Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana - Interpretazzjoni tal-klawżola 4(4) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-ĊEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 368) - Kuntratti ta’ xogħol ta’ għalliem-riċerkatur konklużi mal-universitajiet pubbliċi - Esklużjoni ta’ ċerti allowances mill-kuntratti għal żmien determinat
Dispożittiv
Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [determinat] konkluż mill-ETUC [CES], mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva, tirriżerva d-dritt għal allowance ta’ anzjanità biss lil-lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu indeterminat, bl-esklużjoni ta’ lecturers bid-dottorat b’kuntratt għal perijodu determinat, meta, fir-rigward tal-fatt li jirċievu din l-allowance, dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.