02003R2160 — MT — 21.04.2021 — 008.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2160/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325 12.12.2003, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1003/2005 tat-30 ta' Ġunju 2005 |
L 170 |
12 |
1.7.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006 |
L 363 |
1 |
20.12.2006 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1237/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 |
L 280 |
5 |
24.10.2007 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 213/2009 tat-18 ta' Marzu 2009 |
L 73 |
5 |
19.3.2009 |
|
|
REGOLAMENT (KE) Nru 596/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 2009 |
L 188 |
14 |
18.7.2009 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 |
L 138 |
45 |
26.5.2011 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta’ Ottubru 2011 |
L 281 |
7 |
28.10.2011 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 |
L 158 |
1 |
10.6.2013 |
|
|
REGOLAMENT (UE) 2016/429 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016 |
L 84 |
1 |
31.3.2016 |
|
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2160/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Novembru 2003
fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel
Il-KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET TA’ INTRODUZZJONI
Artikolu 1
Suġġett u skop
Dan ir-Regolament jikkonsidra
L-adozzjoni ta’ versalli għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta' żonożi speċifiċi fil-popolazzjoni ta’ l-annimali
fil-livell ta’ produzzjoni primarja
meta xieraq għall-aġenti żonożi jew żonotiċi ikkonċernati fi stadji oħra tal-katina ta’ l-ikel li tinkludi l-għalf
l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll speċifiku stabbilita mill-Istati Membri u operaturi ta’ ikel u għalf
l-addozzjoni ta’ liġijiet speċifici li jikkonċernaw ċerti metodi ta’ kontroll applikati fit-tnaqqis ta’ importanza ta’ żonożi u żonotiċi
l-addozzjoni ta’ liġijiet li jikkonċernaw kummerċ intra-komunitarju u importazzjoni minn pajjiżi terżi jew ċerti annimali u prodotti ta’ dan.
Dan ir-Regolament m’għandux japplika lill-produzzjoni primarja
għall-użu domestiku u privat
li twassal għall-provvista diretta, mill-produttur ta’ kwantitajiet zgħar ta’ prodotti primarji għall-konsumatur finali jew stabbiliment ta’ ħwienet lokali li direttament jissupplixxu l-prodotti primarji għall-konsumatur finali
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) No 178/2002
Id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Direttiva 2003/99/KE
Id-definizzjonijiet li ġejjin
“merħla” tfisser annimali jew ġruppi ta’ annimali miżmuma f’razzett bħala qasam epidermiologiku u,
“qatgħa” tfisser kull tajr tal-istess stat ta’ saħħa miżmum fl-istess post u fl-istess għeluq u li jikkostitwixxi unità epidemjologika waħda; fil-każ ta’ tajr li jinżamm ġewwa, dan jinkludi t-tjur kollha li jaqsmu l-istess arja.
Artikolu 3
Awtoritajiet kompetenti
Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti għar-Raġuni ta’ dan ir-Regolament u li jinnotifika n-notifika ta’dan. Jekk Stat Membru jinnomina iktar minn awtorità kompetenti waħda, huwa għandu
jinnotifika lill-kummissjoni ta’ l-awtorità kompetenti li għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt għall kuntatti mal-kummissjoni u
jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw biex jagħmlu garanzija ghall-implimentazzjoni tal-ħtiġiet ta’ dan ir-Regolament.
L-awtorità lokali kompetenti jew awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli partikolarment għall-
istabbiliment ta’ programmi li hemm dispożizzjonijiet għalihom fl-Artikolu 5(1) u jippreparaw emendi li huma neċessarji, b’mod partikolari fid-dawl ta’ informazzjoni u r-riżultati miġjuba
il-ġbir ta’ informazzjoni neċessarja għall-evalwazzjoni tal-mezzi użati u r-riżultati miġjuba fl-istħarriġ tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali li hemm provdut għalihom fl-Artikolu 5 u għas-sottomissjoni ta’ dik l-informazzjoni u r-rizultati annwali, li jinkludu r-riżultati ta’ stħarriġ neċessarju, għall-kummissjoni, ikkunsidraw ir-regoli stabbiliti wara l-Artikolu 9(1) tar-Direttiva 2003/99/KE
stħarriġ ta’ iċċekkjar regolari fuq il-post ta’ ikel u, jekk hemm bżonn, kummerċ ta’ ikel għar-raġunijet ta’qbil ma dan ir-Regolament
Il-KAPITOLU II
VERSALLI TAL-KOMUNITA
Artikolu 4
Versalli tal-komunità għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi
Versalli tal-komunità għandhom jiġu stabbiliti għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi li hemm fil-lista ta’ l-Anness I, Kolonna 1, fil-popolazzjoni ta’ annimali li hemm fil-lista f’L-Anness I, Kolonna 2, ikkonsidrati b’ mod patikolari
l-esperjenza miġjuba taħt miżuri nazzjonali eżistenti,u
informazzjoni mibgħuta lill-kummissjoni jew lill-awtorità tas-sigurtà ta’ l-ikel ewropew taħt il-ħtiġiet tal-komunità eżistenti, b’mod partikolari fl-iskema ta’ informazzjoni provduta għaliha fid-Direttiva 2003/99/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 5 ta’ dawn il-versalli u kull emenda għandha tiġi stabbilita fi ftehim mal-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 14(2).
Il-miri, u kwalunkwe emendi għalihom, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Il-versalli li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu mill-inqas minn
espressjoni numerika ta’
il-percentwali massima ta’ unita epidermjoloġika li jibqgħu pozittivi, u/jew
il-percentwali minima ta’ tnaqqis fin-numru ta’ unitajiet epidermjologiċi li jibqgħu pozittivi
il-limitu ta’ ħin massimu f’liema il-versall għandu jiġi akkwistat
id-definizzjoni ta’ l-unitajiet epidermjologiċi li hemm referenza għaliha f’
definizzjoni ta’ skemi ta’ testjar neċessarji biex jiġu verifikati l-akkwist ta’dan il-versall
id-definizzjoni, fejn relevanti ta serotipi b’tifsira importanti għas-saħħa pubblika jew ta’ sub-tipi oħra ta’ aġenti zonożi u żonotiċi li hemm fil-lista f’L-Anness 1, Kolonna 1, ikkonsidrat il-kriterji ġenerali li hemm fil-lista ta’ paragrafu 6(ċ) u kull kriterju speċifiku stabbilit f’L-Anness III
Meta definit f’kull versall tal-komunità, l-kummissjoni għandha tipprovdi analiżi ta’ l-infiq u l-benefiċċji Din l-analiżi għandha tikkonsidra, b’mod partikolari, l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 6(ċ) L-Istati Membri għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni bl-assistenza neċessarja biex tippermetti l-preparazzjoni ta’ l-analiżi
Qabel il-proposta ta’ kull versall fil-komunità, l-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri ġewwa l-komunità b’riferenza għaliha fl-Artikolu 14(1) fuq ir-riżultati ta’ l-analiżi
Fid-dawl tar-riżultati ta’ l-analiżi u l-konsultazzjoni ta’ l-Istati Membri, l-Kummisjoni għandha tipproponi versalli tal-komunità fejn suppost
►C2 Il-mira tal-Komunità stabbilita għal qatgħat tat-trobbija ta’ Gallus gallus ◄ għal perjodu transitorju għandhom ikopru l-ħames serotipi l-aktar frekwenti ta’ salmonella f’salmonellosi umana li għandha tkun identifikata fuq bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-KE. Il-versall tal-komunità stabbilit għal tiġieġ li jbidu, u dundjani għall-perjodu transitorju għandu jkopri salmonella enteritidis u salmonella typhimurium. Madankollu, jekk neċessarju, dawn il-versalli jistgħu jiġu estiżi għall serotipi oħra fuq il-bażi ta’ riżultati ta’ analiżi mmexxija bi ftehim ma paragrafu 4.
Il-perjodu transitorju għandu japplika għal kull versall tal-komunità għat-tnaqqis ta’l-importanza tas-salmonella fl-għasafar. Għandu jdum tlett snin b’kull każ jibda mid-data msemmija f’kolonna 5 ta’ l-Anness I.
L-Anness I jista’ jkun emendat mill-Kummissjoni għal raġunijiet li hemm fil-lista f’punt (b), wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari l-kriterji fil-lista ta’ punt (c). Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Emendi għall-Anness 1 jistgħu jbiddlu l-iskop tal-ħtiġiet, fejn jidħol l-istabbiliment ta’versalli tal-komunità billi jissupplimentaw restrizzjonijet u tibdil
ta aġenti żonożi u żonotiċi;
l-istadji tal-katina ta’ l-ikel, u/jew
il-popolazzjoni ta’ l-annimali konċernati
Il-kriterji konċernati qabel emenda Annex I jinkludu b’rispett għall-aġenti żonożi u żonotiċi konċernati
il-frekwenza f’popolazzjoni ta’ l-annimali u umani għall-ikel jew għalf
il-gravità ta’ l-effett tagħha għall-umani
il-konsegwenzi għas-saħħa ta’ l-annimali u umani u għall-kura ta’ ikel u kummerċ ta’ ikel
tendenza epidermjologika f’popolazzjonijiet ta’ annimali u umani, ikel u għalf
Parir xjentifiku;
Żvilupp teknologiku, li għandu x’jaqsam partikolarment mal-prattika tal-kontroll ta’ l-ghazliet disponibbli, u
ħtiġiet u tendenzi li jikkonċernaw is-sistema ta’ tkabbir u metodi ta’ produzzjoni
Il-KAPITOLU III
PROGRAMMI TA’ KONTROLL
Artikolu 5
Programmi ta’ kontroll nazzjonali
Programmi ta’ kontroll nazzjonali għandhom
jipprovdu għall-iskoperta ta aġenti żonożi u żonotiċi bi ftehim mal-ħtiġiet u liġijiet minimi ta’ kampjunaġġ stabbiliti fl-Anness II
jipprovadu definizzjoni tar-responsabbilitajiet rispettivi ta’ l-awtoritajiet kompetenti u operaturi ta’ ikel u għalf
jispeċifikaw il-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu meħuda wara l-iskoperta ta’ aġenti żonożi u żonotiċi, b’mod partikolari li jipproteġu s-saħħa pubblika u li jinkludi l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċistabbiliti f’L-Anness II
jippermettu l-progress taħt id-dispożizzjonijiet tagħhom biex jiġu evalwati u għall-dawk il-programmi li jridu jiġu reviżjonati b’mod partikolari fid-dawl tar-riżultati miġjuba mill-iskoperti ta’ aġenti żonożi u żonotiċi
Programmi ta’ kontroll għandhom jkopru għall-inqas l-istadji tal-katina ta’ l-ikel li ġejjin:
Prodotti ta’ l-ikel
prodotti ta’ annimali primarji
Proċess u preparazzjoni ta’ ikel u oriġini taànnimali
Għall-Bulgarija u r-Rumanija, jekk id-data tal-preżentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta' kontroll għall-Istati Membri l-oħrajn diġà għaddiet, id-data tal-preżentazzjoni għandha tkun id-data ta' l-adeżjoni.
Għall-Kroazja, meta d-data tas-sottomissjoni tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali għal Stati Membri oħrajn tkun diġà għaddiet, id-data tas-sottomissjoni tkun id-data tal-adeżjoni.
Artikolu 6
Approvazzjoni tal-programmi ta’ kontroll nazzjonali
Artikolu 7
Programmi ta’ kontroll tal-operaturi ta’ l-ikel u għalf
KAPITOLI IV
METODI TA’ KONTROLL
Artikolu 8
Metodi ta’ kontroll speċifiku
►M5 Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ Stat Membru: ◄
Jista jkun deċiż li kontrolli speċifiċi jistghu jkunu applikati għat-tnaqqis ta’ l-importanza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi fl-istadju tal-produzzjoni primarja ta’ annimali u stadji oħra tal-katina ta’ l-ikel
Liġijiet jistgħu jiġu addottati fejn jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ emtodi li jirreferu għall sub-paragrafu (a)
Liġijiet dettaljati jistgħu jkunu adottati għall-metodi li hemm riferenza għalihom f’sub-paragrafu (a)
Jista jkun deċiż li ċerti metodi speċifiċi ta’ kontroll m’għandhomx ikunu wżati bħala parti mill-programmi ta’ kontroll
Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Il-KAPITOLU V
KUMMERC
Artikolu 9
Sengħa Intra-Komunitarja
L-awtorizzazzjoni tista tkun miġbuda bi ftehim ma l-istess proċedura
Dawk il-miżuri speċjali għandhom jinkludu miżuri bbażati fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-Deċiżjoni 95/410/KE fl-aħħar verżjoni tagħha qabel ma tħassret u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/644/KE ( 1 ) u 2004/235/KE ( 2 ) fil-verżjonijiet tagħhom fil-mument tat-tħassir tad-Direttiva 90/539/KEE.
Artikolu 10
Importazzjoni minn terzi pajjiżi
Il-KAPITOLU VI
LABORATORJI
Artikolu 11
Referenza tal-laboratorji
Artikolu 12
Approvazzjoni tal-laboratorji, ħtiġiet tal-kwalità u approvazzjoni ta’ metodi ta’ testjar
Laboratorji li jipparteċipaw fi programmi ta’ kontroll wara l-Artikoli 5 u 7 għal raġunijiet ta’ analiżi ta’ kampjuni biex issir ezami għall-prezenza ta’ aġenti żonożi u żonotiċi b’referenza għall-Anness 1, kolonna 1
biex ikunu nominati minn awtorità kompetenti u
japplikaw sistemi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li jikkonformaw ma EN/ISO l-aktar tard fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew fi żmien 24 xahar b’żidea ta aġenti ġodda ta’ żonożi u żonotiċi lill-Anness 1 Kolonna 1
Metodi alternattivi jistgħu jiġu wżati jekk ġew validati bi ftehim ma liġijiet li ġew mgħarrfa mill-aspett internazzjonali u joffru riżultati ekwivalenti għal dawk miġjuba bil-metodu ta’ referenza rilevanti
Fejn neċessarju, metodi oħra għall-ittestjar jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3)
Il-KAPITOLU VII
IMPLIMENTAZZJONI
Artikolu 13
Miżuri tranżitorji u ta’ implimentazzjoni
Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri tranżitorji u ta’ implimentazzjoni xierqa, li jinkludu l-emendi neċessarji għaċ-ċertifikati ta’ saħħa rilevanti. Miżuri tranżizzjonali ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, anke dawk li jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, partikolarment speċifikazzjonijiet ulterjuri tar-rekwiżiti stipulati fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3).
Miżuri oħra ta’ implimentazzjoni jew ta’ tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 14
Proċedura tal-Kumitat
Il-perjodu ta’ żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
Artikolu 15
Konsultazzjoni lill-Awtorita Ewropea ghal Sigurta ta' Ikel
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Awtorità Ewropea ghal Sigurtà ta' Ikel fuq kull affari fil-mira ta’dan ir-Regolament li jista jkollha impatt sinjifikanti fuq saħħa pubblika u b’mod partikolari qabel ma tipproponi versalli tal-komunità bi ftehim ma l-Artikolu 4 jew metodi ta’ kontroll speċifiku bi ftehim ma l-Artikolu 8.
Artikolu 16
Rapport fuq arranġamenti finanzjarji
Ir-rapport għandu jiddiskuti:
L-arranġamenti li jseħħu, fil-komunità u livell nazzjonali, għall-miżuri ta’ finanzi meħudin biex jikkontrollaw aġenti żonożi u żonotiċi, u
l-effett li dawn l-arranġamenti jkollhom fuq l-effettività ta’ dawk il-miżuri.
Il-KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 17
Kontrolli tal-Komunità
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda jgħodd sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Iz-Zoonosi u l-aġenti zoonotiċi li għalihom iridu jiġu stabbiliti l-miri Komunitarji għat-tnaqqis tal-prevalenza skond l-Artikolu 4
|
1. Iz-Zoonosi jew l-aġent zoonotiku |
2. Il-Popolazzjoni ta' l-annimali |
3. L-Istadju fil-katina ta' l-ikel |
4. L-Aħħar data li fiha trid tiġi stabbilita l-mira (*1) |
5. L-Aħħar data li fiha jrid isir it-testjar |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-qatgħat tat-tnissil tal-Gallus gallus |
Il-Produzzjoni primarja |
►M1 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ◄ |
Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
It-Tiġieġ li jbidu |
Il-Produzzjoni primarja |
Erbgħa u għoxrin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-Kapuċċelli |
Il-Produzzjoni primarja |
Sitta u tletin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Id-Dundjani |
Il-Produzzjoni primarja |
Tmienja u erbgħin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-Merħliet tal-ħnieżer tal-qatla |
Il-Qatla |
Tmienja u erbgħin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-Merħliet tal-ħnieżer tat-tnissil |
Il-Produzzjoni primarja |
Sittin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Tmintax-il xahar wara d-data riferita fil-kolonna 4 |
|
(*1)
Dawn id-dati huma msejsa fuq il-preżunzjoni li d-data komparabbli fuq il-prevalenza jkunu disponibbli gallinqas sitt xhur qabel l-istabbiliment tal-mira. Jekk dawn id-data ma jkunux disponibbli, id-data tal-mira gandha tii posposta kond hekk. |
||||
ANNESS II
IL-KONTROLL TAZ-ZOONOSIJIET U L-AĠENTI ZOONOTIĊI ELENKATI FL-ANNESS I
A. Il-Ħtiġiet ġenerali għall-programmi nazzjonali tal-kontroll
Il-programm irid iqis in-natura taz-zoonosi u/jew l-aġent zoonotiku interessati u s-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru. Irid:
jiddikjara l-għan tal-programm billi jieħu f'konsiderazzjoni l-importanza taz-zoonosi jew l-aġent zoonotiku interessati;
jikkonforma mal-ħtiġiet minimi tat-teħid tal-kampjuni stabbiliti fil-parti B;
meta rilevanti, jikkonforma mal-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fil-partijiet minn Ċ sa E; u
jispeċifika l-punti li ġejjin:
1. Ġenerali
1.1. L-okkorrenza taz-zoonosi jew ta' l-aġent zoonotiku interessati fl-Istati Membri b'riferiment speċjali għar-riżultati miksuba fil-qafas tal-monitoraġġ skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE.
1.2. Iz-zona ġeografika jew, meta approprjat, l-unitajiet epidermjoloġiċi, li fihom irid jiġi implimentat il-programm.
1.3. L-istruttura u l-organizzazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
1.4. Il-laboratorji approvati fejn jiġu analizzati l-kampjuni miġbura ġewwa l-programm.
1.5. l-Metodi wżati fl-eżaminazzjoni taz-zoonosi jew ta' l-aġent zoonotiku.
1.6. Il-kontrolli uffiċjali (inklużi l-iskemi tat-teħid tal-kampjuni) fil-livell tal-għalf, il-qatgħa jew il-merħla.
1.7. Il-kontrolli uffiċjali (inklużi l-iskemi tat-teħid tal-kampjuni) fi stadji oħra tal-katina ta' l-ikel.
1.8. Il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti rigward l-annimali jew il-prodotti li fihom ġew mikxufa zoonosijiet jew aġenti zoonotiċi, b'mod partikolari għalbiex tiġi protetta s-saħħa pubbika; u kull miżura protettiva meħuda, bħat-tilqim.
1.9. Il-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti, inkluża kull disposizjoni nazzjonali li tirrigwarda l-attivitajiet riferiti fl-Artikolu 1(3)(b).
1.10. Kull assistenza finanzjarja pprovvduta għan-negozji ta' l-ikel u tal-għalf fil-kuntest tal-programm nazzjonali tal-kontroll;
2. Fejn jirrigwarda n-negozji ta' l-ikel u tal-għalf koperti bil-programm
2.1. L-istruttura tal-produzzjoni ta' l-ispeċje mogħti u tal-prodotti minnu.
2.2. L-istruttura tal-produzzjoni tal-għalf.
2.3. Il-gwidi rilevanti għall-prattiċi t-tajba tat-trobbija ta' l-annimali u linji gwidi oħra (mandatorji jew volontarji) li għall-inqas jiddefnixxu:
2.4. Is-sorveljanza veterinarja tar-rutina fl-irziezet.
2.5. Ir-Reġistrazzjoni ta' l-irziezet.
2.6. Iż-żamma tar-reġistri fl-irziezet.
2.7. Id-dokumenti li jakkumpanjaw l-annimali meta jiġu ddispaċċjati.
2.8. Miżuri oħra rilevanti għalbiex tiġi żgurata t-traċċjabbiltà ta' l-annimali.
B. Il-Ħteġijiet minimi tat-teħid tal-kampjuni
1. Wara li jkun ġie approvat il-programm rilevanti tal-kontroll riferit fl-Artikolu 5, l-operaturi tan-negozji ta' l-ikel irid ikollhom kampjuni meħuda u analizzati għalbiex jittestjaw għaz-zoonosijiet u l-aġenti zoonotiċi elenkati fil-kolonna 1 ta' l-Anness I, li jirrispettaw il-ħtiġiet minimi tat-teħid tal-kampjuni ddikjarati fit-tabella li ġejja.
|
1. Iz-Zoonosi jew l-aġent zoonoriku |
2. Il-Popolazzjoni ta' l-annimali |
3. Il-Fażijiet tal-produzzjoni li t-teħid tal-kampjuni jrid ikopri |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-qatgħat tat-tnissil tal-Gallus gallus |
|
|
— ►C2 il-qatgħat tat-trobbija ◄ |
— il-flieles ta' jum — it-tjur ta' erba' ġimgħat — ġimagħtejn qabel il-moviment lejn il-fażi tal-għemil tal-bajd jew l-unità tal-għemil tal-bajd |
|
|
— ►C2 il-qatgħat adulti tat-tnissil ◄ |
— kull ġimgħa matul it-tieni perjodu tal-għemil tal-bajd |
|
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
It-tiġieġ li jbidu |
|
|
— ►C2 il-qatgħat tat-trobbija ◄ |
— il-flieles ta' jum — għattuq ġimagħtejn qabel il-moviment lejn il-fażi tal-għemil tal-bajd jew l-unità tal-għemil tal-bajd |
|
|
— il-qatgħat li jbidu |
— kull 15-il ġimgħa matul il-fażi tal-għemil tal-bajd |
|
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-Kapuċċelli |
— it-tjur li jkunu sejrin għall-qatla (*1) |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Id-Dundjani |
— it-tjur li jkunu sejrin għall-qatla (*1) |
|
Is-serotipi kollha tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika |
Il-Merħliet tal-ħnieżer: — Il-ħnieżer tat-tnissil — il-ħnieżer tal-qatla |
— l-annimali li jkunu sejrin għall-qatla jew il-karkassi fil-biċċerija — l-annimali li jkunu sejrin għall-qatla jew il-karkassi fil-biċċerija |
|
(*1)
Ir-riżiltati ta' l-analizi fuq il-kampjuni gandhom ikunu magrufa qabel ma l-annimali jitilqu lejn il-bierija |
||
2. Il-Ħtiġiet stabbiliti fl-punt 1 huma mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tal-leġislazzjoni Komunitarja li tirrigwarda l-ispezzjon ta' qabel il-mewt.
3. Ir-riżultati ta' l-analiżi jridu jiġu rreġistrati, flimkien mat-tagħrif li ġej:
id-data u l-post tat-teħid tal-kampjuni; u
l-identifikazzjoni tal-qatgħa/merħla.
4. Jistgħu ma jintużawx it-testijiet immunoloġiċi jekk l-annimali jkunu tlaqqmu, għajr jekk ikun ġie ppruvat illi l-vaċċin ma jinterferix mal-metodu tat-test applikat.
Ċ. Rekwiżiti speċifiċi dwar il-qatgħat għat-tgħammir tal-Gallus gallus u d-dundjani għat-tgħammir
|
1. |
Il-miżuri stabbiliti fil-punti 3 sa 5 għandhom jittieħdu kull meta l-analiżi tal-kampjuni meħuda skont il-parti B, jew skont l-iskemi ta’ ttestjar stabbiliti fl-Annessi għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2005 ( 3 ) u 584/2008 ( 4 ), tindika l-preżenza ta’ Salmonella Enteritidis jew Salmonella Typhimurium f’qatgħa għat-tgħammir tal-Gallus gallus jew fid-dundjani għat-tgħammir fiċ-ċirkustanzi stabbiliti fil-punt 2. |
|
2. |
(a)
Jekk l-awtorità kompetenti tkun approvat il-metodu ta' l-analiżi wżat għall-kampjuni meħuda skond il-parti B, tista' teħtieġ illi jittieħdu l-miżuri stabbiliti fil-punti minn 3 sa 5 meta dan l-analiżi jikxef il-preżenza tas-Salmonella enteritidis jew tas-Salmonella typhimurium.
(b)
Inkella, iridu jittieħdu l-miżuri stabbiliti fil-punti minn 3 sa 5 kulmeta l-awtorità kompetenti tikkonferma suspett tal-preżenza tas-Salmonella enteritidis jew tas-Salmonella typhimurium li joħorġu mill-analiżi tal-kampjuni mwettqa skond il-parti B. |
|
3. |
Il-Bajd mhux inkubat mill-qatgħa jrid jiġi meqrud. Madankollu, dan il-bajd jista' jiġi wżat għall-konsum mil-bnidem jekk jiġi ttrattat f'manjiera li tiġġarantixxi l-eliminazzjoni tas-Salmonella enteritidis jew tas-Salmonella typhimurium skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjne ta' l-ikel. |
|
4. |
It-tjur kollha. inklużi l-flieles ta' jum, fil-qatgħa jridu jiġu maqtula jew meqruda hekk illi jitnaqqas kemm jista' jkun ir-riskju li tinfirex is-salmonella. Il-qtil irid jitwettaq skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel. Il-prodotti dderivati minn dawn it-tjur jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel u, jekk tapplika, il-parti E. Jekk ma jkunux iddestinati għall-konsum mill-bniedem, dawn il-prodotti jistgħu jintużaw jew isir disponiment minnhom skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ottubru 2002 li jistabbilixxi r-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji mill-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem ( 5 ). |
|
5. |
Fejn ikunu għadhom preżenti f'mafqas bajd għat-tifsiq minn qatgħat ta' tjur li fihom hemm preżenti s-Salmonella enteriditis jew is-Salmonella typhimurium, dawn għandhom jiġu meqruda jew trattati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
|
6. |
Ir-referenzi kollha għas-‘Salmonella Typhimurium’ f’din is-sezzjoni jridu jinkludu wkoll is-Salmonella Typhimurium monofażika bil-formula antiġenika ►C1 1,4,[5],12:i:- ◄ . |
D. Rekwiżiti speċifiċi li jirrigwardaw qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu
1. Il-bajd m’għandux jintuża għall-konsum dirett mill-bniedem bħala bajd tal-mejda sakemm ma jkunx ġej minn qatgħa kummerċjali ta’ tiġieġ li jbidu suġġetta għal programm ta’ kontroll nazzjonali stabbilit skond l-Artikolu 5 u mhux taħt restrizzjoni uffiċjali.
2. Il-bajd li joriġina minn qatgħat li għandhom stat ta’ saħħa mhux magħruf, li dwarhom hemm suspett li huma infettati jew li huma infettati mis-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet iffissata mira ta’ tnaqqis jew li ġew identifikati f’tifqigħa speċifika fil-bniedem li tinġarr fl-ikel, jista’ jintuża għall-konsum mill-bniedem jekk jiġi ttrattat b’mod li jiggarantixxi l-qirda tas-sertotipi kollha tas-Salmonella li għandhom sinifikat għas-saħħa pubblika skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel.
Il-bajd li joriġina minn qatgħat li għandhom stat ta’ saħħa mhux magħruf, li dwarhom hemm suspett li huma infettati jew li huma infettati mis-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet iffissata mira ta’ tnaqqis jew li ġew identifikati bħala għajn ta’ infezzjoni f’tifqigħa speċifika fil-bniedem li tinġarr fl-ikel, għandu jkun
ikkunsidrat bħala bajd tal-Klassi B kif iddefinit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat-23 ta' Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għat-tqegħid fis-suq tal-bajd ( 6 );
immarkat bl-indikazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 557/2007 li tifridhom b’mod ċar minn bajd tal-Klassi A qabel ma jitqiegħdu fis-suq.
projbit milli jidħol f’ċentri ta’ ppakkjar sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta bil-miżuri biex jiġi pprevenut it-tniġġis minn naħa għal oħra ta’ bajd minn qatgħat oħrajn.
3. Meta jinqatlu jew jinqerdu tjur minn qatgħat infettati, għandhom kemm jista’ jkun jittieħdu miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ tixrid taż-żoonożi. Il-qtil għandu jitwettaq skond il-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel. Il-prodotti li ġejjin minn tjur bħal dawn jistgħu jitqiegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem skond il-leġisslazzjoni tal-Komunità dwar l-iġjene fl-ikel u, jekk ikun applikabbli, il-parti E. Jekk mhumiex destinati għall-konsum mill-bniedem, dawn il-prodotti għandhom jintużaw jew jiġu eliminati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.
4. Sabiex jitħallew barra r-riżultati pożittivi foloz tal-bidu, l-awtorità kompetenti tista’ tneħħi r-restrizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta’ din il-Parti:
meta l-qatgħa ta’ tiġieġ li jbidu ma tkunx l-għajn ta’ infezzjoni għall-bnedmin mill-konsum ta’ bajd jew prodotti tal-bajd bħala riżultat ta’ l-investigazzjoni epidemjoloġika ta’ tifqigħat li jinġarru fl-ikel skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2003/99/KE; u
fejn il-qatgħa tkun sottomessa għal programm ta’ kontroll nazzjonali mwaqqaf skond l-Artikolu 5 u s-serotipi tas-Salmonella li għalihom ġiet stabbilita mira ta’ tnaqqis mhumiex ikkonfermati mill-protokoll ta’ kkampjunar li jkun twettaq mill-awtorità kompetenti:
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/665/KE (7 kampjuni); iżda, sotto-kampjun ta’ 25 gramma jrid jinġabar minn kull materjal fekali u kampjun ta’ trab għall-analiżi; il-kampjuni kollha jridu jiġu analizzati b’mod separat;
jew,
investigazzjoni batterjoloġika tal-musrana l-għamja u t-tubi ta’ l-ovarji ta’ 300 tajra;
jew,
investigazzjoni batterjoloġika tal-qoxra u l-ġewwieni ta’ 4 000 bajda minn kull qatgħa fi gruppi ta’ mhux aktar minn 40 bajda.
Barra mill-ikkampjunar imsemmi fil-punt (b), l-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-assenza ta’ l-użu ta’ antimikrobiċi, li potenzjalment jaffettwa r-riżultat ta’ l-analiżi ta’ l-ikkampjunar.
E. Il-Ħtiġiet speċifiċi li jirrigwardaw il-laħam frisk
1. Mill-1 ta’ Diċembru 2011, il-laħam frisk tat-tjur mill-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fl-Anness I għandu jissodisfa l-kriterju mikrobijoloġiku relevanti stipulat fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2073/2005 ( 7 )
2. Fi żmien 72 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, iridu jiġu stabbliti regoli ddettaljati għal dan il-kriterju skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 13(2). Dawn iridu jispeċifikaw, b'mod partikolari, l-iskemi tat-teħid tal-kampjuni u l-metodi analitiċi.
3. Il-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1 ma japplikax għal-laħam frisk tat-tjur iddestinat għat-trattament idustrijali tas-saħħa jew trattament ieħor għalbiex jelimina s-salmonella skond il-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel.
ANNESS III
Il-Kriterji speċifiċi għalbiex jistabbilixxu s-serotipi tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika
Meta jkun qiegħed jiġi stabbilit liema huma s-serotipi tas-salmonella b'sinifikat għas-saħħa pubblika li għalihom iridu japplikaw il-miri Komunitarji, iridu jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
l-iktar serotipi frekwenti tas-salmonella fis-salmonellosi umana fuq il-bażi ta' l-informazzjoni miġbura permezz tas-sistemi tal-monitoraġġ tal-KE;
ir-rotta ta' l-infezzjoni (jiġifieri, il-preżenza tas-serotip fil-poplazzjonijiet u fil-għalf rilevanti ta' l-annimali);
jekk serotip jurix abbiltà rapida u reċenti li jitferrex u jikkawża mard fil-bniedem jew fl-annimali;
jekk serotip jurix vjolenza miżjuda, per eżempju rigward l-invażjoni, jew ir-reżistenza għat-terapiji rilevanti għall-infezzjonijiet umani
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE tat-8 ta' Settembru 2003 li tistabbilixxi garanziji addizzjonali fir-rigward tas-salmonella għal konsenji lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta' tjur tar-refgħa u flieles ta' jum biex jiġu introdotti ġo qatgħat ta' tjur tar-refgħa jew qatgħat ta' tjur produttivi (ĠU L 228, 12.9.2003, p. 29); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 03 Vol. 40 p. 36).
( 2 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/235/KE tal-1 ta' Marzu 2004 tistabbilixxi garanziji supplementari rigward is-salmonella għall-konsenji fil-Finlandja u l-Iżvezja ta' tiġieġ li jbidu (ĠU L 72, 11.3.2004, p. 86); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3 Vol. 43 p. 89).
( 3 ) ĠU L 170, 1.7.2005, p. 12.
( 4 ) ĠU L 162, 21.6.2008, p. 3.
( 5 ) ĠU L 273, tal-10.10.2002, p. 1.
( 6 ) ĠU L 132, 24.5.2007, p. 5.
( 7 ) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.