Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 – Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C‑523/06)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2000/59/KE – Faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija – Nuqqas milli jiġu stabbiliti u implementati pjanijiet għall-akkoljenza u t-tqandil ta’ skart għall-portijiet kollha”

1.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed in kunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)

2.                     Atti ta’ l-istituzzjonijiet – Direttivi – Eżekuzzjoni mill-Istati Membri (Artikolu 249 KE) (ara l-punt 12)

3.                     Ambjent – Skart – Direttiva 2000/59 – Skart iġġenerat mill-bastimenti u fdalijiet mill-merkanzija (Direttiva 2000/59 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 5(1)) (ara l-punti 13-14)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, p. 81) – Nuqqas li jiġu stabbiliti u implementati pjanijiet għall-akkoljenza u t-tqandil ta’ skart għall-portijiet kollha tal-Finlandja.

Dispożittiv

 

Billi ma stabbilixxietx u ma implementatx pjanijiet ta’ akkoljenza u ta’ tqandil ta’ skart għall-portijiet kollha tagħha, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(1) u 16(1) tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta’ l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija.

 

Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.