNENT — Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003
|
Sajd |
||
|
Speċi fil-mira |
Rimarki |
Kodiċi għaż-żoni ta' sforz |
|
Dimersali |
L-ispeċijiet dimersali minbarra dawk koperti mir-Regolament (KE) Nru 2347/2002 (1) |
A: ICES V-VI B: ICES VII (Minbarra l-erja bijoloġikament sensittiv) C: ICES VIII |
|
Scallop |
Scallop |
D: ICES IX E: ICES X |
|
Granċijiet |
Granċijiet li jittieklu u għaġuża |
F: CECAF 34.1.1 G: CECAF 34.1.2 H: CECAF 34.2.0 J: L-Erja bijoloġikament sensittiv kif definita fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) nru 1954/2003 |
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi ħtiġijiet speċifiċi ta' aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta' stokkijiet tal-baħar fond (ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6). |
||
Tabella 2
L-ISFORZ GĦAS-SAJD — IL-BAĦAR BALTIKU– Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97
|
Sajd |
||
|
Speċi fil-mira |
Rimarki |
Kodiċi għaż-żoni ta' sforz |
|
Sajd tal-qiegħ |
T: Subdiviżjonijiet 22 sa 32 |
|
|
Pelaġiċi |
Aringi, laċċa kaħla |
U: Subdiviżjonijiet 30 u 31 X: Subdiviżjonijiet 22-29 u subdiviżjoni 32 |
|
Anadromiċi u tal-ilma ħelu |
Salamun, troti tal-baħar u ħut tal-ilma ħelu |
T: Subdiviżjonijiet 22 sa 32 |
L-ANNESS VII
TABELLA
Lista ta' speċi li għandhom jiġu rekordjati fir-reġistru tas-sajd u d-dikjarazzjoni ta' tniżżil l-art minn bastimenti li joperaw esklussivament fil-Baħar Mediterran
|
Isem |
Isem Latin |
Kodiċi FAO 3-Alfa |
|
Tonn alalunga (1) |
Thunnus alalunga |
ALB |
|
Inċova |
Engraulis encrasicholus |
ANE |
|
Tonn t'għajnu kbira (1) |
Thunnus obesus |
BET |
|
Imsell (1) |
Micromesistius poutassou |
WHB |
|
Tonn |
Thunnus thynnus |
BFT |
|
Awrat |
Sparus aurata |
SBG |
|
Merluzz |
Merluccius merluccius |
HKE |
|
Kavalli (1) |
Trachurus spp. |
JAX |
|
Kavalli |
Scomber scombrus |
MAC |
|
Kavalli tal-Mediterran (1) |
Trachurus mediterraneus |
HMM |
|
Petriċa Kbira (1) |
Lophius piscatorius |
ANF |
|
Trilja tal-Faxxi |
Mullus surmuletus |
MUR |
|
Sardina |
Sardina pilchardus |
PIL |
|
Spnotta |
Dicentrarchus labrax |
BSS |
|
Trilja tad-daqna |
Mullus barbatus |
MUT |
|
Pixxispad |
Xiphias gladius |
SWO |
|
(1) fid-dikjarazzjoni tat-tniżżil biss. |
||
L-ANNESS VIII
PROĊEDURA GĦAT-TRASMISSJONI BIR-RADJU
|
1. |
F'każijiet meta l-Ħatt fuq l-art jew it-trasbord iseħħ aktar minn 15-il jum wara li tkun saret il-qabda, għandha tiġi trasmessa l-informazzjoni li ġejja: — il-kwantitajiet ta' kull speċi elenkata fl-Anness VII maqbuda jew miżmuma abbord jew trasbordata jew imniżżla l-art barra ż-żona tas-sajd tal-Komunità mill-aħħar informazzjoni mogħtija (f'kilogrammi), — id-diviżjoni ICES jew is-sotto-żona NAFO ►A1 jew iż-żona CECAF ◄ li fiha jkunu saru l-qabdiet. Qabdiet magħmula fl-ibħra ta' pajjiż mhux membru jew barra s-sovranità jew ġurisdiżżjoni ta' xi Stat għandhom jiġu indikati separatament. |
|
2. |
L-informazzjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 għandha tiġi trasmessa permezz ta' l-istazzjonijiet tar-radju normalment użati, preċeduta bl-isem, is-sinjal ta' sejħa u l-identifkazzjoni esterna tal-bastiment, u l-isem tal-kaptan tiegħu. F'każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi trasmess il-messaġġ mill-bastment, jista' jiġi trasmess għan-nom tal-bastiment minn bastiment ieħor. |
|
3. |
Il-kaptan għandu jagħmel ċert li l-informazzjoni trasmessa lill-istazzjonjiet tar-radju tingħadda bil-miktub lill-awtoritajiet relevanti. |
L-ANNESS VIIIa
L-ISTAZZJONIJIET TAR-RADJO APPROVATI MILL-KUMMISSJONI
|
Isem |
Is-sinjal tar-Radju |
|
▼M6 ————— |
|
|
Tarifa |
EAC |
|
Chipiona |
|
|
Finistère |
EAF |
|
Coruña |
|
|
Cabo Penas |
EAS |
|
Machicaco |
|
|
Dublin |
|
|
Valentia |
EJK |
|
Malin Head |
EJM |
|
▼M6 ————— |
|
|
Portshead |
GKA |
|
GKB |
|
|
GKC |
|
|
Wick |
GKR |
|
Stonehaven |
GND |
|
Cullercoats |
GCC |
|
Humber |
GKZ |
|
Ilfracombe |
GIL |
|
Niton |
GNI |
|
Land's End |
GLD |
|
Portpatrick |
GPK |
|
Hebrides |
GHD |
|
Lewis |
|
|
Skye |
|
|
Oban |
|
|
Islay |
|
|
Clyde |
|
|
Morcombe Bay |
|
|
Angelsey |
GLV |
|
Cardigan Bay |
|
|
Celtic |
|
|
Ilfracombe |
GIL |
|
Pendennis |
|
|
Start Point |
|
|
Weymouth Bay |
|
|
Hastings |
|
|
North Foreland |
GNF |
|
Oostende |
OST |
|
OSU |
|
L-ANNESS VIIIb
L-ISMIJIET, L-INDIRIZZI U N-NUMRI TAT-TELEX TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI RESPONSABBLI MIS-SORVELJANZA TA'L-IBĦRA MARITTIMI SOĠĠETTI GĦAS-SOVRANITÀ JEW GĦALL-ĠURISDIZZJONI TA' L-ISTATI MEMBRI
|
IL-ĠERMANJA |
Bundesanstalt für Landwirtschaft und ErnährungPalmaille 9D-22767 HamburgTel.: (040) 38 90 51 80Fax.: (040) 38 90 51 60Telex 214 763 BLE D |
|
IL-BELĠJU |
Ministerie van Middenstand en LandbouwDienst ZeevisserijAdministratief CentrumVrijhavenstraat 5B-8400 OostendeTel.: (32-59) 51 29 94Fax (32-59) 51 45 57Telex 81075 DZVOST |
|
ID-DANIMARKA |
FiskeridirektoratetStormgade 2DK-1470 København KFax.: (45) 33 96 39 00Telex FM 16144 DK |
|
FRANZA |
Cross AChâteau-La-GarenneF-56410 ÉtelTelex Crossat 950519 |
|
L-IRLANDA |
Naval Supervisory CentreHaulbowlineCorkFax.: (353) 021379108Telex Cork 24924 |
|
IR-RENJU UNIT |
Għal bastimenti li joperaw fiż-żona ICES VII: Ministry of Agriculture, Fisheries and FoodNobel House17 Smith SquareLondon SW1P 3JRFax.: (44) 171990673373Telex (44) 171922711 |
|
Għal bastimenti li joperaw fiż-żoni ICES Vb (żona KE) u VI: Scottish Office of Agriculture, Environment and Fisheries DepartmentPentland House47 Robb's LoanEdinburgh EH14 ITWFax.: (44) 1312446471Telex (44) 727696 |
|
|
SPANJA |
Secretario General de Pesca Marítima (Segepesca)c/o Ortega y Gasset, 57MadridTélex: 47457 SGPM E |
|
L-OLANDA |
Algemene InspectiedienstKloosterraderstraat 25Postbus 234NL-6460 AE KerkradeFax.: (045) 546 10 11 |
|
IL-PORTUGALL |
Direcção-Geral das PescasAvenida 24 de Julho no. 80LisboaTelex 12696 SEPGC P |
( 1 ) ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 1.
( 2 ) ĠU L 220, tad-29.7.1982, p. 1.
( 3 ) ĠU L 71, tal-31.3.1995, p. 5.
( 4 ) ĠU L 113, tat-30.4.1997, p. 1.
( 5 ) ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.
( 6 ) Il-bastimenti li jibqgħu fiż-żona ta'l-isforz u li ma jkunux, fuq kull naħa, iżjed minn 5 mili nawtiċi 'l barra mill-linja li tifred iż-żewġ żoni ta' l-isforz, dawn għandhom jirreġistraw l-ewwel dħul u l-aħħar ħruġ tagħhom matul perjodu ta' 24 siegħa.