52005PC0623




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 30.11.2005

KUMM(2005) 623 finali

2005/0243 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-ħarsien minn importazzjonjiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha L-Ukraina wettqet proċess ta’ riforma bil-għan li jippermettilha taħdem skond ir-regoli ta' l-ekonomija tas-suq u għalhekk issa għandha tingħata l-istatus ta’ ekonomija tas-suq (MES) għall-finijiet ta’ investigazzjonijiet ta’ l-anti-dumping. Dan jeħtieġ emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament Bażiku Anti-Dumping’) |

Kuntest ġenerali L-Ukraina ressqet it-talba dokumentata tagħha lill-Unjoni Ewropea biex tingħata l-istatus ta’ ekonomija tas-suq (MES) għar-raġunijiet ta’ investigazzjonijiet dwardifiża kummerċjali f’Mejju 2002. It-talba ta’ l-Ukraina ġiet eżaminata fid-dawl tal-kriterji kumulattivi li ġejjin, li jidhru pertinenti sabiex jiġi assessjat jekk pajjiż bħala tali jistax jiġi meqjus bħala pajjiż ta' l-ekonomija tas-suq għall-fini ta' l-investigazzjonijiet ta’ l-anti-dumping. 1. Livell baxx ta' influwenza min-naħa tal-gvern dwar l-allokazzjoni ta' riżorsi u deċiżjonijiet ta' intrapriżi, kemm b’mod dirett jew indirett (eż. Korpi pubbliċi), pereżempju permezz ta’ l-użu ta’ prezzijiet stabbiliti mill-Istat, jew diskriminazzjoni fir-reġim tat-taxxa, tal-kummerċ u tal-munita. 2. Nuqqas ta’ distorsjonijiet indotti mill-Istat fl-operazzjoni ta' l-intrapriżi marbuta mal-privatizzazzjoni (i.e. "carry-over" mis-sistema l-qadima). In-nuqqas ta’ użu ta’ kummerċ mhux fis-suq jew sistemi ta’ kumpens (bħall-kummerċ ta’ skambju). 3. Eżistenza u implimentazzjoni ta’ liġi tal-kumpaniji, trasparenti u mhux diskriminatorja li tiżgura governanza tal-korporazzjonijiet adattata (applikazzjoni ta’ livelli internazzjonali ta’ kontabilità, ħarsien ta’ l-azzjonisti, disponibilità pubblika ta’ informazzjoni eżatta tal-kumpaniji). 4. Eżistenza u implimentazzjoni ta’ sett ta' liġijiet koerenti, effiċjenti u trasparenti li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà u t-tħaddim ta’ reġim effettiv ta’ falliment. 5. Eżistenza ta’ settur finanzjarju ġenwin li jopera b'mod indipendenti mill-Istat u li fih il-liġi u l-prassi huma soġġetti għal dispożizzjonijiet suffiċjenti ta' garanzija u sorveljanza xierqa. Sabiex ikun determinat jekk l-Ukraina ssodisfatx dawn il-kriterji, is-servizzi tal-Kummissjoni eżaminaw l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet ta' l-Ukraina u qabbluha wkoll ma' informazzjoni miksuba minn għadd ta' sorsi esterni awtorevoli (OECD, IMF, EBRD, il-Bank Dinji etc.) kif ukoll mill-investigazzjonijiet tagħha stess dwar l-anti-dumping li jinvolvu esportazzjonijiet mill-Ukraina. F’Marzu 2003 l-Kummissjoni ħarġet l-assessjar preliminari tagħha dwar it-talba ta' l-Ukraina għall-istatus ta' ekonomija tas-suq, u kkonkludiet li, minkejja l-progress, il-ħames kriterji għall-istatus ta’ l-ekonomija tas-suq ma ntlaħqux. L-awtoritajiet ta’ l-Ukraina kienu għalhekk mitluba li jimplimentaw ċerti azzjonijiet u jipprovdu informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-ħames kriterji kollha. F’assessjar ġdid maħruġ f’Mejju 2004, il-Kummissjoni kkonkludiet li tlieta mill-kriterji setgħu jiġu meqjusa solvuti, u li kien fadal żewġ oqsma biss fejn progress ulterjuri u/jew informazzjoni ulterjuri rispettivament kienet meħtieġa sabiex l-Ukraina tingħata l-istatus ta’ ekonomija tas-suq: leġiżlazzjoni dwarfalliment u interferenza fil-prezzijiet min-naħa ta’ l-Istat. Wara li l-Ukraina ħadet passi ulterjuri biex ittejjeb il-leġiżlazzjoni dwar il-falliment u biex issolvi l-kwistjoni ta' l-interferenza tal-prezzijiet min-naħa ta' l-Istat, il-Kummissjoni issa tikkunsidra li l-Ukraina laħqet il-kriterji kollha sabiex tingħata l-istatus ta' ekonomija tas’-suq għall-fini ta’ l-investigazzjonjiet tad-difiża tal-kummerċ. |

Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-ħarsien minn importazzjonjiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. |

Konsistenza mal-politika u l-għanijiet l-oħra ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI TA' PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

Metodi ta’ konsultazzjoni, oqsma prinċipali mmirati u profil ġenerali ta’ min wieġeb Il-Kummissjoni informat lill-industrija u kkonsultat l-Istati Membri fil-kumitati tal-kummerċ rilevanti dwar l-emendi proposti. |

It-tweġibiet fil-qosor u kif ittieħed kont tagħhom Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti u s-suġġerimenti li rċeviet. |

Ġbir u użu ta’ għarfien espert |

Ma kienx hemm ħtieġa għal għarfien espert estern. |

Valutazzjoni ta' l-Impatt Il rikonoxximent ta’ l-istatus ta’ ekonomija tas-suq għall-Ukraina se jwassal għal modifika fil-metodoloġija użata biex jiġi stabbilit il-marġni ta’ dumping għall-esportaturi ta’ l-Ukraina li huma soġġetti għal investigazzjonjiet ta’ anti-dumping. Din il-modifika hija awtomatika kull meta pajjiż terz jingħata l-istatus ta’ ekonomija tas-suq. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta' l-azzjoni proposta Huwa propost li l-Ukraina titneħħa mil-lista ta’ ekonomiji li qegħdin fi transizzjoni fir-Regolament Bażiku Anti-Dumping. |

Bażi legali It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133. |

Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Prinċipju ta’ proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejjin. |

Ir-Regolament Bażiku Anti-Dumping jipprevedi forma ta’ azzjoni li ma tħallix skop għal deċiżjoni nazzjonali. L-emenda proposta ma tbiddel xejn f’dak ir-rigward. |

Indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv jaqa’ fuq il-Komunità, gvernijiet nazzjonali, awtoritajiet reġjonali u lokali, operaturi ekonomiċi u ċittadini huwa minimizzat u proporzjonat ma’ l-għan tal-proposta mhijiex applikabbli ladarba l-proposta ma timplika ebda piż finanzjarju u amministrattiv. |

Għażla ta' strumenti |

Strumenti proposti: regolament. |

Mezzi oħrajn ma jkunux adattati għar-raġuni li ġejja: il-proposta attwali hija emenda ta’ Regolament eżistenti. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

1. 2005/0243 (ACC)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar il-ħarsien minn importazzjonjiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunit à Ewropea.

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Bir-Regolament (KE) Nru 384/96[2] (‘ir-Regolament Bażiku Anti-Dumping ') il-Kunsill adotta regoli komuni dwar il-ħarsien minn importazzjonijiet dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunitajiet Ewropej.

(2) Fid-dawl tal-progress sinifikanti mwettaq mill-Ukraina lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, kif rikonoxxut mill-konklużjonijiet tas-Samit Ukraina – Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Diċembru 2005, huwa xieraq li jkun permess li l-valur normali għall-esportaturi u l-produtturi ta’ l-Ukraina jkun stabbilit f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament Bażiku Anti-Dumping .

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 384/96, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004, fl-ewwel sentenza ta’ paragrafu (b) ta’ l-Artikolu 2(7), it-terminu “l-Ukraina” huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha mibdija skond ir-Regolament (KE) Nru 384/96 wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-bidu mressqa wara din id-data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).