European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/741

30.1.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/260, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/259 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja

(C/2026/741)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/260 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/259 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja.

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2024/2642 jirrikjedi li dawk il-persuni għandhom jirrapportaw, fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar tagħhom fl-Anness I, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, huma proprjetà tagħhom, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi. Iridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' din l-informazzjoni. Nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

Jeħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/2642 (5).


(1)   ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.

(2)   ĠU L, 2026/260, 29.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/260/oj.

(3)   ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj.

(4)   ĠU L, 2026/259, 29.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/259/oj.

(5)  L-aħħar verżjoni konsolidata hija disponibbli fuq http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/2025-10-07


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/741/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)