|
16.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 425/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2096
tal-15 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), fir-rigward ta’ sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tagħmir kopert mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkwinanti organiċi persistenti, ċerti sustanzi jew taħlitiet likwidi, nonilfenol u metodi ta’ ttestjar għall-ażokoloranti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 68(2) u 131 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-entrata 3 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fiha diversi referenzi għat-tikkettar b’R65, li huwa wieħed mill-“Frażijiet R” standard, li jindika riskji speċjali kkawżati mill-perikli assoċjati mal-użu tas-sustanza li ġew stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2). Billi dik id-Direttiva ġiet revokata, ir-referenzi għal R65 għandhom jitħassru mill-entrata 3. |
|
(2) |
Skont il-paragrafu 6 tal-entrata 3 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fit-8 ta’ Lulju 2015 l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ħejjiet dossier b’konformità mal-Artikolu 69 ta’ dak ir-Regolament u kkonkludiet li ma hemmx bżonn li tiġi proposta emenda tar-restrizzjoni stabbilita f’dik l-entrata. Għaldaqstant, il-paragrafi 6 u 7 tal-entrata 3 saru superfluwi u għandhom jitħassru. |
|
(3) |
L-entrati 22, 67 u 68 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxu r-restrizzjonijiet fir-rigward tal-pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu, l-aċidu bis(pentabromofenil) u l-aċidu perfluworoottanojku u l-imlieħ tiegħu. Hekk kif jiġu stabbiliti restrizzjonijiet aktar ħorox għal dawk is-sustanzi fir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li jitħassru l-entrati 22, 67 u 68 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(4) |
L-entrata 46 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ġiet inkluża għall-ewwel darba fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ma fiha l-ebda numru tal-CAS jew numri tal-KE għan-nonilfenol. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 (4) żied numru CAS u numru KE għal dik l-entrata, bl-intenzjoni li jiċċaraha u jippermetti lill-operaturi u lill-awtoritajiet tal-infurzar japplikawha b’mod korrett. Madankollu, dik iż-żieda kellha l-effett mhux intenzjonat li issa, l-entrata 46 ma tkoprix l-iżomeri kollha tan-nonilfenol. L-intenzjoni tal-leġislatur fiż-żmien tal-adozzjoni tar-restrizzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi riflessa billi jitħassru dawk in-numri. |
|
(5) |
L-entrati 28, 29 u 30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq u l-użu għall-forniment lill-pubbliku ġenerali ta’ sustanzi li huma kklassifikati bħala sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR), tal-kategoriji 1 A jew 1B, u elenkati fl-Appendiċi minn 1 sa 6 ta’ dak l-Anness, u ta’ taħlitiet li jkun fihom sustanzi bħal dawn f’konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk speċifikati. |
|
(6) |
Is-sustanzi kklassifikati bħala CMR huma elenkati fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
|
(7) |
Wara l-aħħar emenda tal-Appendiċijiet minn 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/675 (6) biex jitqiesu l-klassifikazzjonijiet il-ġodda tas-sustanzi bħala CMR skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ġiet emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 (7) u mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 (8). Huwa xieraq li s-sustanzi CMR tal-kategoriji 1 A jew 1B elenkati fir-Regolamenti (UE) 2018/1480 u (UE) 2020/217 li għadhom kif ġew ikklassifikati jiżdiedu fl-Appendiċijiet minn 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jistabbilixxi r-regoli dwar it-tqegħid fis-suq, id-disponibbiltà fis-suq jew it-tqegħid fl-użu ta’ apparati mediċi għall-użu mill-bniedem, aċċessorji għal tali apparati u ċerti gruppi ta’ prodotti mingħajr skop mediku maħsub. Billi r-Regolament (UE) 2017/745 fih xi dispożizzjonijiet dwar is-sustanzi CMR, u biex tiġi evitata regolamentazzjoni doppja, l-apparati fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 jeħtieġ li jiġu eżentati mir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-entrati 28–30 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(9) |
It-tħassir tal-entrata 68 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ japplika mid-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/784 (10), bl-inklużjoni tal-aċidu perfluworoottanojku u l-imlieħ tiegħu fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021. |
|
(10) |
Il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi introdotti bir-Regolament (UE) 2018/1480 japplikaw mill-1 ta’ Mejju 2020. Il-partijiet ikkonċernati għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jikkonformaw mar-restrizzjoni introdotta minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR tal-kategorija 1 A jew 1B bir-Regolament (UE) 2018/1480. Perjodu ta’ sitt xhur għandu jkun biżżejjed. Id-data tal-applikazzjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B ikklassifikati skont ir-Regolament (UE) 2018/1480 aktar kmieni. |
|
(11) |
Ir-Regolament (UE) 2020/217 japplika mill-1 ta’ Ottubru 2021. Ir-restrizzjoni introdotta minn dan ir-Regolament fir-rigward ta’ sustanzi kklassifikati bħala CMR tal-kategorija 1 A jew 1B bir-Regolament (UE) 2020/217 għalhekk jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2021. Id-data tal-applikazzjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli japplikaw ir-restrizzjonijiet relatati mas-sustanzi CMR tal-kategorija 1 A jew 1B ikklassifikati skont ir-Regolament (UE) 2020/217 aktar kmieni. |
|
(12) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (11) għamel xi bidliet fit-titoli u fin-numerazzjoni fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008. L-emendi korrispondenti għall-entrati 28, 29 u 30 fil-kolonna 1 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 saru permezz tar-Regolament (UE) 2018/675. Jenħtieġ li jsiru bidliet simili għat-titoli tal-Appendiċi minn 1 sa 6 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. |
|
(13) |
L-Appendiċi 10 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jelenka l-metodi ta’ ttestjar għall-ażokoloranti għall-finijiet tal-entrata 43 ta’ dak l-Anness. Diversi metodi ta’ ttestjar elenkati huma skaduti u ġew sostitwiti mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni b’metodi ta’ ttestjar aktar aġġornati. Għalhekk, l-Appendiċi 10 għandu jiġi emendat biex jirrifletti dawk il-bidliet. |
|
(14) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punt (6) tal-Anness għandu japplika mill-4 ta’ Lulju 2020.
Il-punt (8)(b) tal-Anness għandu japplika skont dan li ġej:.
|
— |
ir-ringieli dwar il-kobalt, il-benżo[rst]pentafen u d-dibenżo[b,def] krisen; id-dibenżo[a,h]piren għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2021; |
|
— |
ir-ringieli li jikkonċernaw il-1,2-diidrossibenżen; il-pirokateċol, l-aċetaldelid; l-etanal u s-spirodiklofen (ISO); 3-(2,4-diklorofenil)-2-osso-1-ossaspiro[4.5]dek-3-en-4-il 2,2-dimetilbutirat għandu japplika mill-5 ta’ Lulju 2021. |
Il-Punt 11(b) tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2021.
Il-punt (12)(b) tal-Anness għandu japplika kif ġej:
|
— |
ir-ringieli dwar il-kobalt, l-ossidu tal-etilene; l-ossiran, l-etanol, 2,2’-iminobis-, id-derivati tan-N-(C13–15 alkil ramifikat u lineari), il-ftalat tad-diisoeżil, l-alosulfuron metil (ISO); il-metil-3-kloro-5-{[(4,6-dimetossipirimidin-2il)karbamojl]sulfamojl} -1-metil1H-pirazol-4-karbossilat, 2-metilimidazole u dibutilbis (pentan-2,4-dionato-O,O’)landa għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2021; |
|
— |
ir-ringieli dwar it-2-benżil-2-dimetilammino-4’-morfolinobutirofenon, propikonażol (ISO); (2RS,4RS;2RS,4SR)-1-{[2-(2,4-diklorofenil) -4-propil-1,3-diossolan-2-il]metil}-1H-1,2,4-triażol u 1-vinilimidażol għandhom japplikaw mill-5 ta’ Lulju 2021. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU 196, 16.8.1967, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 7).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/675 tat-2 ta’ Mejju 2018 li jemenda l-Appendiċijiet tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tas-sustanzi CMR (ĠU L 114, 4.5.2018, p. 4).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/1480 tal-4 ta’ Ottubru 2018 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 (ĠU L 251, 5.10.2018, p. 1).
(8) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/217 tal-4 ta’ Ottubru 2019 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, u li jikkoreġi dak ir-Regolament (ĠU L 44, 18.2.2020, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/784 tat-8 ta’ April 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-elenkar tal-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA (ĠU L 188, 15.6.2020, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/776 tal-4 ta’ Mejju 2017 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 116, 5.5.2017, p. 1).
ANNESS
L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-kolonna 2 tal-entrata 3 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
titħassar l-entrata 22; |
|
(3) |
Fl-entrati 28–30, il-punt (f) li ġej huwa miżjud fil-paragrafu 2 tal-kolonna 2:
|
|
(4) |
Fl-entrata 46, jitħassru r-referenzi għan-numru tal-CAS u għan-numru tal-KE fil-paragrafu (a) tal-kolonna 1; |
|
(5) |
titħassar l-entrata 67; |
|
(6) |
titħassar l-entrata 68; |
|
(7) |
It-titlu tal-Appendiċi 1 hu sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(8) |
L-Appendiċi 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
It-titlu tal-Appendiċi 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:"”
|
|
(10) |
It-titlu tal-Appendiċi 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:"”
|
|
(11) |
L-Appendiċi 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
L-Appendiċi 6 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(13) |
Fl-Appendiċi 10, it-tabella hija sostitwita bit-tabella li ġejja:
|