31989R1249



Official Journal L 129 , 11/05/1989 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0062
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0062


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1249/89

tat-3 ta’ Mejju 1989 li jemenda

r-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal

Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, partikolarment l-Artikolu 43,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kumissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku [3],

Billi l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3906/87 [5], jipprovdi li l-għandu jiġi stabbilit prezz bażiku għall-majjal maqtul, li jgħodd mill-1 ta’ Novembru ta’ kull sena; billi l-prezz tal-ġwież tal-għalf jeffettwa l-ispejjez ta’ produzzjoni tal-majjal maqtul; billi minħabba din id-dipendenza, il-prezz bażiku għandu jiġi fis-seħħ fl-istess data li tibda s-sena tas-suq tal-ġwież; billi, meta jiġi stabbilit il-prezz bażiku, ghandu jkun konsidrat il-prezz limitu u t-tariffa fuq is-settur tal-laħam tal-majjal u billi, għaldaqstant, id-dati meta dawn jiġu fis-seħħ għandhom ukoll jinbidlu;

Billi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 jipprovdi għad-determinazzjoni tal-prezz Komunitarju tas-suq għall-majjal maqtul millprezzijiet reġistrati fuq swieq rappreżentattivi; billi, minħabba n-natura purament teknika ta’ din il-materja u l-bżonn ta’ bdil ta’ spiss, il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 hija aktar xierqa;

Billi, meta n-nomenklatura magħquda u t-tariffi komuni tad-dwana stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 [6] ġew introdotti fir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 bir-Regolament (KEE) Nru 3906/87, żewġ prodotti marbuta taħt il-GATT li kellhom ikunu mniżżla fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ġew mħollija barra; billi dan l-iżball għandu jiġi korrett,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Regolament (KEE) Nru 2759/75 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1(2) huwa mħassar.

2. L-Artikolu 4(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. Kull sena, prezz bażiku li jiġi fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju ta’ l-istess sena, jiġi stabbilit għall-laħam tal-majjal domestiku f’karkassi jew nofs karkassi, minn issa ‘l quddiem msejjaħ majjal maqtul, ta’ kwalità standard li hija definita b’ referenza għal skala tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal.

Meta jiġi stabbilit il-prezz bażiku, għandhom ikunu konsidrati:

- l-prezz limitu u t-tariffa applikabli matul il-kwart tas-sena li jibda fl-1ta’ Lulju ta’ dik is-sena, u

- il-bżonn li dan il-prezz ikun stabbilit fuq livell li jgħin sabiex il-prezzijiet fis-suq jiġu stabbilizzati minghajr, iżda ma jwassal għall-formazzjoni ta’ eċċedenzi strutturali fil-Komunita.’"

3. L-Artikolu 4(5) u (6) huwa mibdul b’dan li ġej:

"5. Il-Kunsill, b’ maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jipprovdi l-iskala tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal.

6. l-proċedura mfassla fl-Artikolu 24 għandha tintuża sabiex:

- tittieħed deċiżjoni sabiex jittiehdu miżuri ta’ intervent u d-data minn meta dawn ma jibqgħux applikabli,

- ikunu adottati listi tas-swieq rapprezentattivi,

- ikunu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’dan l-Artikolu.’"

4. L-Artikolu 9(1) huwa mibdul b’dan li ġej:

"1. It-tariffa fuq il-majjal maqtul hija magħmula minn:

(a) komponent wieħed ekwivalenti ghad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u fis-suq dinji ghall-kwantità ta’ ġwież ta’ l-għalf li hemm bżonn għall-produzzjoni fil-Komunità ta’ kilogramm ta’ laħam tal-majjal.

Il-prezzijiet tal-ġwież tal-għalf fil-Komunità huma stabbiliti darba fis-sena għall-perjodu ta’ 12-il xahar li jibda mill-1 ta’ Lulju, fuq il-bażi bażi tal-għola prezzijiet kif jiżdiedu kull xahar. Huma jintużaw sabiex tkun stabbilita tariffa mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena.

Il-prezzijiet tal-ġwież ta’ l-għalf fis-suq dinji huma stabbiliti kull tliet xhur fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ dan il-ġwież irrekordjat matul l-perjodu ta’ ħames xhur li jispiċċa xahar qabel il-bidu tal-kwart tas-sena għall-liema l-komponenti msemmija hija kkalkulata.

Madanakollu, meta t-tariffi li jiġu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru, 1 ta’ Jannar u l-1 ta’ April jiġu stabbiliti, it-tendenzi tal-prezzijiet fis-suq dinji tal-ġwiez ta’ l-għalf jitqiesu biss jekk fl-istess ħin jiġi stabbilit prezz ġdid limitu;

(b) komponent wieħed ekwivalenti ghal 7 % tal-prezz medju limitu matul l-erba’ kwarti ta’ sena li jiġu qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena.

Dan il-komponent huwa kkalkulat darba fis-sena għall-perjodu ta’ tnax-il xahar, li jibda mill-1 ta’ Lulju.’"

5. L-Artikolu 10(2) u (3) huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. It-tariffa fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(ċ), hija daqs it-total tal-komponenti li ġejjin:

(a) komponent wieħed meħud mit-tariffa fuq il-karkassi tal-majjal fuq il-bażi tar-relazzjoni fil-Komunità tal-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti mal-prezz tal-majjal maqtul;

(b) t-tieni komponent huwa ekwivalenti għal 7 % tal-prezz ta’ offerta medja, li huwa stabbilit fuq il-bażi ta’ l-importazzjoni matul l-aħħar tnax-il xahar qabel l-1 ta’ April ta’ kull sena. Madanakollu, għal dawk il-prodotti li jaqghu taħt kodiċijiet NM ex1602 u ex1902 il-perċentwali hija ta’ 10.

Din il-komponenti hija kkalkulata darba fis-sena għall-perjodu ta’ tnax-il xahar, li jibda mill-1 ta’ Lulju.

3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, għall-prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet NM 02063021, 02063031, 02064191, 02064991, 15010011, 16010010, 16021000, 16022090 u 16029010 li r-rata ta’ dwana fuqhom hija kif miftehem fil-GATT, it-tariffi huma limitati għall-ammont li jirriżulta minn dak il-ftehim.’"

6. L-aħħar sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 12(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

"‘Madanakollu, meta l-prezz limitu, li jiġi fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru, 1 ta’ Jannar, u l-1 ta’ April jiġi stabbilit, it-tendenzi tal-prezzijiet tal-ġwież tal-għalf fis-suq dinji jitqiesu biss jekk il-valur tal-kwantità ta’ ġwież tal-għalf ivarja ta’ l-anqas b’ammont speċifikat minn dak użat fil-kalkolazzjoni tal-prezz limitu, fil-kwart ta’ sena ta’ qabel.’"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjalital-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 1989.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intjier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f’Brussel, fit-3 ta’ Mejju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

[1] ĠU C 82, tat-3.4.1989, p. 46.

[2] ĠU C 120, tas-16.5.1989.

[3] Opinjoni mogħtija fil-31 ta’ Marzu 1989 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

[5] ĠU L 370, tat-30.12.1987, p. 11.

[6] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

--------------------------------------------------