|
15.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/30 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/955
tas-27 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli, il-mudelli, il-proċeduri u l-arranġamenti tekniċi għall-pubblikazzjonijiet u n-notifiki ta’ regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni, tariffi u imposti, u li jispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata għall-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ tali informazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta’ investiment kollettiv u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 345/2013, (UE) Nru 346/2013 u (UE) Nru 1286/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 13(3), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għandu jiġi żgurat li l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) u impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) tkun komparabbli. Għalhekk jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jużaw mudelli għall-pubblikazzjoni ta’ tali informazzjoni. |
|
(2) |
Is-sommarji tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS għandhom ikunu aċċessibbli faċilment. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw dawk is-sommarji fuq l-istess paġna web li fiha jiġu ppubblikati dawk il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli. Dawn is-sommarji għandhom ikunu ċari, konċiżi u jinftiehmu faċilment. |
|
(3) |
Il-maniġers tal-fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs), il-maniġers tal-fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA), il-maniġers tal-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS għandhom ikunu jistgħu jivvalutaw minn qabel il-kost globali tal-attivitajiet transfruntiera f’kull Stat Membru. Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà tat-tariffi u l-imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fir-rigward ta’ tali attivitajiet transfruntiera, dawk it-tariffi u l-imposti, jew l-elementi essenzjali għall-kalkolu ta’ tali tariffi jew imposti, jenħtieġ li jiġu ppreżentati fil-forma ta’ tabella. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) għandha tkun tista’ tivverifika jekk irċevietx l-informazzjoni kollha dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS u dwar is-sommarji tagħhom, u dwar it-tariffi u l-imposti miġbura b’rabta mal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS. L-ESMA għandha bl-istess mod tkun tista’ tivverifika jekk dik l-informazzjoni hijiex kompluta u aġġornata. Għalhekk l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-hyperlinks għas-siti web fejn tista’ tinstab dik l-informazzjoni, jużaw formoli standardizzati. |
|
(5) |
Kemm l-ESMA kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt uniku biex jibgħat u jirċievi informazzjoni dwar hyperlinks għas-siti web tagħhom fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS. |
|
(6) |
L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 jirrikjedi li l-ESMA tippubblika fuq is-sit web tagħha, sat-2 ta’ Frar 2022, bażi ta’ data ċentrali li jkun fiha l-AIFs, l-AIFM, il-maniġers tal-EuSEF, il-maniġers tal-EuVECA, il-UCITS u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS kollha li huma kkummerċjalizzati fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju. Dik il-bażi ta’ data ċentrali għandha tiġi pprovduta b’informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara t-tmiem ta’ kull trimestru li jintemm fil-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru. Għalhekk, kwalunkwe rekwiżit dwar l-għoti ta’ tali informazzjoni fil-bażi tad-data ċentrali mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li ma jibdiex japplika qabel it-2 ta’ Frar 2022. |
|
(7) |
Sabiex il-portal ta’ notifika msemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 jiffunzjona mingħajr xkiel, jeħtieġ li l-arranġamenti tekniċi jinkludu l-faċilità li tittella’ d-data ta’ akkumpanjament fuq il-portal ta’ notifika. L-ESMA għandha tiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkorporata fil-portal ta’ notifika. |
|
(8) |
Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, peress li jistabbilixxu formoli, mudelli u proċeduri standardizzati għan-notifika lill-ESMA ta’ informazzjoni relatata mad-distribuzzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS u l-pubblikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ tali informazzjoni fuq is-siti web tagħhom. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza fl-istabbiliment tal-formoli standardizzati u minħabba l-interkonnessjonijiet sostantivi bejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li dawk id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi f’Regolament wieħed. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-ESMA lill-Kummissjoni. |
|
(10) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar id-dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) Madankollu, l-ESMA ma kkonsultatx dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fir-rigward tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni u fir-rigward tat-tariffi u l-imposti regolatorji relatati mal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, u dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll il-formoli, il-mudelli u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti lill-ESMA għall-fini tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS u dwar l-arranġamenti tekniċi għall-funzjonament tal-portal ta’ notifika peress li kien ikun sproporzjonat ħafna li jintalbu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati dwar id-dispożizzjonijiet li jaffettwaw biss l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-forniment tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni tiġi allinjata mad-data tal-applikazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) 2019/1156 li għandhom x’jaqsmu ma’ dak l-obbligu. L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA għall-fini tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi ta’ data ċentrali jenħtieġ li tiġi allinjata mad-data msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 li tirrigwarda dak l-obbligu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti, jew b’mod sħiħ fuq paġna web unika ddedikata tas-siti web tagħhom, jew fuq paġni web separati, li jistabbilixxu rispettivament l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għal fondi ta’ investiment alternattivi (AIFs) u għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS).
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw sommarji tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b’ mod ċar, konċiż u li jinftiehem faċilment, bl-użu tal-mudelli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawk is-sommarji għandhom jiġu ppubblikati fuq l-istess paġna web bħall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew fin-naħa ta’ fuq jew fil-qiegħ ta’ dik il-paġna web.
Artikolu 2
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar tariffi jew imposti miġbura mill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 b’mod separat għal kull tariffa jew imposta billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Notifiki lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) il-hyperlinks għas-siti web tagħhom fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, u kwalunkwe bidla għal dawk il-hyperlinks u għall-informazzjoni ppubblikata fuq il-paġni web ikkonċernati, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA l-hyperlinks għas-siti web tagħhom fejn tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2, u kwalunkwe bidla f’dawk il-hyperlinks u fl-informazzjoni ppubblikata fuq il-paġni web ikkonċernati, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness V.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fil-hyperlinks u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol wara l-implimentazzjoni tal-bidla fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti.
Artikolu 4
Punt uniku ta’ kuntatt
1. Għall-finijiet tan-notifiki msemmija fl-Artikolu 3, kull awtorità kompetenti għandha taħtar punt ta’ kuntatt uniku biex jibgħat l-informazzjoni u għall-komunikazzjoni ta’ kwalunkwe kwistjoni relatata mas-sottomissjoni ta’ tali informazzjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 1.
3. L-ESMA għandha tagħżel punt ta’ kuntatt biex jirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 u biex jikkomunika dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mar-riċeviment tal-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikoli.
4. L-ESMA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-punt uniku ta’ kuntatt imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 5
Informazzjoni li għandha tiġi kkomunikata lill-ESMA għall-fini tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi tad- data ċentrali dwar il-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera tal-AIFs u l-UCITS
1. Għall-finijiet tal-ħolqien u ż-żamma tal-bażi tad-data ċentrali msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2019/1156, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jibagħtu lill-ESMA l-informazzjoni speċifikata fit-Tabella 1 tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe aġġornament tagħha fuq bażi trimestrali.
2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jibagħtu lill-ESMA l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara t-tmiem ta’ kull trimestru li jintemm fil-31 ta’ Marzu, it-30 ta’ Ġunju, it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru.
Artikolu 6
Arranġamenti tekniċi għall-funzjonament tal-portal tan-notifiki stabbilit mill-ESMA
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu, f’format XML komuni, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) billi jużaw il-format stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness VI.
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 b’mod elettroniku permezz tal-portal ta’ notifika stabbilit mill-ESMA skont l-Artikolu 13(2) ta’ dak ir-Regolament.
3. L-ESMA għandha tiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 matul it-trażmissjoni tagħha permezz tal-portal ta’ notifika.
4. L-ESMA għandha tiżgura li l-portal ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 2 awtomatikament jipproċessa u jivverifika l-informazzjoni trażmessa kollha u d-data li takkumpanjah u jibgħat feedback lill-awtorità kompetenti trażmittenti dwar is-suċċess tat-trażmissjoni u dwar kwalunkwe żball li jkun seħħ matul dik it-trażmissjoni.
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, u l-Artikolu 3(1) għandhom japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2021 u l-Artikolu 5 għandu japplika mit-2 ta’ Frar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 188, 12.07.2019, p. 55.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS I
Mudell għall-pubblikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS
|
[Indika d-data meta l-informazzjoni ġiet immodifikata l-aħħar] Din il-paġna fiha informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera tal-impriżi ta’ investiment kollettiv. Rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS (Daħħal informazzjoni aġġornata u kompluta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS, inklużi hyperlinks għall-verżjonijiet sħaħ ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi) L-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-kategoriji ta’ regoli li ġejjin li jirregolaw:
Ċaħda ta’ responsabbiltà: [Isem l-awtorità kompetenti] tat attenzjoni raġonevoli biex tiżgura li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS fi [Isem l-Istat Membru] inkluża f’din il-paġna web tkun aġġornata u kompluta. [Isem l-awtorità kompetenti] mhijiex responsabbli għaż-żamma ta’ siti web esterni u mhijiex responsabbli għal kwalunkwe żball jew ommissjoni fuq kwalunkwe sit web estern li għalih huma pprovduti hyperlinks fuq din il-paġna web. Rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs (Daħħal informazzjoni aġġornata u kompluta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs, inklużi l-hyperlinks għall-verżjonijiet sħaħ ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi). F’każ li tapplika kwalunkwe dispożizzjoni speċifika għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ AIFs (eż. AIFs ta’ proprjetà immobbli, AIFs ta’ ekwità privata, eċċ.), daħħal il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali rilevanti għal kull waħda minn dawn il-kategoriji. L-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas il-kategoriji ta’ regoli li ġejjin li jirregolaw:
Ċaħda ta’ responsabbiltà: [Isem l-awtorità kompetenti] tat attenzjoni raġonevoli biex tiżgura li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs fi [Isem l-Istat Membru] inkluża f’din il-paġna web tkun aġġornata u kompluta. [Isem l-awtorità kompetenti] mhijiex responsabbli għaż-żamma ta’ siti web esterni u mhijiex responsabbli għal kwalunkwe żball jew ommissjoni fuq kwalunkwe sit web estern li għalih huma pprovduti hyperlinks fuq din il-paġna web. Ħtiġiet oħra * Minbarra d-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, li huma stabbiliti speċifikament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ [UCITS/AIFs/UCITS u AIFs], jista’ jkun hemm dispożizzjonijiet legali oħra li jistgħu japplikaw meta jiġu kkummerċjalizzati fi [Isem l-Istat Membru], għalkemm mhumiex imfassla speċifikament għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ [UCITS/AIFs/UCITS u AIFs], skont is-sitwazzjoni individwali ta’ dawk involuti fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ishma jew unitajiet ta’ [UCITS/AIFs/UCITS jew AIFs]. Il-kummerċjalizzazzjoni fi [isem l-Istat Membru] tista’ tiskatta l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti oħra, bħal [speċifika l-korpi rilevanti tal-liġi nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli]. Ċaħda ta’ responsabbiltà: Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta’ liġijiet nazzjonali li jistgħu jkunu applikabbli u [Isem l-awtorità kompetenti] mhix responsabbli għal xi ommissjoni f’dik il-lista. Is-superviżjoni tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn il-liġijiet mhijiex taħt is-superviżjoni ta’ [Isem l-awtorità kompetenti]. L-applikabbiltà ta’ dawn ir-rekwiżiti, u kwalunkwe rekwiżiti legali oħra, għandhom jiġu vvalutati qabel il-kummerċjalizzazzjoni jew l-investiment f’[UCITS/AIF/UCITS jew AIF]. Fejn teżisti inċertezza, dawk li jikkummerċjalizzaw jew jinvestu f’UCITS jew AIFs għandhom jiksbu parir indipendenti dwar ir-rekwiżiti applikabbli għas-sitwazzjoni individwali tagħhom.
|
ANNESS II
Mudell għall-pubblikazzjoni tas-sommarji tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS
|
[Indika d-data meta l-informazzjoni ġiet immodifikata l-aħħar jekk dan is-sommarju jiġi ppubblikat fuq paġna web separata għall-informazzjoni fl-Anness I] Sommarju tar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS (Daħħal is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-UCITS, filwaqt li tidentifika b’mod partikolari r-regoli li jirregolaw:
Sommarju tar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs (Daħħal is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs, filwaqt li tidentifika b’mod partikolari r-regoli li jirregolaw:
|
ANNESS III
Mudell għall-pubblikazzjoni ta’ tariffi u imposti regolatorji
|
[Indika d-data meta l-informazzjoni ġiet immodifikata l-aħħar] Din il-paġna fiha informazzjoni dwar it-tariffi u l-imposti mitluba minn [isem l-awtorità kompetenti] għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers ta’ EuSEF, il-maniġers tal-EuVECA u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS imsemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv. [L-awtoritajiet kompetenti jridu jużaw dan il-mudell biex jippubblikaw it-tariffi u l-imposti kollha li jimponu għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuSEF, il-maniġers tal-EuVECA u l-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, filwaqt li jaqsmu t-tariffi u l-imposti, fost l-oħrajn, fil-kategoriji li ġejjin, kif applikabbli]. Tariffi u imposti tal-ġestjoni transfruntiera*
Tariffi u imposti ta’ kummerċjalizzazzjoni transfruntiera*
Mudell għat-tariffi u l-imposti (Isem jew deskrizzjoni qasira tat-tariffa jew l-imposta) (Bażi legali u hyperlink għall-verżjoni sħiħa tat-test legali rilevanti) (Entità responsabbli għall-ħlas tat-tariffa jew l-imposta) (Attività li twassal għat-tariffa jew għall-ħlas) (Deskrizzjoni tal-istruttura tat-tariffa jew tal-ħlas, inkluż, fost l-oħrajn, l-informazzjoni li ġejja:
(L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar l-istruttura, il-perjodiċità, jew il-metodoloġija tal-kalkolu tat-tariffa jew tal-imposta. Meta l-awtorità tqis li l-informazzjoni li tinsab fir-ringieli ta’ hawn fuq tista’ ma tkunx ċara jew tkun qarrieqa, informazzjoni addizzjonali hija obbligatorja.) Ċaħda ta’ responsabbiltà: The fees or charges listed above are those that are levied by [name of the competent authority]. Madankollu, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ UCITS jew AIFs fi [isem l-Istat Membru] tista’ ġġarrab spejjeż oħra relatati ma’ obbligi amministrattivi, pariri minn partijiet terzi jew żvilupp kummerċjali. [Name of the competent authority] is not responsible for maintaining external websites and is not liable for any error or omission on any external website to which hyperlinks are provided on this webpage. |
ANNESS IV
Mudell għan-notifika ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament
|
Formola għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 MINN: Stat Membru: Awtorità kompetenti: Punt ta’ kuntatt maħtur: Posta elettronika: (Notifika inizjali) Għażiż Sinjur/Sinjura, F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, nixtieq nipprovdilek l-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri:
It-tabella ta’ hawn taħt fiha din l-informazzjoni
Dejjem tiegħek, [Firma] (Fejn in-notifika tikkonċerna bidla fl-informazzjoni notifikata qabel) Sinjur/Sinjura, F’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156, nixtieq ninnotifika bidla fl-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri (jew) il-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità], fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli li jirregolaw ir-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-AIFs u l-UCITS u s-sommarji tagħhom, (u/jew) is-sommarju tar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni għall-fini ta’ pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. It-tabella ta’ hawn taħt fiha d-dettalji tal-bidla implimentata fi [data tal-implimentazzjoni tal-bidla fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti].
Dejjem tiegħek, [Firma] |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS V
Mudell għan-notifika ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament
|
Formola għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 MINN: Stat Membru: Awtorità kompetenti: Punt ta’ kuntatt maħtur: Posta elettronika: Sinjur/Sinjura, F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar l-iffaċilitar tad-distribuzzjoni transfruntiera ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv, nixtieq nipprovdilek l-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar it-tariffi jew l-imposti imposti fi [Stat Membru] fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS.
(Fejn in-notifika tikkonċerna bidla fl-informazzjoni notifikata qabel) Sinjur/Sinjura, Nixtieq ninnotifika bidla fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2019/1156, jiġifieri l-hyperlink għas-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti], fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar it-tariffi jew l-imposti imposti fi [Stat Membru] b’rabta mal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS. (Fejn applikabbli) nixtieq ninnotifika bidla fl-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web ta’ [isem l-awtorità kompetenti] fir-rigward tat-tariffi u l-imposti regolatorji imposti fi [Stat Membru] fir-rigward tal-attivitajiet transfruntiera tal-AIFMs, il-maniġers tal-EuVECA, il-maniġers tal-EuSEF u l-kumpaniji ta’ ġestjoni tal-UCITS. It-tabella ta’ hawn taħt fiha d-dettalji tal-bidla implimentata fi [data tal-implimentazzjoni tal-bidla fuq is-sit web tal-awtorità kompetenti].
Dejjem tiegħek, [Firma] |
||||||||||||||||||||||||
ANNESS VI
ID-DATA LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA LILL-ESMA GĦALL-ĦOLQIEN U L-MANUTENZJONI TAL-BAŻI TA’ DATA ĊENTRALI DWAR IL-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TRANSFRUNTIERA TAL-AIFS U L-UCITS
Tabella 1
Kampi ta’ data li għandhom jiġu rrappurtati
|
Numru |
Kamp ta’ data |
Dettalji li għandhom jiġu rrapportati |
Standard u format li għandu jintuża |
||||||||||
|
1 |
Isem il-fond |
Isem sħiħ tal-fond. |
{ALPHANUM-350} |
||||||||||
|
2 |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-fond |
Identifikatur uniku tal-fond. |
{ALPHANUM-35} |
||||||||||
|
3 |
LEI tal-fond |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-fond. |
{LEI} |
||||||||||
|
4 |
ISIN tal-klassi ta’ ishma |
Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli tal-klassi tal-ishma. |
{ISIN} |
||||||||||
|
5 |
Isem il-kumpanija ta’ ġestjoni |
Isem sħiħ tal-kumpanija ta’ ġestjoni. |
{ALPHANUM-350} |
||||||||||
|
6 |
Kumpanija ta’ ġestjoni LEI |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridika tal-kumpanija ta’ ġestjoni. |
{LEI} |
||||||||||
|
7 |
Kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-kumpanija tal-ġestjoni tal-fondi |
Identifikatur uniku tal-kumpanija ta’ ġestjoni tal-fondi assenjat mill-awtorità kompetenti. |
{ALPHANUM-35} |
||||||||||
|
8 |
Tip ta’ fond |
Tip ta’ fond. |
Għażla minn lista ta’ kampi ta’ data definiti minn qabel:
|
||||||||||
|
9 |
Stat Membru li jibgħat |
Isem tal-Istat Membru li qed jibgħat |
{COUNTRYCODE_2} |
||||||||||
|
10 |
L-Istat Membru ospiti |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw l-Istati Membri ospitanti kollha li fihom il-fond ġie nnotifikat għall-kummerċjalizzazzjoni. |
{COUNTRYCODE_2} |
||||||||||
|
11 |
Data ta’ notifika |
Għal kull Stat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti għandha tindika meta tkun bagħtet in-notifika ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-fond lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti. |
{DATEFORMAT} |
||||||||||
|
12 |
Data ta’ denotifika |
Għal kull Stat Membru ospitanti, l-awtorità kompetenti għandha tindika meta bagħtet id-denotifika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fond lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri ospitanti. |
{DATEFORMAT} |
||||||||||
|
13 |
Dokumentazzjoni ta’ notifika kif imsemmija fl-Artikolu 93(1) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikoli 31(2) u 32(2) tad-Direttiva 2011/61/UE |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw l-isem tal-fajl użat biex tiġi rrappurtata d-dokumentazzjoni ta’ notifika. |
Format li jippermetti li l-kontenut tad-dokument jiġi analizzat mingħajr il-ħtieġa li d-dokument jiġi kkonvertit f’format ieħor. |
||||||||||
|
14 |
Lingwa tad-dokumentazzjoni ta’ notifika |
Lingwa li biha hija abbozzata d-dokumentazzjoni ta’ notifika. |
{LANGUAGE} |
||||||||||
|
15 |
Dokumentazzjoni ta’ denotifika kif imsemmija fl-Artikolu 93a(2) tad-Direttiva 2009/65/KE u fl-Artikolu 32a(2) tad-Direttiva 2011/61/UE |
Fejn applikabbli, indika l-isem tal-fajl użat biex tiġi rrappurtata d-dokumentazzjoni ta’ denotifika. |
Format li jippermetti li l-kontenut tad-dokument jiġi analizzat mingħajr il-ħtieġa li d-dokument jiġi kkonvertit f’format ieħor. |
||||||||||
|
16 |
Lingwa tad-dokumentazzjoni tad-denotifika |
Lingwa li biha hija abbozzata d-dokumentazzjoni ta’ denotifika. |
{LANGUAGE} |
||||||||||
|
17 |
Imqiegħed fis-suq |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw, jekk disponibbli, jekk il-fond huwiex attwalment kummerċjalizzat. |
Għażla minn lista ta’ kampi ta’ datadefiniti minn qabel:
|
||||||||||
|
18 |
Forma tal-fond |
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw jekk il-fond huwiex immaniġġat internament. |
Għażla minn lista ta’ kampi ta’ datadefiniti minn qabel:
|
Tabella 2
Forom tal-kamp ta’ data
|
Numru |
Simbolu |
Tip ta’ data |
Definizzjoni |
|
1 |
{ALPHANUM-n} |
Sa n karattri alfanumeriċi |
Kamp ta’ data għal test liberu |
|
2 |
{LEI} |
20 karattri alfanumeriċi |
Identifikatur ta’ Entità Ġuridika kif definit f’ISO 17442 |
|
3 |
{ISIN} |
12 karattri alfanumeriċi |
Kodiċi ISIN, kif definit f’ISO 6166 |
|
4 |
{COUNTRYCODE_2} |
Żewġ karattri alfanumeriċi |
Kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri, kif definit mill-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1 alfa-2 |
|
5 |
{LANGUAGE} |
Kodiċi b’żewġ ittri |
ISO 639-1 |
|
6 |
{DATEFORMAT} |
Dati fil-format li ġej: SSSS-XX-JJ; Id-dati iridu jiġu rrapportati f’UTC |
Format tad-data skont l-ISO 8601 |