RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjoni Qafas 2008/675/JHA tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda /* COM/2014/0312 final */
WERREJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri
tad-Deċiżjoni Qafas 2008/675/JHA tal-24 ta' Lulju 2008 dwar
it-teħid in konsiderazzjoni ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
waqt proċedimenti kriminali ġodda 1............ Introduzzjoni................................................................................................................. 3 1.1......... L-għan u l-kamp ta' applikazzjoni
tad-Deċiżjoni Qafas................................................ 3 1.2......... Salvagwardji tad-drittijiet fundamentali....................................................................... 4 1.3......... Elementi ewlenin tad-Deċiżjoni ta' Qafas..................................................................... 4 1.4......... Is-sitwazzjoni attwali tat-traspożizzjoni u
l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' implimentazzjoni 5 2............ Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri
tad-Deċiżjoni Qafas................ 6 2.1......... Evalwazzjoni preliminari tal-liġijiet ta'
traspożizzjoni riċevuti...................................... 6 2.2......... Evalwazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet
ewlenin tad-Deċiżjoni Qafas.......................... 7 2.2.1...... Definizzjoni
tal-kundanna............................................................................................. 7 2.2.2...... Rekwiżiti
għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-kundanni barranin..................................... 7 2.2.3...... Effetti
ġuridiċi ekwivalenti........................................................................................... 8 2.2.3.1... L-istadju
ta' qabel il-proċess.......................................................................................... 9 2.2.3.2... L-istadju
tal-proċess...................................................................................................... 9 2.2.3.3... L-istadju
tal-eżekuzzjoni tal-kundanna....................................................................... 10 2.2.4...... Kisba
ta' biżżejjed informazzjoni dwar kundanni preċedenti..................................... 10 3
Konklużjoni…………………………………………………………………………..11 RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar
l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Deċiżjoni Qafas
2008/675/JHA tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta'
kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali
ġodda 1.
Introduzzjoni 1.1.
L-għan
u l-kamp ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas F'żona
ġenwina ta' ġustizzja bbażata fuq il-fiduċja
reċiproka, l-Unjoni Ewropea ħadet azzjoni biex tiżgura li
ċ-ċittadini jkunu protetti kontra l-kriminalità fl-Unjoni Ewropea kollha,
filwaqt li tiżgura wkoll li d-drittijiet fundamentali
taċ-ċittadini jiġu rispettati meta jsibu ruħhom involuti fi
proċedimenti kriminali, kemm bħala vittmi kif ukoll bħala
konvenuti. Fl-Unjoni
Ewropea, fejn in-nies jistgħu jiċċaqilqu u jgħixu liberament,
dan l-objettiv li wieħed iżomm u jiżviluppa żona ta'
ġustizzja Ewropea ġenwina jirrikjedi li kundanni kontra persuni
ssentenzjati fi Stat Membru wieħed għandhom jitqiesu fi Stat Membru
ieħor sabiex jiġu evitati reati futuri. Bl-istess mod, jekk jitwettqu
reati ġodda mill-istess awtur, suġġett li tinżamm l-ekwità
tal-proċedimenti, dan il-fattur komportamentali għandu jitqies
fil-qafas ta' proċedimenti kriminali ġodda. Huwa tassew
fl-interess ta' ġustizzja kriminali effikaċi, inkluża
l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li
l-Istati Membri kollha jkollhom regoli biex jikkunsidraw, fl-istadji kollha
tal-proċedimenti kriminali, jekk persuna tkunx wettqet l-ewwel reat jew
jekk tkunx diġà ġiet ikkundannata fi Stat Membru ieħor. Li
wieħed ikun f'pożizzjoni li jivvaluta l-passat kriminali
tal-ħati huwa essenzjali għat-tmexxija effettiva ta'
proċedimenti kriminali ġodda, b'mod partikolari biex jiġu
żgurati deċiżjonijiet infurmati dwar l-arrest preventiv jew
il-libertà b'garanzija, u biex ikun hemm l-informazzjoni kollha disponibbli
fl-istadju tal-kundanna. Kien f'dan
l-isfond li ġiet adottata d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
2008/675/JHA tal-24 ta' Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni
ta' kundanni fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti
kriminali ġodda Din
id-Deċiżjoni Qafas tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji fi
Stat Membru wieħed biex jieħdu kont ta' sentenzi kriminali finali
mogħtija minn qrati fi Stati Membri oħra. Hija tiddetermina
l-kundizzjonijiet li taħthom, fil-kors tal-proċedimenti kriminali
kontra persuna, kundanni preċedenti mogħtija kontra l-istess persuna
għal fatti differenti fi Stati Membri oħra jiġu kkunsidrati minn
dawn l-awtoritajiet. Fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali ġodda,
l-Istati Membri jridu jiżguraw li kundanni preċedenti mogħtija
fi Stat Membru ieħor jiġu kkunsidrati kif dovut taħt l-istess
regoli bħall-kundanni preċedenti nazzjonali. Din
id-Deċiżjoni Qafas tieħu post l-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni
tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Mejju 1970 dwar il-Validità Internazzjonali
tas-Sentenzi Kriminali[1]
fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tas-sentenzi kriminali, bħal bejn Stati
Membri li huma partijiet għal dik il-Konvenzjoni. L-informazzjoni dwar
kundanni preċedenti tista' tinkiseb permezz ta' sistema tal-UE
tal-iskambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali (ECRIS).[2] L-għan ta'
dan ir-rapport huwa li jipprovdi valutazzjoni preliminari tal-liġijiet
nazzjonali ta' traspożizzjoni li diġà waslu għand
il-Kummissjoni. Mill-1 ta'
Diċembru 2014, id-data ta' skadenza tal-perjodu ta' tranżizzjoni ta'
ħames snin tat-Trattat ta' Lisbona, is-setgħat ġudizzjarji
tal-Qorti tal-Ġustizzja u s-setgħa tal-Kummissjoni li tniedi ksur se
japplikaw b'mod sħiħ fir-rigward tal-acquis tal-UE ta' qabel Lisbona
fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u
l-kooperazzjoni tal-pulizija. 1.2.
Salvagwardji
tad-drittijiet fundamentali Kif stipulat
fl-Artikolu 1 paragrafu 2 u l-Premessa 12, din id-Deċiżjoni
Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji
ġuridiċi fundamentali rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat
dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali
tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"). F'dan
il-kuntest, fil-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tagħhom,
ċerti Stati Membri jirreferu b'mod espliċitu għas-salvagwardja
tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġuridiċi fundamentali
tal-liġi tal-Unjoni Ewropea meta jqisu kundanni preċedenti
fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali ġdida. F'xi Stati Membri
t-teħid f'kunsiderazzjoni
tal-kundanna huwa eskluż f'każijiet fejn hemm raġunijiet
raġonevoli sabiex wieħed jassumi li tikser il-libertajiet u
d-drittijiet ta' individwu kkundannat fi Stat Membru ieħor. Alternattivament, l-Istati
Membri pprovdew rekwiżit espliċitu fil-liġi ta' implimentazzjoni
li kundanna preċedenti għandha tikkonforma mad-dritt għal
proċess ġust, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea
dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ("ECHR") (AT, DE, PL). 1.3.
Elementi
ewlenin tad-Deċiżjoni ta' Qafas Din
id-Deċiżjoni Qafas għandha l-għan li tiżgura li
effetti ġuridiċi simili jingħataw lil kundanni domestiċi u
lil kundanni minn Stati Membri oħra. Skont l-Artikolu 2
tad-Deċiżjoni Qafas, kundanna hija definita bħala
"kwalunkwe deċiżjoni finali ta' qorti kriminali li tistabbilixxi
ħtija ta' reat kriminali." L-Artikolu 3
huwa dispożizzjoni ewlenija tad-Deċiżjoni Qafas. Dan l-Artikolu
huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-assimilazzjoni sempliċi
tal-kundanni u jimponi bħala kwistjoni ta' prinċipju, li l-effetti
ġuridiċi ta' sentenzi barranin iridu jkunu ekwivalenti
għall-effett ġuridiku ta' kundanni domestiċi
("il-prinċipju tal-ekwivalenza"), skont il-liġi nazzjonali.
Dan ifisser li
hemm l-obbligu li jittieħed kont tal-kundanni barranin, biex jiġi
eżerċitat skont il-liġi nazzjonali (l-uniku obbligu
għall-Istati Membri jkun li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-kundanni
barranin sal-punt li jieħdu f'kunsiderazzjoni l-kundanni nazzjonali). Kundanni
preċedenti għandhom jiġu kkunsidrati waqt il-fażi ta' qabel
il-proċess, waqt il-proċess kif ukoll meta tiġi esegwita
l-kundanna (l-Artikolu 3(2)). Għandha tingħata konsiderazzjoni
xierqa għal kundanni preċedenti speċjalment fir-rigward
tar-regoli ta' proċedura applikabbli dwar: Detenzjoni
provviżorja; Definizzjoni
tar-reat; It-tip u
l-livell tas-sentenza; Eżekuzzjoni
tad-deċiżjoni. Meta jitqiesu
l-kundanni preċedenti mill-Istat Membru li jkun qed iwettaq
proċedimenti ġodda, dan ma jkollux l-effett li
jinterferixxifil-kundanni preċedenti, jirrevokahom jew jirrevedihom..
Fir-rigward tal-impożizzjoni ta' sentenza fi proċedimenti kriminali
ġodda, id-Deċiżjoni Qafas tipprevedi eċċezzjonijiet
għar-regola ġenerali. F'każijiet
fejn il-kundanna preċedenti ma tkunx ġiet mogħtija jew
kompletament eżegwita minn Stat Membru ieħor qabel it-twettiq
tar-reat li għalih isiru l-proċedimenti l-ġodda, din
id-Deċiżjoni Qafas ma tirrikjedix li l-Istati Membri japplikaw
ir-regoli nazzjonali tagħhom dwar l-impożizzjoni ta' sentenzi, jekk
l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali għall-kundanni barranin
preċedenti tillimita lill-imħallef fl-impożizzjoni tas-sentenza.
Minbarra dan,
il-premessi 8 u 9, li jridu jinqraw flimkien mal-Artikolu 3(5)
tad-Deċiżjoni Qafas, jipprovdu xi gwida f'dan ir-rigward billi
jenfasizzaw il-proporzjonalità tal-livell tas-sentenza u
ċ-ċirkustanzi personali tal-ħati. Interessanti, li l-ebda miżura ta'
implimentazzjoni ta' Stat Membru ma għamlet referenza għall-premessa
tmienja, li tipprovdi li fejn, matul il-proċedimenti kriminali fi Stat
Membru, tkun disponibbli informazzjoni fuq kundanna preċedenti fi Stat
Membru ieħor, sa fejn ikun possibbli l-persuna kkonċernata ma
għandhiex tiġi ttrattata b'mod inqas favorevoli milli kieku
l-kundanni preċedenti kienu kundanna domestika. L-Artikolu 3,
paragrafi (1) u (2) jindirizzaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi
kriminali u l-proċeduri previsti pereżempju fil-kodiċi kriminali
ta' proċedura biex titqies, matul il-kors ta' proċedimenti kriminali
ġodda, kundanna barranija mogħtija fi Stat Membru ieħor.
L-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 paragrafi (4) u (5) għandha tiġi
evalwata fid-dawl tal-prinċipji u l-proċeduri nazzjonali
tal-liġi kriminali li jirrigwardaw speċifikament l-impożizzjoni
ta' sentenzi (pereżempju, sentenzi aggregati). 1.4.
Is-sitwazzjoni
attwali tat-traspożizzjoni u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' implimentazzjoni Fi żmien li
inkiteb dan ir-rapport, il-Kummissjoni kienet irċeviet notifiki dwar
il-liġijiet nazzjonali ta' traspożizzjoni mit-22 Stat Membru li
ġejjin: AT, BG, CY, CZ, DE, DK, EE, EL, FI, FR, HU, HR, IE, LU,
LV, NL, PL, RO, SE, SI, SK u UK. Aktar
minn tliet snin wara d-data ta' implimentazzjoni, sitt Stati Membri
għadhom ma nnotifikawx il-miżuri li jittrasponu l-obbligi ta' din
id-Deċiżjoni Qafas: BE, ES, IT, LT, MT u PT. Erba' Stati
Membri infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-proċess ta' preparazzjoni tal-miżuri
ta' traspożizzjoni rilevanti fil-livell nazzjonali (BE, ES, LT, MT).
Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn l-Istati Membri ma adotta
l-leġiżlazzjoni jew innotifika lill-Kummissjoni qabel
April 2014. Tabella dwar
l-istat attwali tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tista'
tinstab fl-Anness. Id-Deċiżjonijiet
Qafas għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri bħal kull
element ieħor tal-acquis tal-UE. Min-natura tagħhom,
id-Deċiżjonijiet Qafas jorbtu lill-Istati Membri f'dak li għandu
x'jaqsam mar-riżultat li jrid jinkiseb, imma jħallu
l-għażla ta' forom u metodi tal-implimentazzjoni f'idejn
l-awtoritajiet nazzjonali. Id-Deċiżjonijiet Qafas mhumiex direttament
applikabbli. Madankollu l-prinċipju ta' interpretazzjoni konformi hu
obbligatorju f'dak li għandu x'jaqsam mad-Deċiżjonijiet Qafas
adottati fil-kuntest tat-Titolu VI tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea l-antik. Filwaqt li
n-nuqqas ta' implimentazzjoni fi Stat Membru wieħed ma għandux ikollu
konsegwenzi diretti għall-Istati Membri l-oħra, fl-interess
tal-ġustizzja jibqa' importanti li qorti fi Stat Membru wieħed tkun
kapaċi tqis sentenzi kriminali finali mogħtija mill-qrati fi Stati
Membri oħra. Dan l-approċċ huwa sostnut minn ECRIS, sistema
deċentralizzata tat-teknoloġija tal-informazzjoni, li tipprovdi
għal ċirkolazzjoni effiċjenti ta' informazzjoni dwar il-kundanni
mogħtija kontra ċittadini ta' Stati Membri minn Stati Membri
oħra. L-applikazzjoni korretta tal-prinċipju tal-ekwivalenza u
l-bżonn li jiġi żgurat li, bħala kwistjoni ta'
prinċipju, l-effetti ġuridiċi tal-kundanni barranin ikunu
sistematikament ekwivalenti għall-effetti ġuridiċi ta' sentenzi
domestiċi, huma importanti fiż-żona Ewropea tal-ġustizzja. 2.
Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri
tad-Deċiżjoni Qafas 2.1.
Evalwazzjoni
preliminari tal-liġijiet ta' traspożizzjoni riċevuti Dan ir-rapport
jevalwa sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa
sabiex jikkonformaw mad-Deċiżjoni Qafas. Meta jiġi vvalutat
il-livell ta' traspożizzjoni ta' dan l-istrument fil-liġi kriminali
nazzjonali, il-Kummissjoni tiffoka b'mod partikolari fuq l-obbligi taħt
l-Artikolu 3, jiġifieri li l-prinċipju ta' ekwivalenza ġie
debitament introdott u li l-effetti ġuridiċi ta' kundanni
preċedenti huma marbuta ma' kundanni preċedenti barranin fis-sistemi
tal-ġustizzja kriminali nazzjonali, f'konformità mal-liġi nazzjonali.
B'mod
ġenerali, l-Istati Membri għażlu approċċ
fil-biċċa l-kbira simili għat-traspożizzjoni
tad-Deċiżjoni Qafas fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u
l-liġi kriminali tagħhom. Ħafna mill-Istati Membri kellhom
jemendaw il-liġi tagħhom li tirregola din il-kwistjoni, filwaqt li xi
Stati Membri adottaw atti separati ta' implimentazzjoni bħala strumenti
ta' traspożizzjoni. L-implimentazzjoni
tad-Deċiżjoni ta' Qafas hija mxekkla mill-fatt li sitt Stati Membri
għadhom ma ssodisfawx l-obbligu tagħhom skont din
id-Deċiżjoni Qafas. 2.2.
Evalwazzjoni
ta' ċerti dispożizzjonijiet ewlenin tad-Deċiżjoni Qafas 2.2.1.
Definizzjoni
tal-kundanna Mhux l-Istati
Membri kollha formalment trasponew id-definizzjoni ta' "kundanna"
bħala "kwalunkwe deċiżjoni finali ta' qorti kriminali li
tistabbilixxi ħtija ta' reat kriminali." Bosta Stati Membri ma
pprovdewx definizzjoni espliċita ta' xi jqisu bħala
"kundanna" għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas
(AT, BG, DK, EL, FR, IE, LU, LV, RO, SE, SI, SK u UK). Madanakollu, dawn
l-Istati Membri japplikaw il-prinċipji ġenerali u d-definizzjonijiet
tal-liġi kriminali tagħhom. Pereżempju, LV u RO rreferew biss
għar-"reċidiviżmu" minflok ma ddefinixxew
espliċitament il-kundanni preċedenti. Użu mhux
preċiż tad-definizzjoni ta' "kundanna preċedenti"
jista' jwassal għal differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din
id-Deċiżjoni Qafas – jiġifieri deċiżjonijiet finali –
u konsegwentement joħloq nuqqas ta' ċertezza ġuridika
għall-individwi. Barra minn hekk, ir-rekwiżit ta' din
id-deċiżjoni qafas li jitqiesu biss deċiżjonijiet
"finali", għandu wkoll jiġi kkunsidrat fid-dawl ta'
garanziji għad-drittijiet proċedurali għal persuni suspettati u
persuni akkużati fi proċedimenti kriminali madwar l-Unjoni. Billi tillimita
l-kamp ta' applikazzjoni għal deċiżjonijiet finali biss,
id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta u tappoġġa b'mod
sħiħ il-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li
huwa fil-qofol tal-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali fundamentali fi
proċedimenti kriminali. Il-liġi
tal-FI u r-UK tinkludi b'mod espliċitu sentenzi ta' ħabs
inkondizzjonati, ordnijiet ta' servizz komunitarju, multi jew sanzjonijiet
ekwivalenti bħala tipi ta' deċiżjonijiet li jitqiesu bħala
"kundizzjonijiet li fihom jitqiesu kundanni preċedenti." DK, FI, HR, LU,
LV, SE u SI ma stabbilixxew l-ebda rekwiżiti addizzjonali biex jitqiesu
kundanni preċedenti. F'dawk l-Istati Membri, il-qrati jistgħu
sempliċiment jagħtu l-istess piż lil kundanni mogħtija fi
Stat Membru ieħor bħal ma jagħmlu għal kundanni
mogħtija fl-Istat tagħhom stess (il-prinċipju tad-diskrezzjoni
ġudizzjarja). Dan l-approċċ jista' jitqies bħala li
"jiffavorixxi l-għarfien reċiproku", peress li jirrifletti
fiduċja solida fil-kundanni finali u s-sistemi ta' rekords kriminali fi
Stati Membri oħra. 2.2.2.
Rekwiżiti
għat-teħid inkunsiderazzjoni tal-kundanni barranin Fil-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti jridu japplikaw
rekwiżit ta' kriminalità doppja (kif meħtieġ mil-liġijiet u
l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħhom) meta jikkunsidraw kundanni
preċedenti f'każijiet individwali (AT, BG, CZ, CY, EL, FR, HU, NL,
PL, RO, SK u UK). Dan ifisser li l-qrati jistgħu jqisu biss kundanna
preċedenti jekk din il-kundanna kienet ibbażata fuq reat li huwa
wkoll rikonoxxut u punibbli taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru. L-użu ta'
verifika ta' kriminalità doppja huwa ġġustifikat taħt
id-Deċiżjoni Qafas billi huwa sempliċiment jirrikjedi li
l-Istati "jqisu" kundanni mogħtija fi Stat Membru ieħor
bl-istess mod bħal kundanni nazzjonali preċedenti u li "effetti
ġuridiċi ekwivalenti jkunu marbuta magħhom". Għalhekk,
jekk ċerti atti li fuqhom tkun ibbażata kundanna preċedenti, ma
jkunux suġġetti għal kastig f'ċertu Stat Membru, ikun
impossibbli li l-qrati "jassoċjaw effetti ġuridiċi
ekwivalenti" peress li ma kien ikun hemm assolutament l-ebda effetti
ġuridiċi kieku kienet tikkonċerna każ purament domestiku.[3] Il-kliem
tal-liġi tal-HU huwa ftit differenti f'dan ir-rigward: sentenzi imposti
jew miżuri li ġejjin minn deċiżjoni ta' qorti barranija
"ma jistgħux imorru kontra l-liġi tal-HU". Il-liġi
tal-NL tuża t-terminu "reati simili". Il-liġi tal-NL
tistipula li reat simili jista' tkun reat taħt liġi barranija
"li seta' ġie fformulat b'mod differenti, iżda li huwa mmirat
sabiex jipproteġi l-istess interessi ġuridiċi u għalhekk
jappartjeni għall-istess kategorija ta' reati bħar-reat tal-NL li
għalih tirreferi d-dispożizzjoni tar-reati ripetuti". B'kuntrast
ma' dan l-approċċ, xi Stati Membri għażlu approċċ
ibbażat fuq il-kwalifika ġuridika, kif inhuwa l-każ għal
FR. Meta jiġi vvalutat l-aspett ta' kriminalità doppja ta' kundanni
preċedenti, il-kwalifikazzjoni tal-fatt hija ddeterminata f'relazzjoni ma'
reati definiti taħt il-liġi ta' FR u s-sentenzi jitkejlu skont
sentenzi ekwivalenti FR li huma preskritti mil-liġi FR. Il-liġi SK
tirrikjedi kriminalità doppja jew li d-deċiżjonijiet tal-qrati ta'
Stati Membri oħra f'materji kriminali jistgħu jiġu infurzati jew
ikollhom effetti ġuridiċi ekwivalenti fl-SK biss meta dan ikun
previst minn trattat internazzjonali jew att. Xi Stati Membri
stabbilixxew iktar kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati flimkien
mar-rekwiżit ta kriminalità doppja. Eżempju wieħed huwa
l-obbligu li, minbarra kriminalità doppja, irid ikun hemm informazzjoni
suffiċjenti disponibbli dwar il-kundanna preċedenti (CY, PL).[4]
Il-liġi nazzjonali PL tistipula li kundanna preċedenti ma tistax
titqies jekk il-kwistjoni hija soġġetta għal miżura ta'
remissjoni li jkollha l-forza ta' amnestija jew maħfra (PL). Is-SK
żżid li t-teħid f'kunsiderazzjoni ta' kundanni preċedenti
huwa possibbli wkoll meta l-Istat ikollu tali obbligu skont trattat
internazzjonali li huwa parti fih. Fl-IE l-konvenut għandu jkollu
l-opportunità li jammetti jew jiċħad kull kundanna preċedenti
meta jkun iffaċċat b'kundanni domestiċi jew li mhumiex. Fejn
kundanni preċedenti jintużaw għal "kwalunkwe
għan" fi proċess, dawn għandhom jew jiġu attestati
b'evidenza ġuridika, jew jiġu espressament ammessi mill-persuna
akkużata. L-HU
tissottometti l-kundanni barranin għal proċedura ta' rikonoxximent
estensiva qabel ma jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati. L-inkorporazzjoni
ta' rekwiżiti addizzjonali biex jitqiesu l-kundanni barranin għandhom
ikunu proporzjonali mal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas. 2.2.3.
Effetti
ġuridiċi ekwivalenti Il-kuntest
ġuridiku ta' dan l-aspett ta' din id-Deċiżjoni Qafas huwa
indirizzat fit-taqsima 1.3 Elementi ewlenin tad-Deċiżjoni Qafas.
Il-konformità mar-regola li l-effetti ġuridiċi marbuta ma' kundanni
preċedenti barranin huma ekwivalenti għall-effetti
ġuridiċi marbuta ma' kundanni preċedenti nazzjonali, skont
il-liġi nazzjonali, hija, l-iktar l-iktar, inkonklussiva. Disa' Stati
Membri ma jipprovdu l-ebda informazzjoni konklussiva dwar il-konformità ma' din
ir-regola. Min-notifiki rċevuti jidher li disa' Stati Membri ffukaw fuq
l-applikazzjoni ta' prinċipju ta' ekwivalenza biss (Art. 3, paragrafu 1),
iżda ma pprovdewx aktar dettalji fir-rigward tat-tipi ta' effetti
ġuridiċi li huma jassoċjaw mal-kundanni barranin preċedenti
u f'liema stadju tal-proċedimenti (qabel il-proċess, fl-istadju
tal-proċess, fl-eżekuzzjoni) dawn l-effetti japplikaw fis-sistema
tal-ġustizzja kriminali nazzjonali tagħhom (Art. 3 paragrafu 2): BG,
CZ, EE, HU, FR, LU, PL, RO u SK. Informazzjoni
dwar is-sistemi ġuridiċi nazzjonali u l-konsegwenzi li huma marbuta
ma' kundanni preċedenti għandha
tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha u b'mod partikolari
għall-konvenuti sabiex jissaħħaħ il-prinċipju
taċ-ċertezza ġuridika u tal-fiduċja reċiproka. Wara din
il-valutazzjoni preliminari, in-notifika tal-implimentazzjoni ta' din
id-Deċiżjoni Qafas mit-13-il Stat Membru li ġejjin indirizzat
l-elementi kollha importanti ta' din id-Deċiżjoni Qafas
(pereżempju, il-prinċipju tal-ekwivalenza u l-effetti
ġuridiċi): AT, CY, DE, DK, FI, EL, HR, IE, LV, NL, SE, SI u UK. 2.2.3.1. L-istadju
ta' qabel il-proċess F'xi Stati
Membri, kundanni preċedenti jistgħu diġà jitqiesu matul
l-istadju ta' qabel il-proċess fi proċedimenti kriminali. Fl-HR,
dejta fir-rekords kriminali u dejta oħra dwar kundanni għal reati
kriminali tista' titqies bħala l-iżjed evidenza riċenti qabel
l-investigazzjoni ta' konvenut wara t-tlestija tal-proċedura tal-ġbir
tal-evidenza. Il-liġi tal-SE tistipula li l-kriminalità preċedenti
hija sinifikanti f'deċiżjonijiet dwar investigazzjoni ta' qabel
is-sentenza. Il-EL
speċifikat li deċiżjoni tal-qorti titqies fl-istadji kollha
tal-proċedimenti kriminali, irrispettivament minn jekk hijiex
deċiżjoni tal-qorti tal-EL jew deċiżjoni ta' qorti
barranija, pereżempju wkoll għad-determinazzjoni ta'
reċidiviżmu. F'xi Stati
Membri, kundanna preċedenti tista' tinfluwenza d-deċiżjoni dwar
detenzjoni ta' qabel il-proċess: tista' titqies bħala fattur
fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti sabiex tirrifjuta l-libertà b'garanzija
meta l-applikant ikun akkużat b'reat serju (IE), jew detenzjoni ta' qabel
il-proċess tista' tiġi ordnata jekk il-persuna ssuspettata tkun
ġiet ikkundannata fi snin riċenti (AT, EL, NL, SE). Possibilità
oħra hija li jittieħdu f'kunsiderazzjoni kundanni preċedenti fi
proċedimenti kriminali bħala parti mill-prinċipju
tal-opportunità.[5]
(SE, SI) Il-Kummissjoni
tikkunsidra li meta l-Istati Membri jieħdu kundanni preċedenti
f'kunsiderazzjoni bħala fattur fid-deċiżjoni dwar id-detenzjoni
ta' qabel il-proċess, ir-rabta bejn il-kriterji fid-Deċiżjoni
Qafas u l-kriterji fil-liġi nazzjonali li huma applikati f'din id-deċiżjoni
dwar id-detenzjoni qabel il-proċess għandhom jiġu evalwati b'mod
strett fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa[6]
u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Ir-raġunijiet wara deċiżjoni dwar id-detenzjoni qabel
il-proċess għandhom jiġu stipulati ċarament wara li
jiġi kkunsidrat il-każ inkwistjoni u ma jistgħux ikunu
bbażati biss fuq il-fatt li persuna kienet preċedentement misjuba
ħatja. 2.2.3.2. L-istadju
tal-proċess F'bosta Stati
Membri, kundanni preċedenti huma kkunsidrati fid-deċiżjoni dwar
it-tip, il-livell u l-firxa ta' sentenza/sanzjoni (AT, CY, DE, DK, HR, HU, IE,
LV, NL, SE, SI u UK), pereżempju bħala fattur deċiżiv
fid-deċiżjoni dwar il-grad ta' ħtija (HR), l-iskop tal-kastig
(HR) jew jekk ikunx hemm ċirkostanzi aggravanti (DK, LV, UK). Fl-SE,
proċedimenti ġuridiċi preċedenti jeskludu
l-impożizzjoni ta' sentenza kondizzjonali. Il-liġi tad-DK u tal-SE
tqis ukoll li, sabiex kundanna preċedenti tiġi kkunsidrata bħala
ċirkustanza aggravanti, ir-reat li fir-rigward tiegħu tkun
ingħatat il-kundanna jrid ikun relevanti għar-reat li jkun
qiegħed jiġi kkunsidrat. Il-liġi nazzjonali tas-SI tgħid li
għall-valutazzjoni tas-severità tas-sentenza, il-qorti b'mod partikolari
tikkunsidra jekk ir-reat preċedenti huwiex tal-istess tip bħal dak
ġdid, jekk iż-żewġ reati twettqux bl-istess skop, u kemm
ikun għadda żmien minn meta l-aħħar l-kundanna ġiet
eżegwita, rimessa jew preskritta. Xi kultant,
l-Istati Membri jqisu kemm żmien ikun għadda minn meta l-kundanna
preċedenti tkun ingħatat, ġiet eżegwita, rimessa jew
preskritta (DK, NL, SE, SI). Huwa possibbli wkoll li kundanni preċedenti
jitqiesu meta l-qrati joħorġu ordni li jkollha l-għan li
tiżgura l-preżenza tal-akkużat jew telimina r-riskju ta' reat
ieħor, partikolarment f'deċiżjonijiet li jordnaw detenzjoni jew
miżuri alternattivi biex tiġi żgurata l-preżenza
tal-akkużat (SI). Possibilità
oħra hija li kundanna preċedenti taffettwa l-klassifikazzjoni
ġuridika tar-reat skont il-Kodiċi Kriminali (HU, NL, UK),
pereżempju meta tiġi vvalutata s-serjetà tar-reat (UK). 2.2.3.3. L-istadju
tal-eżekuzzjoni tal-kundanna F'xi Stati
Membri, kundanni preċedenti jitqiesu matul l-eżekuzzjoni ta' sentenza
(DE, HR, NL u SE). Huwa pereżempju possibbli li kundanni preċedenti
jiġu kkunsidrati matul id-deċiżjoni dwar il-probation (DE, SE),
jew rilaxx kmieni kondizzjonali (DE), jew meta s-sospensjoni ta' sentenza jew
ta' miżura ta' kustodja tiġi revokata (AT, DE). F'xi pajjiżi,
il-qrati jridu wkoll jikkunsidraw kundanni preċedenti meta jiddeċiedu
jekk persuna misjuba ħatja għandhiex titqiegħed f'unità ta'
sigurtà għolja (SE) jew f'faċilità għal persuni reċidivi
magħrufa (NL). Huwa sikwit iddikjarat li l-qrati għandhom jirrevokaw
is-sospensjoni ta' sentenza jew miżura ta' kustodja jekk persuna
tikkommetti reat matul il-perjodu operazzjonali (DE, SE). L-SE tqis ukoll
kundanni preċedenti fid-deċiżjoni biex tibdel sentenza ta'
ħabs għall-għomor fi priġunerija b'terminu fiss. 2.2.4.
Kisba
ta' dejta suffiċjenti dwar kundanni preċedenti Xi Stati Membri
infurmaw ukoll lill-Kummissjoni dwar atti domestiċi jew regoli interni
dwar l-organizzazzjoni tar-reġistri nazzjonali tar-rekords kriminali
tagħhom (EE, HU u LV). Żewġ
Stati Membri biss (EE, IE) għamlu referenza għall-iskambju ta'
tagħrif estratt mir-rekord kriminali (ECRIS). Dan jista' jkun
minħabba l-fatt li s-sistema ECRIS kienet għadha mhix
fis-seħħ meta ġiet adottata din id-Deċiżjoni Qafas.
L-Istati Membri bdew jużaw l-ECRIS f'April 2012 u sal-lum 25 Awtorità
Ċentrali tal-Istati Membri qed jużaw l-ECRIS għal skambju ta'
informazzjoni ta' rekords kriminali. L-ECRIS tappoġġa
l-implimentazzjoni tajba ta' din id-Deċiżjoni Qafas. Sal-lum mhux
l-awtoritajiet ċentrali kollha huma interkonnessi ma' xulxin.
3.
Konklużjoni
·
Din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi
l-prinċipju ewlieni tal-ekwivalenza ta' kundanni domestiċi u barranin
matul proċedimenti kriminali ġodda. Dan jafferma l-prinċipju li
l-Istati Membri għandhom jagħtu għal kundanna mogħtija fi
Stati Membri oħra effetti ekwivalenti għal dawk marbuta ma' kundanna
mogħtija mill-qrati tagħhom stess skont il-liġi nazzjonali, kemm
jekk dawk l-effetti jiġu meqjusa mil-liġi nazzjonali bħala
kwistjonijiet ta' fatti kif ukoll ta' liġi proċedurali jew
sostantiva. Il-Premessa 5 tad-Deċiżjoni Qafas tistipula li "din
id-Deċiżjoni Kwadru ma tfittix li tarmonizza l-konsegwenzi attribwiti
mil-leġiżlazzjoni nazzjonali differenti għall-eżistenza ta'
kundanni preċedenti u l-obbligu li jittieħdu in konsiderazzjoni
kundanni preċedenti li ngħataw fi Stati Membri oħrajn
jeżisti biss sal-punt li l-kundanni nazzjonali preċedenti
jittieħdu in konsiderazzjoni taħt id-dritt nazzjonali." Id-Deċiżjoni
Qafas għandha valur miżjud konsiderevoli fil-promozzjoni
tal-fiduċja reċiproka fil-qasam tal-liġijiet penali u
d-deċiżjonijiet ġudizzjarji fiż-żona Ewropea tal-Ġustizzja
billi tinkoraġġixxi kultura ġudizzjarja fejn kundanni
preċedenti mogħtija fi Stat Membru ieħor fil-prinċipju
jiġu kkunsidrati. ·
Filwaqt li huma rikonoxxuti l-isforzi magħmula
mit-22 Stat Membru li ttrasponew din id-Deċiżjoni Qafas sa issa,
il-livell ta' konformità mal-ittra u l-ispirtu tad-Deċiżjoni Qafas
ivarja b'mod sinifikanti. Jidher li d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta'
implimentazzjoni riċevuti mit-13-il Stat Membru huma ġeneralment
sodisfaċenti: AT, CY, DE, DK, EL, FI, HR, IE, LV, NL, SE, SI u UK. ·
Id-disa' Stati Membri li nnotifikaw
lill-Kummissjoni ma pprovdew l-ebda informazzjoni konklussiva fir-rigward
tat-traspożizzjoni tal-effetti ġuridiċi marbuta mal-kundanni
barranin preċedenti fis-sistema tal-ġustizzja kriminali nazzjonali
tagħhom. Il-livell ta' konformità dwar din il-kwistjoni ta' dawn l-Istati
Membri ma jistax jiġi vvalutat. ·
In-nuqqas ta' traspożizzjoni jew
it-traspożizzjoni parzjali u inkompleta ta' din id-Deċiżjoni
Qafas ifixkel it-tħaddim effettiv ta' żona Ewropea
tal-ġustizzja. Barra minn hekk, jista' jimmina l-aspettattivi
leġittimi taċ-ċittadini tal-UE billi dawn ma jistgħux
jibbenefikaw minn dan l-istrument li għandu l-għan li jnaqqas reati
ġodda min-naħa ta' dawk li jikkommettu r-reati. ·
L-implimentazzjoni tard hija negattiva
minħabba li din id-Deċiżjoni Qafas għandha l-potenzjal li
żżid l-amministrazzjoni effiċjenti tal-ġustizzja kriminali
billi tintroduċi għodod ġuridiċi biex jiġi vvalutat
il-passat kriminali tal-ħati u konsegwentement jiġu mħarsa
l-vittmi. ·
Il-Kummissjoni se tkompli timmonitorja mill-qrib
il-konformità tal-Istati Membri mar-rekwiżiti kollha
tad-Deċiżjoni Qafas. B'mod partikolari, il-Kummissjoni se
teżamina jekk l-Istati Membri japplikawx kif xieraq il-prinċipju
tal-ekwivalenza u li, bħala kwistjoni ta' prinċipju, l-effetti
ġuridiċi tal-kundanni barranin huma ekwivalenti għall-effetti
ġuridiċi ta' kundanni domestiċi, fis-sistema tal-ġustizzja
kriminali tal-Istat Membru. ·
Huwa tal-akbar importanza għall-Istati Membri
kollha li jqisu dan ir-Rapport u li jipprovdu t-tagħrif ieħor
rilevanti kollu lill-Kummissjoni, sabiex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet
tagħhom skont dan it-Trattat. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi wkoll
lil dawk l-Istati Membri li indikaw li qegħdin jippreparaw il-leġiżlazzjoni
relevanti biex jippromulgaw u jinnotifikaw dawn il-miżuri nazzjonali kemm
jista' jkun malajr. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lil dawk
l-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux hekk biex jieħdu
azzjoni malajr biex jimplimentaw bl-aktar mod sħiħ possibbli din
id-Deċiżjoni Qafas. Barra minn hekk, hija tistieden lil dawk li
ttrasponewha b'mod inkorrett biex jeżaminaw u jallinjaw
il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' implimentazzjoni tagħhom
mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas. [1] http://conventions.coe.int/Treaty/Commun/QueVoulezVous.asp?CL=ENG&CM=1&NT=070. Din il-konvenzjoni
ġiet ratifikata minn 11-il Stat Membru tal-UE: AT, BE, BG, CY, DK, EE, LT,
LV, NL, RO u ES. [2] Deċiżjoni
Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni
u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta' informazzjoni estratta
mir-rekords kriminali: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:093:0023:0032:EN:PDF. Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/316/ĠAI tas-6 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment
ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS)
fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Qafas
2009/315/ĠAI:: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2009:093:0033:0048:EN:PDF. [3] Ara
wkoll il-premessa 6 tad-Deċiżjoni Qafas. [4] Il-liġi
CY tispeċifika x'jitqies bħala "informazzjoni
suffiċjenti", pereżempju l-isem sħiħ, id-data u l-post
tat-twelid tal-individwu li fir-rigward tagħu, tkun ġiet
mogħtija l-kundanna; Id-data tal-kundanna, l-isem tal-qorti u d-data li
fiha d-deċiżjoni saret finali; informazzjoni dwar ir-reat li wassal
għall-kundanna u, speċifikament, id-data li fiha twettaq ir-reat,
l-isem jew id-definizzjoni ġuridika tar-reat, u r-referenzi għad-dispożizzjonijiet
ġuridiċi applikati; informazzjoni dwar il-kontenut tal-kundanna u,
prinċipalment, dwar ir-reat, kull sanzjoni addizzjonali, miżuri ta'
sigurtà u deċiżjonijiet sussegwenti li jemendaw l-eżekuzzjoni
tal-kundanna. [5] Dan
il-prinċipju jinvolvi s-setgħa diskrezzjonali ta' prosekutur pubbliku
sabiex iwettaq investigazzjonijiet f'każ jew iwaqqaf il-proċeduri. [6] Ara
wkoll ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (65) 11 (Adottata
mid-Deputati tal-Ministri fid-9 ta' April 1965): https://wcd.coe.int/com.instranet.InstraServlet?command=com.instranet.CmdBlobGet&InstranetImage=582145&SecMode=1&DocId=626216&Usage=2. Lista ta' Miżuri nazzjonali ta'
traspożizzjoni || Notifika riċevuta || Data tat-traspożizzjoni/dħul fis-seħħ || Tip ta' implimentazzjoni AT || IVA || 1. 1. 1975 1. 1. 1989; 1. 8 2013 1. 1. 2008 || Taqsima 73 tal-Kodiċi Penali Taqsima 39, 53 tal-Kodiċi Penali Taqsima 173 tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. BG || IVA || 27. 5. 2011 || Paragrafu 2 ġdid fl-Artikolu 8 tal-Kodiċi Kriminali; l-Att ta' emenda ġie adottat fit-13 ta' April 2011. CY || IVA || 29. 7. 2011 || Il-Liġi 111(I)/2011 temenda l-Liġi Proċedurali Kriminali Kap 155 billi żżid Artikolu 80A ġdid. CZ || IVA || 1. 1. 2012 || Parti tmienja tal-Att Nru 357/2011 li jemenda l-Att Nru 269/1994 dwar ir-reġistru kriminali, kif emendat, u ċerti atti oħra DE || IVA || 22. 10. 2009 || Emenda ta' s. 56g(2) tal-Kodiċi Kriminali permezz tal-Att tal-2.10.2009 li jimplimenta d-DQ 2006/783/ĠAI u d-DQ 2008/675/ĠAI. DK || IVA || mhux applikabbli || Taqsima 84(2) tal-Att tal-Ġustizzja Kriminali, fil-verżjoni konsolidata ppubblikata permezz tal-Ordni bin-Nru 1034 tad-29 ta' Ottubru 2009. EE || IVA || mhux applikabbli || Is-sezzjonijiet tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali, il-Kodiċi Penali u l-Att tar-Reġistrazzjoni tal-Pieni. EL || IVA || mhux applikabbli || Artikoli 574 u 577 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali. Art. 10, 11 (2), 13, 88, 10, 103 tal-Kodiċi Kriminali, 282 tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali FI || IVA || 15. 8. 2010 || s. 9, Kap 7 Kodiċi Kriminali (39/1889); Att dwar il-Kooperazzjoni Nordika f'Materji Kriminali (326/1963); Att dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fl-Infurzar ta' Ċerti Sanzjonijiet Penali (21/1987). FR || IVA || 1. 7. 2010[1] || Traspożizzjoni permezz tal-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 2010-242 tal-10 ta' Marzu 2010. HR || IVA || mhux applikabbli || L-Att dwar il-Konsegwenzi Ġuridiċi ta' Kundanni, Rekords Kriminali u r-Riabilitazzjoni Nru 143/12), l-Att dwar il-Proċedura Kriminali (NN 152/08, 76/09, 80/11, 121/11, 91/12, 143/12 u 56/13), il-Kodiċi Kriminali (NN 125/11 u 144/12) u l-Att dwar l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi ta' Ħabs (NN 128/99, 55/00, 59/00, 129/00, 59/01, 67/01, 11/02, 190/03, 76/07, 27/08, 83/09, 18/11, 48/11, 125/11 u 56/13). HU || IVA || mhux applikabbli || Att Nru 161/2010 li jemenda l-atti varji fuq materji kriminali; Att Nru 19/1998 dwar il-proċedura kriminali; Att Nru 38/1996 dwar l-għajnuna ġuridika internazzjonali f'materji kriminali; Att Nru 47/2009 dwar is-sistema tar-rekords kriminali, ir-reġistru tas-sentenzi kontra ċittadini Ungeriżi mgħoddija mill-Istati Membri, u r-reġistrazzjoni tad-dejta bijometrika kriminali u tal-pulizija; Att Nru 12/1998 dwar l-ivvjaġġar barra l-pajjiż; Att Nru 4/1978 dwar il-Kodiċi Kriminali. IE || IVA || mhux applikabbli || Prinċipju tal-common law. LU || IVA || 24. 2. 2012 || Il-liġi tal-24 ta' Frar 2012 li temenda l-Artikolu 37 tal-Kodiċi Kriminali u l-Artikolu 34 tal-Liġi tas-6 ta' Ottubru 2009. LV || IVA || mhux applikabbli || L-Artikoli 1, 6, 23, 24, 25, 26, 27, 46, 48, 51, 52, 62 u 63 tal-Liġi dwar reati kriminali, l-Artikolu 1, 2, 5, 25 u 800 tal-liġi dwar il-proċedura kriminali, u l-Artikoli 1, 2, 3, 4, 5, 14.1, 15 u 19 tal-Liġi dwar ir-reġistru penali. NL || IVA || 1. 7. 2010 || Il-liġi tal-20 ta' Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas 2008/675/JHA. PL || IVA || mhux applikabbli || Att tal-20 ta' Jannar 2011 dwar il-bidla tal-Kodiċi Penali, il-Kodiċi tal-Proċedura Penali u l-Kodiċi Penali fiskali. RO || IVA || 24. 7. 2009 || Att Nru 286/2009 dwar il-Kodiċi Kriminali. SE || IVA || mhux applikabbli || Leġiżlazzjoni eżistenti: Il-Kapitolu 26, it-Taqsima 3 tal-Kodiċi Penali; Il-Kapitolu 29, it-Taqsima 4 tal-Kodiċi Penali; Il-Kapitolu 30, it-Taqsimiet 4, 5, 7 u 9-11 tal-Kodiċi Penali; Il-Kapitolu 31, it-Taqsima 3 tal-Kodiċi Penali; Il-Kapitolu 32, it-Taqsimiet 1-3 tal-Kodiċi Penali; Il-Kapitolu 20, it-Taqsima 7 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja; Il-Kapitolu 23, it-Taqsima 4 a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja; Il-Kapitolu 24, it-Taqsima 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja; It-Taqsimiet 16 u 17 tal-Att dwar il-Kriminali Żgħażagħ (Dispożizzjonijiet Speċjali) (1964:167); It-Taqsima 3 tal-Att dwar ir-Reati tat-Traffiku tat-Triq (1951:649); It-Taqsima 1 tal-Att dwar l-Ordnijiet ta' Restrizzjoni (1988:688); It-Taqsima 2 tal-Att dwar il-ħruġ ta' ordnijiet ta' projbizzjoni fuq avvenimenti sportivi (2005:321); It-Taqsima 1 tal-Att dwar l-investigazzjoni ta' qabel is-sentenzi f'każijiet kriminali, eċċ (1991:2041); Il-Kapitolu 8, it-Taqsima 8 tal-Att dwar il-Barranin (2005:716); Il-Kapitolu 2, it-Taqsima 4 tal-Att dwar il-Ħabsijiet (2010:610); Il-Kapitolu 6, it-Taqsima 7 tal-Att dwar il-Ħabsijiet (2010:610); Il-Kapitolu 10, it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Att dwar il-Ħabsijiet (2010:610); Il-Kapitolu 11, it-Taqsima 3 tal-Att dwar il-Ħabsijiet (2010:610); It-Taqsima 4 tal-Att dwar il-Kommutazzjoni tas-Sentenzi ta' Priġunerija għall-Għomor (2006:45). SI || IVA || mhux applikabbli || KZ-1 - Il-Kodiċi Kriminali (KZ-1, lista Uradni RS (UL RS; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja) Nri 55/2008 u 66/2008; ZKP - l-Att dwar il-proċedura kriminali - test konsolidat uffiċjali (ZKP-UPB4, UL RS Nru 32/2007 tal-10 ta' April 2007). SK || IVA || 1. 1. 2013 || L-Att Nru 334/2012 Coll. li jemenda l-Att Nru 330/2007 dwar ir-rekords kriminali u li jemenda ċerti atti, kif emendat, u li jemenda ċerti atti. UK || IVA || En/Wa: 15. 8. 2010 Sc: 13. 12. 2010 NI: 18. 4. 2011 || Sc: s. 71 tal-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali u l-Liċenzjar (l-Iskozja) 2010 Eng/Wa/NI: s 144 u L-Iskeda 17 tal-Att dwar il-Coroners u l-Ġustizzja 2009. [1] 1. 4. 2012 għal deċiżjonijiet barranin dwar
ir-riabilitazzjonijiet.