|
26.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 51/23 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/160/PESK
tal-25 ta' Frar 2008
li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta’ Moldova
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 15 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Frar 2003, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2003/139/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta’ Moldova (1). Dawk il-miżuri (restrizzjonijiet fuq id-dħul) ġew imġedda mill-Kunsill bil-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (2) tat-23 ta’ Frar 2004. Huma jiskadu fis-27 ta’ Frar 2008. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Awwissu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/622/PESK (3) li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK li biha ġew estiżi r-restrizzjonijiet fuq id-dħul fuq persuni li huma responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u għeluq kontra l-iskejjel Moldavi li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova. |
|
(3) |
Minkejja li n-negozjati dwar il-bidliet kostituzzjonali digà bdew, ma kien hemm l-ebda progress sostanzjali fis-sitwazzjoni dwar il-kunflitt Transnistrijan fir-Repubblika tal-Moldova. |
|
(4) |
L-UE tibqa’ impenjata li tikkontribwixxi għall-objettiv li tinkiseb soluzzjoni paċifika għall-kunflitt, b’rispett sħiħ għall-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u fil-qafas ta’ l-Organizazzoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). |
|
(5) |
L-UE tikkonsidra inaċċettabbli l-pożizzjoni kontinwa tat-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova u n-nuqqas ta’ rieda li taħdem bis-sħiħ fi sforzi biex tintlaħaq soluzzjoni paċifika u komprensiva għall-kunflitt Transnistrijan. |
|
(6) |
Abbażi ta’ eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu mġedda għal perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. Il-Kunsill jikkunsidra li huwa xieraq li jitħassru sitt persuni mil-lista fl-Annessi I u li jiżdiedu sitt persuni oħra fil-listi fl-Annessi I u II. |
|
(7) |
Fl-interess taċ-ċarezza, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu kkonsolidati f’att legali wieħed, |
ADOTTAT DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu fit-territorji tagħhom tal-persuni li huma responsabbli:
|
(i) |
għall-prevenzjoni tal-progress lejn il-wasla għal soluzzjoni politika tal-konflitt Transnistrijan fir-Repubblika tal-Moldova, kif elenkat fl-Anness I; |
|
(ii) |
għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u għeluq kontra l-iskejjel Moldavi li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika Moldava, kif elenkati fl-Anness II. |
2. Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.
3. Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kazijiet fejn Stat Membru huwa marbut b’obbligazzjoni ta’ liġi internazzjonali, jiġifieri:
|
(i) |
bħala pajjiż ospitanti għal organizzjoni internazzjonali intergovernattiva; |
|
(ii) |
bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali mlaqqgħa minn, jew taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti; jew |
|
(iii) |
taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
|
(iv) |
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f’każijiet fejn Stat Membru huwa pajjiż ospitanti ta’ l-OSKE.
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat fuq raġunijiet ta’ ħtieġa urġenti umanitarja, jew fuq raġunijiet ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali ta’ l-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt fir-Repubblika tal-Moldova.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill. L-eżenzjoni ser tiġi kkunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed jew aktar mill-Membri tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. F’każijiet fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness I u II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u lill-persuni kkonċernati biha.
Artikolu 2
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni, għandu jadotta modifiki għal-listi li jinsabu fl-Anness I u l-Anness II kif meħtieġ minn żviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidhol fis-seħħ fis-27 ta’ Frar ta’ l-2008 u tapplika sas-27 ta’ Frar ta’ l-2009. Din għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġi mġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.
Artikolu 4
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
(1) ĠU L 53, 28.2.2003, p. 60.
(2) ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2007/121/PESK (ĠU L 51, 20.2.2007, p. 31).
ANNESS I
Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(i)
|
1. |
SMIRNOV, Igor Nikolayevich, “President”, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530. |
|
2. |
SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u “President tal-Kumitat Doganali ta’ l-Istat”, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novava Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016. |
|
3. |
SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u “Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali”, “Membru tas-Sovjet Suprem”, imwieled fit-8 ta’ Awwissu 1967 f’Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 60No190737. |
|
4. |
MARAKUTSA, Grigory Stepanovich, “Membru tas-Sovjet Suprem”, “Rappreżentant Speċjali tas-Sovjet Suprem għar-Relazzjonijiet Interparlamentari” imwieled fil-15 ta’ Ottubru 1942 f’Teya, Grigoriopolsky rayon, Repubblika tal-Moldova, passaport Sovjetiku qadim Nru 8BM724835. |
|
5. |
LITSKAI, Valery Anatolyevich, “Ministru għall-Affarijiet Barranin”, imwieled fit-13 ta’ Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2000. |
|
6. |
KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, “Ministru tad-Difiża”, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa. |
|
7. |
ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, “Ministru għas-Sigurtà ta’ l-Istat”, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu. |
|
8. |
KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, “Viċi-President”, imwieled fl-24 ta Ottubru 1958 f’Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu. |
|
9. |
BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien “Ministru tal-Ġustizzja”, imwieled fl-1961 f’Vinnitsa, l-Ukraina. |
|
10. |
ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, “Prosekutur tat-Transnistrja”, imwieled fl-1948 f’Kamenka, Repubblika tal-Moldova. |
|
11. |
GUDYMO, Oleg Andreyevich, “Membru tas-Sovjet Suprem”, “President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem”, dak li qabel kien “Viċi-Ministru għas-Sigurtà”, imwieled fil-11 ta’ Settembru 1944 f’Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094. |
|
12. |
KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, “Ministru ta’ l-Affarijiet Interni”, imwieled fl-14 ta’ April 1970, f'Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa. |
|
13. |
ATAMANIUK, Vladimir, “Deputat Ministru tad-Difiża” |
ANNESS II
Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)
|
1. |
URSKAYA, Galina Vasilyevna, “Ministru tal-Ġustizzja”, imwieled fl-10 ta’ Diċembru 1957 fil-villaġġ ta’ Pyatiletka, Brianskyi rayon, Brianskaya oblast, il-Federazzjoni Russa. |
|
2. |
MAZUR, Igor Leonidovich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova. |
|
3. |
PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51 Nru 0527002, maħruġ milll-Ambaxxata Russa f’ Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001. |
|
4. |
CHERBULENKO, Alla Viktorovna, “Deputat Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat ta’ Rybnitsa”, responsabbli għal kwistjonijiet ta’ edukazzjoni. |
|
5. |
KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova. |
|
6. |
KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa. |