<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-230/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CC0230</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:477">EU:C:2022:477</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑230/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">L-Istat Belġjan (Refuġjata minuri miżżewġa)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal‑avukat ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fis‑16 ta’ Ġunju 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑230/21</HT></P><P>X li taġixxi f’isimha stess u fil-kapaċità tagħha ta’ rappreżentanta legali tal-ulied minuri tagħha Y u Z</P><P>vs</P><P>L-Istat Belġjan</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin, il-Belġju))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika ta’ immigrazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ‘minuri mhux akkompanjat’</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ refuġjat għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Refuġjat minuri miżżewweġ fil-mument tad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Żwieġ ta’ wild li mhux irrikonoxxut f’dan l-Istat Membru</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-fatt li tkun miżżewġa jipprekludi refuġjata minuri milli tkun ikkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u milli tibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendent tagħha, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill tat‑22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).</P></NOTE>?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din hija l-mistoqsija li għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha twieġeb f’din il-kawża, li ser twassalha tiddeċiedi dwar is-sitwazzjonijiet partikolarment sensittivi relatati maż-żwiġijiet ta’ minuri, li ma jistax jiġi injorat li jistgħu jikkostitwixxu żwiġijiet furzati, u għalhekk, ksur partikolarment gravi tad-drittijiet fundamentali tal-persuni, speċjalment tat-tfal u tan-nisa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara dwar dan il-punt, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Noorzia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:288">EU:C:2014:288</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0001">1</REF.NP.ECR>sa <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑Direttiva 2003/86</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 2, 6, 8, 9 u 11 tad-Direttiva 2003/86:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(2)</NO.P><TXT>Miżuri dwar riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu adottati b’konformità ma’ l-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u ir-rispett għall-ħajja tal-familja minquxa f’ħafna strumenti tal-liġi internazzjonali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rrikonoxxuti b’mod partikulari fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Biex tkun protetta l-familja u tkun stabbilita u ppreżervata l-ħajja tal-familja, il-kondizzjonijiet materjali biex ikun eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kriterji komuni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Attenzjoni speċjali għandha tingħata lis-sitwazzjoni ta’ refuġjati minħabba r-raġunijiet li jobbligawhom jaħarbu pajjiżhom u jimpeduhom milli jgħixu ħajja tal-familja normali hemm. Kondizzjonijiet iktar favorevoli għandhom għalhekk ikunu preskritti għall-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Ir-riunifikazzjoni tal-familja għandha tapplika f’kull każ għall-membri tal-familja nukleari, jiġifieri l-konjugi u t-tfal minorenni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Id-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja għandu jkun eżerċitat b’konformita xierqa mal-valuri u prinċipji rrikonoxxuti mill-Istat Membru, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal […].<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni bla stat taħt l-età tmintax, li jaslu fit-territorju ta’ l-Istati Membri mhux akkompanjati minn adulti responsabbli bil-liġi jew b’użanza, u sakemm ma jittiħdux effettivament fir-reponsabbilta ta’ persuna tali, jew minorenni li jibqgħu mhux akkompanjati wara li jkunu daħlu fit-territorju ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1), (2) u (5) tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul u r-residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, kif ukoll l-Artikolu 16, tal-membri tal-familja li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-konjugi ta’ l-isponsor;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-tfal minorenni ta’ l-isponsor u tar-raġel/mara tagħha/tiegħu, inklużi tfal adottati skond deċiżjoni meħuda mill-awtorita kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat jew deċiżjoni li hija awtomatikament infurzabbli minħabba obbligi internazzjonali ta’ dak l-Istat Membru jew għandha tkun irrikonoxxuta skond obbligi internazzjonali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>it-tfal minorenni inklużu tfal adottati ta’ l-isponsor fejn l-isponsor għandu l-kustodja u t-tfal huma dipendenti fuqu jew fuqha. Stati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-riunifikazzjoni ta’ tfal li l-kustodja tagħhom hija maqsuma (hija r-responsabbilita ta’/f’idejn iktar minn persuna waħda), sakemm il-parti l-oħra li għandha sehem fil-kustodja tkun tat il-ftehim (qbil) tiegħu jew tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>it-tfal minorenni inklużi tfal adottati tar-raġel/mara fejn il-konjugi għandu kustodja u t-tfal huma dipendenti fuqu jew fuqha. Stati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-riunifikazzjoni ta’ tfal li l-kustodja tagħhom hija maqsuma (hija r-responsabbilita ta’/f’idejn iktar minn persuna waħda), sakemm il-parti l-oħra li għandha sehem fil-kustodja tkun tat il-ftehim (qbil) tiegħu jew tagħha.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>It-tfal minorenni li jirreferi għalihom dan l-Artikolu għandhom ikunu taħt l-età maġġoritarja stabbilita bil-liġi ta’ l-Istat Membru kkonċernat u ma jridux ikunu miżżewġin.</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu, b’liġi jew regolament, jawtorizzaw id-dħul u residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, tal-membri tal-familja li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>qraba ta’ l-ewwel grad fil-linja diretta axxendenti ta’ l-isponsor jew il-konjugi tagħha jew tiegħu, fejn huma dipendenti fuqhom u ma jgawdux appoġġ xieraq tal-familja fil-pajjiż ta’ oriġini;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Biex tkun żgurata integrazzjoni aħjar u jkunu impeduti żwiġijiet furzati Stati Membri jistgħu jirrikjedu l-isponsor u l-mara tiegħu/r-raġel tagħha li jkunu ta’ età minima, u għal massimu ta’ 21 sena, qabel ma l-konjugi ikun jista’ jingħaqad miegħu/magħha<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(5) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Meta tkun eżaminata applikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta għall-aħjar interessi ta’ tfal minorenni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/86, li jinsab fil-Kapitolu V ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-punt a tal-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk ir-refuġjat huwa minorenni mhux akkompanjat, l-Istat Membru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jawtorizza d-dħul u residenza għall-għanijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja tal-qraba ta’ l-ewwel grad tiegħu/tagħha fil-linja diretta axxendenti mingħajr ma japplika l-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 4(2)(a);<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament Dublin III</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(g) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>, rettfika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="049" PAGE.FIRST="50" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 49, p. 50</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regolament Dublin III<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser, sakemm il-familja diġà kienet teżisti fil-pajjiż ta’ oriġini, dawn il-membri tal-familja tal-applikant li huma preżenti fit-territorju tal-Istati Membri:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>meta l-benefiċarju ta’ protezzjoni internazzjonali jkun minorenni u mhux miżżewweġ, il-missier, l-omm jew adult ieħor responsabbli għalih jew għaliha, kemm jekk bil-liġi jew bil-prattika tal-Istat Membru fejn il-benefiċarju jkun preżenti;<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tar-Regolament Dublin III jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun dak fejn membru tal-familja jew ħu jew oħt il-minorenni mhux akkumpanjat ikunu legalment preżenti, sakemm dan ikun fl-aħjar interessi tal-minorenni. Fejn l-applikant ikun minorenni miżżewweġ li l-konjuġi tiegħu ma jkunx legalment preżenti fit-territorju tal-Istati Membri, l-Istat Membru responsabbli għandu jkun l-Istati Membru fejn il-missier, l-omm, jew adult ieħor responsabbli għall-minuri, kemm jekk permezz tal-liġi jew bil-prattika ta’ dak l-Istat Membru, jew ħu jew oħtu jkunu legalment preżenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali, id‑domandi preliminari u l‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fit‑8 ta’ Diċembru 2016, meta kienet minuri, it-tifla ta’ X, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali żżewġet fil-Libanu lil Y.B., li kellu permess ta’ residenza validu fil-Belġju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Mal-wasla tagħha fil-Belġju, fit‑28 ta’ Awwissu 2017, hija ġiet ikkunsidrata bħala minuri barrani mhux akkompanjat mid-dipartiment tal-kustodja tal-FOD Justitie (id-Dipartiment Federali Pubbliku tal-Ġustizzja, il-Belġju) u fid‑29 ta’ Awwissu 2017 ġiet assenjata gwardjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl‑20 ta’ Settembru 2017, id-Dienst Vreemdelingenzaken (l-Uffiċċju għall-Barranin, il-Belġju) irrifjuta li jirrikonoxxi l-att taż-żwieġ Libaniż skont l-Artikoli 21 u 27 tal-Kodiċi tad-Dritt Internazzjonali Privat Belġjan għar-raġuni li kien jirrigwarda żwieġ tat-tfal, li huwa kkunsidrat inkompatibbli mal-ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-istess ġurnata, it-tifla ta’ X għamlet applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, u fis‑26 ta’ Settembru 2018, kisbet l-istatus ta’ refuġjata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fit‑18 ta’ Diċembru 2018, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ta’ nazzjonalità Palestinjana, għamlet quddiem ir-rappreżentanza Belġjana f’Bejrut (il-Libanu) applikazzjoni għal viża fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja, sabiex tingħaqad ma’ bintha l-minuri, imwielda fit‑2 ta’ Frar 2001. F’din l-istess data, hija għamlet ukoll applikazzjonijiet għal viżi umanitarji għat-tfal minuri tagħha, Y u Z.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl‑20 ta’ Awwissu 2019, it-tifla ta’ X welldet tifla, ta’ nazzjonalità Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Permezz ta’ tliet deċiżjonijiet tal‑21 ta’ Ġunju 2019, id-delegat tal-minister van Sociale Zaken en Volksgezondheid, en van Asiel en Migratie (il-Ministru tal-Affarijiet Soċjali u tas-Saħħa Pubblika, u tal-Ażil u tal-Migrazzjoni, il-Belġju) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>delegat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) ċaħad l-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ viżi mitluba minn X. Il-qorti tar-rinviju annullat dawn id-deċiżjonijiet permezz ta’ sentenza tas‑7 ta’ Novembru 2019. Fis‑17 ta’ Marzu 2020, id-delegat adotta tliet deċiżjonijiet ġodda intiżi sabiex jirrifjutaw l-għoti tal-imsemmija viżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Essenzjalment, id-delegat argumenta li skont il-punt 4 tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 10(1) tal-Liġi dwar il-Barranin u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86, il-familja nukleari hija kkostitwita mill-konjuġi u mit-tfal minuri mhux miżżewġa, u li għaldaqstant, it-tifla ta’ X, li ż-żwieġ tagħha huwa validu fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha, ma għadhiex tagħmel parti mill-familja nukleari tal-ġenituri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>B’rikorsi tal‑10 ta’ Awwissu 2020, X ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju kontra t-tliet deċiżjonijiet ikkontestati meħuda mid-delegat fis-17 ta’ Marzu 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, hija targumenta li la l-Liġi Belġjana dwar il-Barranin u lanqas id-Direttiva 2003/86 ma jeħtieġu li r-refuġjat minuri li jisponsorja jkun mhux miżżewweġ sabiex jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu. Barra minn hekk, hija ssostni li ladarba l-att ta’ żwieġ tat-tifla tagħha ma huwiex irrikonoxxut fil-Belġju, dan iż-żwieġ ma jipproduċi ebda effett ġuridiku fl-ordinament ġuridiku Belġjan. Hija targumenta li t-tifla tagħha għandha tissodisfa żewġ rekwiżiti biss sabiex tibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tagħha, jiġifieri tkun minuri u mhux akkompanjata, fis-sens tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva, u li dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont ir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin, il-Belġju), is-sitwazzjoni tat-tifla tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali donnha tikkorrispondi għal dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> fis-sens tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86, moqri flimkien mal-Artikolu 2(f) tagħha. F’dan ir-rigward, din il-qorti tirrileva li din id-direttiva ma tinkludi ebda indikazzjoni relattiva għas-sitwazzjoni matrimonjali tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Madankollu, hija tosserva, billi tirreferi għall-argumenti mressqa mid-delegat, li s-sistema ta’ riunifikazzjoni tal-familja prevista fl-Artikolu 9 tar-Regolament Dublin III teħtieġ li r-refuġjat minuri jkun mhux miżżewweġ sabiex l-Istat Membru li fih jirrisjedi jkun responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tal-ġenituri tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li r-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin) iddeċieda li jissospendi l-proċedura u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 2(f) [tad-Direttiva 2003/86], moqri flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) [ta’ din id-direttiva], għandu jiġi interpretat fis-sens li refuġjat li jkun ‘minuri mhux akkompanjat’ li jirrisjedi fi Stat Membru għandu jkun <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>mhux miżżewweġ<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> skont il-liġi nazzjonali tiegħu sabiex igawdi mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ma’ axxendenti f’linja diretta?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-affermattiv, refuġjat minuri li ż-żwieġ tiegħu li seħħ barra mill-pajjiż ma jiġix irrikonoxxut minħabba motivi ta’ ordni pubbliku, jista’ jitqies li jkun <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>, kif imsemmi fl-Artikolu 2(f) u fl-Artikolu 10(3) tad-[Direttiva 2003/86]?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, mill-Gvern Belġjan u mill-Kummissjoni Ewropea. L-istess partijiet esprimew ruħhom waqt is-seduta li nżammet fil‑31 ta’ Marzu 2022.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk refuġjat minuri li jirrisjedi fi Stat Membru għandux ikun mhux miżżewweġ sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86, u għaldaqstant, jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendent tiegħu, previst fl-Artikolu 10(3)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Qabelxejn, nenfasizza li din id-domanda ma tirrigwardax l-aspetti kollha tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, iżda r-rekwiżit dwar jekk il-minuri kkonċernat ikunx mhux miżżewweġ biss. Fi kliem ieħor, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex tiddetermina pożittivament dak li huwa kopert minn dan il-kunċett, u għalhekk, jekk it-tifla ta’ X hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>minuri mhux akkompanjata<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/86, iżda sempliċement jekk il-fatt li jkun miżżewweġ jipprekludix li l-minuri kkonċernat jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendent tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-interpretazzjoni awtonoma u uniformi ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni għandha tfittex li tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Sentenzi tas‑17 ta’ Novembru 1983, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Merck</NAME.CASE> (<NO.CASE>292/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:335">EU:C:1983:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑12 ta’ Mejju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesrepublik Deutschland (Avviż aħmar ta’ Interpol)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑505/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:376">EU:C:2021:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑26 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Landespolizeidirektion Steiermark (Tul massimu tal-kontroll fil-fruntieri interni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑368/20 u C‑369/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:298">EU:C:2022:298</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, kemm l-interpretazzjoni litterali kif ukoll l-interpretazzjoni teleoloġika u sistematika ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86 jordnaw li tingħata risposta negattiva għal din id-domanda, għar-raġunijiet li ser niżviluppa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni litterali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 2(f) tad-Direttiva 2003/86, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens ta’ din id-direttiva, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja u kif tirrileva l-Kummissjoni, din id-dispożizzjoni tipprovdi żewġ rekwiżiti, jiġifieri li l-persuna kkonċernata tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> u li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>mhux akkompanjata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tat‑12 ta’ April 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A u S</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑550/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:248">EU:C:2018:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-formulazzjoni ta’ din id-definizzjoni mkien ma tirreferi għall-istat ċivili tal-minuri u għalhekk ma tinkludi ebda rekwiżit li l-minuri jkun mhux miżżewweġ sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/86.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(3)(a) ta’ din id-direttiva lanqas ma jipprovdi tali rekwiżit. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tirregola l-kwistjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ refuġjat minuri mhux akkompanjat u tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul u r-residenza tal-axxendenti diretti tal-ewwel grad mingħajr rekwiżiti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nirrileva li dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2003/86 jipprovdu espressament ir-rekwiżit li minuri jkun mhux miżżewweġ sabiex ikun jista’ jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Artikolu 4(1) u (5) tad-Direttiva 2003/86.</P></NOTE>. Il-fatt li dan ir-rekwiżit ma jissemmiex fit-test tal-Artikolu 2(f) u tal-Artikolu 10(3)(a) ta’ din id-direttiva li jirrigwardaw minuri mhux akkompanjati, jindika għalhekk li dan ma japplikax fis-sitwazzjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>F’dan ir-rigward, ara l-punti 32 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-qari tal-Artikolu 2(f) u tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86, xejn ma jippermetti li jiġi kkunsidrat li kienet l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jillimita l-benefiċċju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-minuri mhux akkompanjati refuġjati għall-minuri mhux miżżewġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Ir-riżultat tal-interpretazzjoni litterali ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet hija, fil-fehma tiegħi, ikkonfermata mill-interpretazzjoni sistematika u teleoloġika tagħhom..</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni sistematika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Qabel kollox, nirrileva, kif jenfasizza l-Gvern Belġjan, li dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva jsemmu espressament is-sitwazzjonijiet li fihom minuri huwa miżżewweġ. B’mod partikolari, l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, li jiddetermina l-membri tal-familja tal-isponsor li jistgħu jibbenefikaw mir-riunifikazzjoni tal-familja, jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>[t]-tfal minorenni li jirreferi għalihom dan l-Artikolu […] ma jridux ikunu miżżewġin<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Bl-istess mod, l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86 jippermetti lill-Istati Membri jimponu li l-isponsor u l-konjuġi tiegħu jkunu laħqu età minima sabiex jibbenefikaw mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Skont dawn id-dispożizzjonijiet, it-tfal minuri tal-ġenitur sponsor ma jistgħux jidħlu u jirrisjedu fl-Unjoni abbażi tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ħlief bil-kundizzjoni li ma jkunux miżżewġin, u jekk ikunu miżżewġin, huma jibbenefikaw minn dan id-dritt mal-konjuġi tagħhom bil-kundizzjoni li jkunu laħqu età minima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda dawn ir-rekwiżiti għal dak li jirrigwarda ġenitur sponsor jew konjuġi sponsor, iżda ma pprevedihomx għal dak li jirrigwarda minuri mhux akkompanjat sponsor juri l-volontà tal-leġiżlatur li ma jirrestrinġix l-benefiċċju tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 għall-minuri mhux akkompanjati mhux miżżewġa biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni jsemmi espressament is-sitwazzjoni ta’ minuri miżżewġa li jixtiequ jingħaqdu mal-ġenitur jew konjuġi sponsor tagħhom, għandu jiġi kkunsidrat li s-silenzju tal-leġiżlatur fir-rigward tas-sitwazzjoni matrimonjali tal-minuri refuġjati li huma stess huma sponsors jirrifletti l-volontà tiegħu li ma jissuġġettahomx għall-istess rekwiżiti. Li kieku l-leġiżlatur ried ifisser li minuri mhux akkompanjati kellu jkun mhux miżżewweġ, huwa kien jindika dan speċifikament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nippreċiża li għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-Gvern Belġjan, tali interpretazzjoni ma toħloqx diskriminazzjoni għad-detriment ta’ minuri miżżewweġ li jitlob ir-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenitur sponsor tiegħu jew mal-konjuġi sponsor tiegħu li jirrisjedu fi Stat Membru. Kif jenfasizzaw il-Kummissjoni u X, is-sitwazzjoni ta’ minuri li jingħaqad mal-ġenitur sponsor tiegħu jew mal-konjuġi sponsor tiegħu hija oġġettivament differenti minn dik ta’ minuri mhux akkompanjat fit-territorju ta’ Stat Membru li jista’ jingħaqad mal-ġenitur tiegħu. Għalkemm fiż-żewġ każijiet, il-minuri żgur li jista’ jiġi kkunsidrat vulnerabbli, fit-tieni sitwazzjoni, il-minuri mhux akkompanjat jinsab f’pożizzjoni ta’ vulnerabbiltà partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tat‑2 ta’ April 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A u S</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑550/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:248">EU:C:2018:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, peress li daħal u rrisjeda waħdu fit-territorju ta’ Stat differenti mill-Istat ta’ oriġini tiegħu, bid-differenza għall-minuri li jirrisjedi fl-Istat ta’ oriġini tiegħu fejn iżomm ir-rabtiet tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Dwar il-vulnerabbiltà partikolari tal-minuri mhux akkompanjati, ara l-punti 44 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, filwaqt li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/86 jipprovdi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, l-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva jirrigwarda espressament id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ persuni refuġjati, li s-sitwazzjoni tagħhom titlob attenzjoni partikolari u li għalihom għandhom jiġu pprovduti rekwiżiti iktar favorevoli għall-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għar-riunifikazzjoni tal-familja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Premessa 8 tad-Direttiva 2003/86.</P></NOTE>. Għalhekk, ma tista’ tiġi stabbilita ebda analoġija bejn iż-żewġ sistemi, peress li jsegwu loġiċi differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Imbagħad, għal dik l-istess raġuni, jidhirli li għandu jiġi miċħud l-argument tal-Gvern Belġjan li għandu jsir eżami individwali tas-sitwazzjoni ta’ minuri sabiex jiġi ddeterminat, fid-dawl tal-elementi kollha rilevanti, bħat-twelid ta’ wild, jekk jistax jiġi eskluż li ż-żwieġ jista’ jiġi kkunsidrat bħala abbużiv u, għalhekk, jekk dan iż-żwieġ jostakolax li minuri sponsor jista’ jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-ġenituri tiegħu, bħall-eżami mwettaq sabiex jiġi ddeterminat jekk minuri jistax jingħaqad mal-konjuġi sponsor tiegħu abbażi tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2003/86.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/86 jimponi individwalizzazzjoni tal-eżami tal-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal‑4 ta’ Marzu 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Chakroun</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑578/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:117">EU:C:2010:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, dan ir-rekwiżit li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-persuna li tagħmel applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja ma jistax ikollu l-effett li jippermetti lill-Istati Membri jimponu li din il-persuna tissodisfa rekwiżiti li ma humiex previsti minn din id-direttiva. Fi kliem ieħor, l-eżami individwalizzat tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja relatata ma’ minuri mhux<?PAGE NO="9"?> akkompanjat ma jistax iwassal għal modifika tal-klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> permezz taż-żieda ta’ rekwiżit (li jkun mhux miżżewweġ) li ma huwiex previst mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex isostni dan l-argument, il-Gvern Belġjan jagħmel, mill-ġdid, paralleliżmu bejn is-sitwazzjoni ta’ sponsor li miegħu jingħaqad il-konjuġi tiegħu u dik ta’ minuri mhux akkompanjat li huwa stess huwa sponsor, minkejja li dawn is-sitwazzjonijiet huma oġġettivament differenti u għandhom għanijiet differenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżami individwali tas-sitwazzjoni ta’ minuri miżżewweġ sponsor, kif rakkomandat mill-Gvern Belġjan, ma jsib ebda bażi fid-Direttiva 2003/86.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, inżid li l-elementi kkunsidrati rilevanti mill-Gvern Belġjan għall-finijiet ta’ dan l-eżami, jidhirli li fi kwalunkwe każ huma irrilevanti. B’mod partikolari, it-twelid ta’ wild minn żwieġ ma jistax, waħdu, juri l-assenza ta’ abbuż f’dan iż-żwieġ, iktar u iktar fejn dan jirrigwarda żwieġ li jinvolvi persuna minuri li fih jiżdiedu r-riskji li din tal-aħħar tkun esposta għal forom serji ta’ vjolenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-Preambolu tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (Konvenzjoni ta’ Istanbul), adottata fis‑7 ta’ April 2011 mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa, Serje ta’ Trattati tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 210.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Gvern Belġjan jirreferi, minn naħa, għar-Regolament Dublin III u għad-definizzjoni li huwa jagħti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li tippreżupponi li l-minuri jkun mhux miżżewweġ, u min-naħa l-oħra, għal-Liġi Belġjana dwar il-Barranin, li fit-traspożizzjoni tal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86, tipprovdi li l-ġenituri ta’ minuri mhux akkompanjat huma awtorizzati jirrisjedu fil-Belġju bil-kundizzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jgħixu miegħu<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ebda wieħed minn dawn l-elementi ma jidhirli li għandu effett fuq l-interpretazzjoni li għandha tingħata lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86, peress li r-Regolament Dublin III ma jirrigwardax ir-riunifikazzjoni tal-familja ta’ minuri mhux akkompanjati u l-kliem użati mil-leġiżlaturi nazzjonali fit-traspożizzjoni ta’ direttiva ma jistgħux jinfluwenzaw l-interpretazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Interpretazzjoni teleoloġika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-Direttiva 2003/86 tfittex mhux biss, b’mod ġenerali, l-għan li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja u li tingħata protezzjoni liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari lill-minuri, iżda l-Artikolu 10(3)(a) tagħha huwa intiż speċifikament sabiex jiżgura protezzjoni addizzjonali għar-refuġjati li għandhom il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenzi tas‑6 ta’ Diċembru 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑12 ta’ April 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>A u S</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑550/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:248">EU:C:2018:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tiegħi, interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> li teskludi l-minuri miżżewġin tmur kontra dan l-għan ta’ protezzjoni partikolari. Fil-fatt, tali interpretazzjoni jkollha l-konsegwenza li minuri miżżewweġ li l-konjuġi tiegħu jirrisjedi fit-territorju tal-Unjoni ma jistax jibbenefika mill-protezzjoni addizzjonali mogħtija lilu mid-Direttiva 2003/86, minkejja li l-vulnerabbiltà partikolari tal-minuri ma titnaqqasx mill-fatt taż-żwieġ. Għall-kuntrarju, il-fatt li jkunu miżżewġin jista’ jindika, partikolarment fir-rigward ta’ bniet, espożizzjoni għal forma serja ta’ vjolenza li jikkostitwixxu ż-żwieġ tat-tfal u ż-żwieġ furzat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Dan iktar u iktar peress li, skont il-premessa 11 tad-Direttiva 2003/86, id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għandu jkun eżerċitat b’konformità xierqa mal-valuri u prinċipji rrikonoxxuti mill-Istat Membru, li jirrigwardaw b’mod partikolari l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal. Għalhekk, din id-direttiva tfittex ukoll l-għan li tipprevjeni ż-żwiġijiet furzati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tas‑17 ta’ Lulju 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Noorzia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2092">EU:C:2014:2092</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-Artikolu 5(5) tal-imsemmija direttiva jipprovdi, barra minn hekk, li l-aħjar interess tat-tfal għandu debitament jittieħed inkunsiderazzjoni matul l-eżami ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja. Bl-istess mod, l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-aħjar interess tat-tfal hija kunsiderazzjoni primarja fl-atti kollha li jirrigwardawhom. Fil-fehma tiegħi, kwalunkwe interpretazzjoni li tikkundizzjona l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għall-fatt li dan ma jkunx miżżewweġ, tmur ukoll kontra dawn il-prinċipji, sa fejn ikollha bħala effett li tipprekludi r-riunifikazzjoni tal-familja ta’ dawn it-tfal mal-axxendenti tagħhom, minkejja s-sitwazzjoni tagħhom ta’ vulnerabbiltà partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>il-Gvern Belġjan jsostni li ż-żwieġ ta’ minuri għandu awtomatikament il-konsegwenza li dan il-minuri ma jibqax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> tal-ġenituri tiegħu iżda jsir dik tal-konjuġi tiegħu. Issa peress li r-rekwiżit li l-ġenituri jkunu responsabbli għall-minuri jkun, skont dan il-gvern, il-bażi tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, ir-rekwiżiti tal-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għal ġenitur li jisponsorja li miegħu jingħaqdu t-tfal tiegħu huma trasponibbli għas-sitwazzjoni ta’ minuri mhux akkompanjat li jisponsorja, peress li l-intenzjoni tal-leġiżlatur hija li jgħaqqad il-ġenituri mat-tfal minuri li huma taħt ir-responsabbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, għar-raġunijiet diġà invokati fil-punti 37 u 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena tal-fehma li wieħed ma jistax jistabbilixxi analoġija bejn is-sitwazzjoni ta’ minuri li jixtieq jingħaqad mal-ġenitur tiegħu li jisponsorja li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru u dik ta’ minuri refuġjat li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru, peress li l-leġiżlatur ried jiddistingwi b’mod ċar is-sistemi applikabbli għal dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Proposta ta’ risposta għall‑ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 2(f) u l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li minuri li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jkun mhux miżżewweġ sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva, u għaldaqstant jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendent tiegħu, previst fl-Artikolu 10(3)(a) tal-imsemmija direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Din ir-risposta hija mingħajr preġudizzju, bħall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe dritt, għall-possibbiltà li jiġi kkonstatat, f’każ konkret, abbuż ta’ dritt, b’dan illi madankollu l-evalwazzjoni tal-eżerċizzju ta’ dritt li jirriżulta minn dispożizzjoni tal-Unjoni ma tistax twassal għall-modifika tal-portata ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas tikkomprometti l-għanijiet li hija tfittex. Ara s-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 1998, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kefalas <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑367/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:222">EU:C:1998:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju, tistaqsi essenzjalment, jekk f’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, refuġjat minuri li ż-żwieġ tiegħu li seħħ f’pajjiż barrani ma huwiex irrikonoxxut għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-Artikolu 2(f) u tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/86.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Peress li jiena tal-fehma li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun fin-negattiv, għalhekk ma għandhiex tingħata risposta għat-tieni domanda preliminari. Madankollu, f’ġieħ il-kompletezza u fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taqbilx mal-analiżi tiegħi tal-ewwel domanda preliminari, ser nipproċedi bl-eżami tagħha, billi nippreżupponi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) u tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/86, jimplika li jkun mhux miżżewweġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/86 ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>żwieġ<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Madankollu, fil-fehma tiegħi, minnha jista’ jiġi dedott li dan il-kunċett jista’ jiġi kkunsidrat bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, mhux biss id-dritt tal-Unjoni ma jidhirlix li jipprovdi, attwalment, elementi suffiċjenti għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni taż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>żwieġ<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, iżda talli barra minn hekk ikun diffiċli li jiġi aċċettat li d-determinazzjoni tal-eżistenza jew le ta’ żwieġ, fis-sens tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, jaqa’ esklużivament fil-kompetenza tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, naħseb li, b’mod ġenerali, l-evalwazzjoni tas-sitwazzjonijiet personali tal-individwi previsti mill-imsemmija direttiva, bħall-eżistenza ta’ rabta ta’ filjazzjoni jew matrimonjali, ma tistax issir indipendentement mid-dritt applikabbli għal dawn is-sitwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-fehma tiegħi, l-assenza ta’ definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>żwieġ<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> turi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried iħalli lill-Istati Membri kkonċernati ċertu marġni diskrezzjonali fl-istabbiliment ta’ dan il-kunċett, mingħajr ħsara għall-effettività tad-dritt tal-Unjoni, u għalhekk, għall-għanijiet imfittxija mid-Direttiva 2003/86<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara f’dan is-sens, is-sentenza tas‑17 ta’ Lulju 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Noorzia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑338/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2092">EU:C:2014:2092</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, għalkemm id-Direttiva 2003/86 tipprovdi, <HT TYPE="ITALIC">quod non</HT>, li huma kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>minuri mhux akkompanjati<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> l-minuri mhux miżżewġin biss, mill-banda l-oħra hija tħalli lill-Istati Membri s-setgħa li jiddeterminaw jekk minuri jkunx miżżewweġ fl-osservanza tal-għanijiet li hija tfittex, jiġifieri li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja, filwaqt li tagħti protezzjoni addizzjonali lill-minuri mhux akkompanjati u tipprevjeni ż-żwieġ furzat tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, skont id-dritt nazzjonali tagħhom, jekk żwieġ li jinvolvi minuri jistax ikollu effetti li jistgħu jeskluduh mill-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, bil-kundizzjoni li tali eżami josserva, minn naħa, l-għan tar-riunifikazzjoni tal-familja, u min-naħa l-oħra, dak tal-prevenzjoni ta’ żwiġijiet furzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-nuqqas ta’ rikonoxximent taż-żwieġ minn dan l-Istat Membru għal raġunijiet li jirrigwardaw l-ordni pubbliku jidhirli li għandu effett determinanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-fatt li Stat Membru jirrifjuta li jirrikonoxxi żwieġ li jinvolvi minuri għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, filwaqt li jaċċetta li dan iż-żwieġ jipproduċi effetti għal dak li jirrigwarda d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja, huwa, fil-fehma tiegħi, kuntrarju kemm għall-għan tar-riunifikazzjoni tal-familja kif ukoll għal dak tal-prevenzjoni taż-żwiġijiet furzati</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Tali soluzzjoni twassal sabiex l-Istat ikun jista’ jċaħħad lil dan il-minuri mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendenti tiegħu u jastjeni milli jipproteġi l-imsemmi minuri minn żwieġ li dan l-Istat Membru stess jirrikonoxxi bħala li jmur kontra l-ordni pubbliku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-minuri ser isib ruħu f’sitwazzjoni paradossali fejn iż-żwieġ tiegħu ma jista’ jipproduċi ebda effett legali fit-territorju tal-Istat Membru, filwaqt li jkabbar id-dipendenza tiegħu fuq il-konjuġi tiegħu għalkemm mhux irrikonoxxut, peress li ma jistax jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena tal-fehma li l-Artikolu 2(f) u l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2003/86 għandhom jiġu interpretati fis-sens li refuġjat minuri li ż-żwieġ tiegħu li seħħ f’pajjiż barrani ma huwiex irrikonoxxut mill-Istat Membru ta’ akkoljenza, għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku, jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Kunsill għall-Kwistjonijiet dwar Barranin, il-Belġju):</TXT><P>L-Artikolu 2(f) u l-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat‑22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li minuri li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru għandux ikun miżżewweġ sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>minuri mhux akkompanjat<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(f) ta’ din id-direttiva, u għaldaqstant jibbenefika mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja mal-axxendent tiegħu previst fl-Artikolu 10(3)(a) tal-imsemmija direttiva.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>