Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81) – Nuqqas li jiġu stabbiliti u implementati pjanijiet għall-akkoljenza u t-tqandil ta’ skart għall-portijiet kollha tal-Finlandja.
Dispożittiv
1) Billi ma stabbilixxietx u ma implementatx pjanijiet ta’ akkoljenza u ta’ tqandil ta’ skart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.
2) Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.