|
25.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 282/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1051/2008
ta’ l-24 ta' Ottubru 2008
li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar fis-26 ta’ Ottubru 2007 (2) (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jistipula li kwantitajiet mhux użati f’sena speċifika jistgħu jintużaw għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu rilevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, jistgħu jsiru trasferimenti bejn gruppi ta’ prodotti sa 7 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodott speċifiku u trasferimenti bejn kategoriji ta’ prodott jistgħu jsiru sa massimu ta’ 25 000 tunnellata. |
|
(4) |
Ir-Russja għarrfet lill-Komunità bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) u (4) fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-Ftehim. B’riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2008. |
|
(5) |
L-Artikolu 10 jistipula li ma’ kull tiġdid fis-sena, il-kwantitajiet f’kull grupp ta’ prodott għandhom jiżdiedu b’2,5 %. |
|
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jkun emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2008 imsemmija fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 1342/2007 jinbidlu ma’ dawk imsemmija fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2009 li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim tal-2007 bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar il-kummerċ f’ċerti prodotti tal-azzar huma stipulati fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Ottubru 2008
Għall-Kummissjoni
Catherine ASHTON
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2008
|
(tunnellati) |
||||
|
Prodotti |
2008 |
|||
|
SA. Prodotti ċatti |
||||
|
SA1. Kolji |
1 113 993 |
|||
|
SA2. Pjanċa tqila |
308 907 |
|||
|
SA3. Prodotti ċatti oħrajn |
600 454 |
|||
|
SA4. Prodotti llegati |
104 290 |
|||
|
SA5. Folji quarto llegati |
27 932 |
|||
|
SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin |
109 650 |
|||
|
SB. Prodotti twal |
||||
|
SB1. Travi |
58 906 |
|||
|
SB2. Vireg tal-wajer |
329 010 |
|||
|
SB3. Prodotti oħra twal |
529 434 |
|||
|
||||
ANNESS II
LIMITI KWANTITATTIVI GĦALL-2009
|
(tunnellati) |
||||
|
Prodotti |
2009 |
|||
|
SA. Prodotti ċatti |
||||
|
SA1. Kolji |
1 060 875 |
|||
|
SA2. Pjanċa tqila |
281 875 |
|||
|
SA3. Prodotti ċatti oħrajn |
609 875 |
|||
|
SA4. Prodotti llegati |
107 625 |
|||
|
SA5. Folji quarto llegati |
25 625 |
|||
|
SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-kiesaħ u miksijin |
112 750 |
|||
|
SB. Prodotti twal |
||||
|
SB1. Travi |
56 375 |
|||
|
SB2. Vireg tal-wajer |
332 100 |
|||
|
SB3. Prodotti oħra twal |
519 675 |
|||
|
||||