12.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10781 – KB AG / KB SFN / KBJ)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 307/06)

1.   

Fl-4 ta’ Awwissu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Knorr-Bremse AG (“KB AG”, il-Ġermanja),

—

Knorr-Bremse Systeme für Nutzfahrzeuge GmbH (“KB SfN”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn KB AG u Robert Bosch GmbH (“Bosch”, il-Ġermanja),

—

Knorr-Bremse Commercial Vehicle Systems Japan Ltd (“KBJ”, il-Ġappun), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn KB AG u Bosch.

KB AG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eklużiv ta’ KB SfN u KBJ.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

KB AG hija fornitur globali ta’ sistemi tal-ibbrejkjar u sistemi oħra għall-vetturi ferrovjarji u kummerċjali,

—

KB SfN tipprovdi soluzzjonijiet ta’ bbrejkjar pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali medji u tqal, kif ukoll prodotti oħra inklużi soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tat-trażmissjoni (unitajiet ta’ attwazzjoni tal-klaċċ u unitajiet ta’ kontroll tal-gerijiet), dampers, u sistemi tal-istering,

—

KBJ tinkludi l-akbar parti tan-negozju tas-Sistemi Kummerċjali tal-Vetturi ta’ KB AG fil-Ġappun u tforni firxa ta’ prodotti u sistemi għat-trakkijiet, il-karozzi tal-linja, it-trailers u l-makkinarju agrikolu, b’mod partikolari s-sistemi tal-ibbrejkjar pnewmatiċi u s-sistemi tal-istering, is-sistemi ta’ assistenza għas-sewwieqa, is-sewqan awtomatizzat u l-kontroll elettroniku tal-invellar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10781 – KB AG / KB SFN / KBJ

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.