|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1933 |
23.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1933
tat-22 ta’ Settembru 2025
li jimplimenta l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012, il-Kunsill irrieżamina l-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea-Bissau u jqis li jenħtieġ li sitt persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 377/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/377/oj.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 (“Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 2(1) u 2(2)”), jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:
|
1. |
António INJAI |
|
2. |
Mamadu TURE |
|
3. |
Estêvão NA MENA |
|
4. |
Ibraima CAMARÁ |
|
5. |
Daba NAUALNA |
|
12. |
Júlio NHATE. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1933/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)