Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, għall-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba li dan issemma b’ismu fid-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew, tat-18 ta’ Lulju 2002, dwar l-ilment bir-referenza 1288/99/OV u minħabba negliġenzi li twettqu mill-Ombudsman fl-investigazzjoni ta’ dan l-ilment u fil-konklużjonijiet li wasal għalihom f’din id-deċiżjoni.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-Ombudsman Ewropew huwa kkundannat iħallas lil M kumpens ta’ EUR 10 000.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.