<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0700649701.case.xml"><NO.CASE>C-503/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0503</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-6523</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-6559</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>37</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110721">21.7.2011</DATE> — KAWŻA C-503/09</LEFT><RIGHT>STEWART</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-503/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20091204">4 ta’ Diċembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lucy Stewart</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Secretary of State for Work and Pensions,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur), A. Rosas, A. Ó Caoimh u P. Lindh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-6524"?><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20101124">24 ta’ Novembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal L. Stewart, minn P. Stewart, rappreżentant legali, assistita minn R. Drabble, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn H. Walker, bħala aġent, assistita minn T. de la Mare, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u N. Yerrell, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1)(a) u (b), 10(1), 19 u 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni<?PAGE NO="I-6525"?> impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE), tat-<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="117" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU L 117, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn L. Stewart, ċittadina Britannika residenti fi Spanja, u s-Secretary of State for Work and Pensions, fir-rigward tar-rifjut min-naħa ta’ dan tal-aħħar li jagħtiha l-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Il-Persuni koperti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ħaddiema li huma jew kienu soġġetti għall-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u li huma ċ-ċittadini nazzjonali ta’ wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni mingħajr Stat jew rifuġjati li jirrisjedu ġewwa t-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll għall-membri tal-familja tagħhom u s-superstiti tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6526"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Materji koperti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha rigward il-friegħi tas-sigurtà soċjali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>benefiċċji tal-mard u tal-maternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>benefiċċji ta' l-invalidità, inklużi dawk maħsuba għall-manteniment jew it-titjib fil-kapaċità tal-qligħ (tal-flus);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għall-iskemi kollha u speċjali ta' sigurtà soċjali, sewwa jekk kontributorji u sewwa jekk mhux kontributorji […]</P></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Rinunzja għall-klawsoli dwar residenza — L-effett ta’ assigurazzjoni obbligatorja fuq il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jistabbilixxi, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għajr fejn provdut xorta oħra f’dan ir-Regolament, il-benefiċċji fi flus għall-invalidità, ix-xjuħija jew is-sopravivenza, il-pensjonijiet għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard kawżat mix-xogħol u għotjiet għall-imwiet miksuba skond il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar għandhom ikunu bla ħsara għal kull tnaqqis, modifika,<?PAGE NO="I-6527"?> żamma, treġġigħ lura jew konfiska minħabba l-fatt illi min jirċevihom jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Benefiċċji speċjali mhux kontributorji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 u tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament m’għandhomx japplikaw għall-benefiċċji ta’ flus speċjali u mhux kontributorji msemmija fl-Artikolu 4(2a) tar-regolament imsemmi. Il-persuni li għalihom japplika r-Regolament Nru 1408/71 għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji esklużivament fit-territorju tal-Istat Membru fejn jirrisjedu u skont il-liġi ta’ dak l-Istat, sakemm dawn il-benefiċċji jkunu msemmija fl-Anness IIa ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jissemmix fl-imsemmi Anness IIa.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Imniżżel fit-taqsima 2, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-ħaddiema u l-membri tal-familja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, tal-Kapitolu 1, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Mard u Maternità<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, tat-Titolu III tar-Regolament Nru 1408/71, l-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Residenza fi Stat Membru għajr l-Istat kompetenti — Regoli ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, huwa mfassal b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ħaddiem li jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor li ma jkunx l-Istat kompetenti, illi jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat kompetenti biex ikun intitolat għall-benefiċċji, filwaqt li tingħata konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 fejn hu xieraq, għandu jirċievi fl-Istat fejn huwa residenti:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-6528"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-benefiċċji fi flus ipprovduti mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mal-leġislazzjoni li tamministra. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw b’analoġija għall-membri tal-familja li tkun residenti fit-territorju ta’ Stat Membru għajr l-Istat kompetenti, fejn ma jkunux intitolati għal dawn il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat li fit-territorju tiegħu jirrisjedu.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Imniżżel fit-taqsima 5, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 1408/71, l-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Pensjonijiet pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat jew iktar, f’każijiet fejn m’hemm ebda dritt għall-benefiċċji fil-pajjiż tar-residenza<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Pensjonant illi huwa intitolat li jiġbed pensjoni jew pensjonijiet skond il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar u li ma hux intitolat għall-benefiċċji f’oġġetti skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn ikun jirrisjedi, għandu madankollu jirċievi dawn il-benefiċċji għalih innifsu u għall-membri tal-familja tiegħu jekk, wara li jingħata qies fejn xieraq, tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 u l-Anness V, ikun intitolat għalihom skond il-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru, jew għal ta’ l-inqas wieħed mill-Istati Membri, kompetenti rigward il-pensjonijiet li kieku kien residenti fit t-territorju ta’ dan l-Istat […]</P></ALINEA><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6529"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20(1)(b) tal-Liġi tal-1992 dwar il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (Social Security Contributions and Benefits Act 1992, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>SSCBA<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), il-benefiċċju tal-invalidità huwa benefiċċju ta’ natura kontributorja.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-benefiċċji ta’ natura kontributorja jitħallsu, skont l-Artikolu 163(1)(a) tal-Liġi tal-1992 dwar l-amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali (Social Security Administration Act 1992), mill-Fond ta’ Assigurazzjoni Nazzjonali. Il-baġit meħtieġ għall-Fond imsemmi sabiex isir il-ħlas inkwistjoni huwa derivanti, b’applikazzjoni tal-Artikolu 1(1) tal-SSCBA, mill-kontribuzzjonijiet dovuti mill-persuni li jirċievu dħul u mill-persuni li jħaddmu.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 30A(4) u (5) tal-SSCBA jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="030A.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kull perijodu ta’ inkapaċità mix-xogħol, il-benefiċjarju jista’ jirċievi l-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir matul perijodu massimu ta’ 364 ġurnata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="030A.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta skont il-paragrafu 4 iktar ’il fuq, id-dritt tal-benefiċjarju għal benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir jiskadi, dan jakkwista d-dritt għal benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil għal kull ġurnata sussegwenti li taqa’ taħt l-istess perijodu ta’ invalidità u li matulu huwa ma jkunx għalaq l-età legali tal-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6530"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir jitħallas, b’applikazzjoni tal-Artikolu 30B(2) u tal-Anness 4, Taqsima I tal-SSCBA, skont żewġ rati fissi. Matul l-ewwel 196 ġurnata, dan jitħallas b’rata iktar baxxa mir-rata li jitħallas biha għall-bqija tal-perijodu ta’ 364 ġurnata. Ir-rata bażi tal-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil hija għola mir-rata superjuri tal-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Anness 12(1) tal-SSCBA jeskludi mill-benefiċċju tal-invalidità lill-persuni li għandhom dritt għal allowance legali tal-mard mingħand min jimpjegahom.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-dritt għal benefiċċju tal-invalidità essenzjalment jiddependi mill-fatt li jkunu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet ta’ kontribuzzjonijiet min-naħa tal-applikant. Madankollu, il-persuni li ma jistgħux jaħdmu fiż-żgħożija tagħhom għandhom, skont l-Artikolu 30A(2A) tal-SSCBA, dritt għal benefiċċju tal-invalidità mingħajr ma jkunu kkontribwew, bil-kundizzjoni li l-persuna interessata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>a)</NO.P><TXT>għandu età ta’ sittax-il sena jew iktar fid-data kkonċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandu inqas minn 20 sena jew, fil-każijiet previsti, 25 sena f’data li taqa’ fil-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ma setax jaħdem għal perijodu ta’ 196 ġurnata konsekuttiva li jiġi immedjatament qabel id-data kkonċernata, jew f’data preċedenti matul il-perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol li fiha huwa kellu 16-il sena jew iktar;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6531"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>fid-data kkonċernata huwa jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet definiti fir-rigward tar-residenza fil-Gran Brittanja, jew fir-rigward tal-preżenza f’dak il-pajjiż; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>f’dik id-data, ma jkunx persuna li tkun qiegħda tieħu kors ta’ tagħlim full-time.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1) tar-Regolamenti dwar is-Sigurtà Soċjali (Benefiċċju tal-Invalidità) tal-1994 [Social Security (Incapacity Benefit) Regulations 1994, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>SSIBR<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>], jipprovdi b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Il-kundizzjonijiet imposti għall-finijiet tal-Artikolu 30A(2A)(d) tal-[SSCBA] fir-rigward tar-residenza jew tal-preżenza fil-Gran Brittanja huma dawk tad-data li fiha, il-persuna, fid-data kkonċernata:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>tkun normalment tirrisjedi fil-Gran Brittanja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ma tkunx persuna suġġetta għall-kontroll tal-immigrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 115(9) tal-Liġi tal-1999 dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil (Immigration and Asylum Act 1999) jew tkun persuna msemmija fil-paragrafu 5;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>tkun preżenti fil-Gran Brittanja; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kienet preżenti fil-Gran Brittanja għal perijodu jew perijodi li jirrappreżentaw dewmien totali ta’ mill-inqas 26 ġimgħa matul it-52 ġimgħa immedjatament preċedenti dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6532"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 6 tal-imsemmi Artikolu 16, dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu sodisfatti fil-mument meta ssir l-applikazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L. Stewart, ċittadina Britannika li twieldet f’Novembru 1989 tbati mis-sindrome ta’ Down. F’Awwissu 2000, hija marret tirrisjedi fi Spanja flimkien mal-ġenituri tagħha, fejn għadhom jgħixu minn dak iż-żmien. Hija ngħatat b’mod retroattiv benefiċċju għas-sussistenza ta’ persuni b’diżabbiltà (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Disability Living Allowance<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) sa mill-ħolqien ta’ dan il-benefiċċju f’April 1992. Dan jitħallas lilha fi Spanja abbażi tad-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-Artikolu 95b tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Peress li missier L. Stewart ħadem, l-aħħar, fil-Gran Brittanja matul is-sena fiskali 2000/2001, dan jirċievi, sa minn Ottubru 2009, pensjoni tal-irtirar wara li bbenefika minn pensjoni professjonali. Omm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ilha tirċievi pensjoni tal-irtirar sa mill-<DATE ISO="20050725">25 ta’ Lulju 2005</DATE>, u preċedentement kienet tirċievi benefiċċju tal-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali qatt ma ħadmet, u milli jidher, qatt ma tista’ teżerċita attività professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Omm L. Stewart, fil-kwalità tagħha bħala rappreżentant legali tat-tifla tagħha, ressqet talba intiża sabiex din tal-aħħar tingħata benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà sa minn meta t-tifla tagħha għalqet sittax-il sena, peress li minn din id-data hija setgħet tippretendi tali benefiċċju. Fl-<DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, din it-talba ġiet miċħuda mis-Secretary of State for Work and Pensions minħabba li L. Stewart ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni ta’ preżenza fil-Gran Brittanja. Fl-istess<?PAGE NO="I-6533"?> ħin, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ġiet informata li hija kienet ser tiġi kkreditata bil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali sakemm hija tibqa’ inkapaċi li taħdem.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Omm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentat rikors, f’isem bintha, kontra d-deċiżjoni tas-Secretary of State for Work and Pensions. Peress li dan ir-rikors ma rnexxiex, hija ppreżentat appell quddiem il-qorti tar-rinviju billi osservat li r-rifjut tal-awtoritajiet britanniċi li jgħatu lil bintha l-imsemmi benefiċċju tal-invalidità huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-benefiċċju tal-invalidità inkwistjoni jiġi ta’ spiss ippreżentat, minħabba l-kundizzjonijiet kollha li japplika fih, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>benefiċċju tal-invalidità għal żgħażagħ b’diżabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-għoti tal-benefiċċju mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mal-ħtieġa ta’ residenza abitwali, ta’ preżenza preċedenti u ta’ preżenza fil-mument tal-applikazzjoni fil-Gran Brittanja, stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tal-SSIBR. Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, għalkemm is-Secretary of State for Work and Pensions irrifjuta l-applikazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali minħabba li din ma kinitx preżenti fil-Gran Brittanja fil-mument tal-applikazzjoni tagħha, din l-applikazzjoni setgħet daqstant ieħor tiġi rrifjutata minħabba li hija ma kinitx tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi ruħha, fl-ewwel lok, jekk il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà jikkostitwixxix benefiċċju tal-mard fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71 jew inkella benefiċċju tal-invalidità fis-sens ta’ dan l-Artikolu 4(1)(b). Il-qorti msemmija tqis li l-benefiċċju inkwistjoni<?PAGE NO="I-6534"?> ma jistax jiġi kkunsidrat bħala benefiċċju tal-mard, peress li dan ma jissostitwixxi ebda dħul u ma jibdiex japplika matul l-interruzzjoni tar-riżorsi, peress li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-istess bħall-maġġoranza tal-applikanti li jinsabu fis-sitwazzjoni tagħha, qatt ma ħadmet. Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, id-diżabbiltà tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma hijiex waħda temporanja.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha dubji wkoll fir-rigward tal-kwalifika tal-benefiċċju mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà bħala benefiċċju tal-invalidità fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 minħabba l-fatt li dan il-benefiċċju jitħallas għal żmien massimu ta’ 364 ġurnata. Madankollu, wara dan il-perijodu, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandha tirċievi, skont il-qorti msemmija, benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil bħal ħafna persuni oħra li jinsabu fis-sitwazzjoni tagħha. Għalhekk, il-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir u għal żmien twil huwa benefiċċju uniku, minkejja l-istruttura interna tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi ruħha jekk it-tliet kundizzjonijiet, imsemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza, humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, l-Upper Tribunal (Administrative Appeals Chamber) iddeċida li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>Benefiċċju bil-karatteristiċi ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti fiż-żgħożija għal żmien qasir huwa benefiċċju tal-mard jew benefiċċju tal-invalidità għall-finijiet tar-[Regolament Nru 1408/71]?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6535"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li tali benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju tal-mard:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Persuna, bħal omm ir-rikorrenti, li waqfet definittivament milli twettaq kwalunkwe attività bħala impjegata jew għal rasha peress li rtirat, hija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> għall-finijiet tal-Artikolu 19 [ta’ dan ir-regolament] minħabba li qabel kienet twettaq attività bħala impjegata jew għal rasha, jew ir-regoli applikabbli huma dawk stabbiliti fl-Artikoli 27 sa 34 [tal-imsemmi regolament] (pensjonanti)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Persuna, bħal missier ir-rikorrenti, li mill-2001 qatt ma wettaq attività bħala impjegat jew għal rasu, huwa, madankollu, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>persuna impjegata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> għall-finijiet tal-Artikolu 19 [tal-istess regolament] minħabba li qabel kien iwettaq attività bħala impjegat jew għal rasu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Rikorrent [Applikant] għandu jitqies bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>pensjonant<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> għall-finijiet tal-Artikolu 28 [tar-Regolament Nru 1408/71] minħabba l-għoti ta’ benefiċċju miksub skont l-Artikolu 95b [ta’ dan ir-regolament], minkejja l-fatt li: (i) ir-rikorrent [l-applikant] inkwistjoni qatt ma kien persuna impjegata skont l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 1408/71; (ii) ir-rikorrent [l-applikant] ma jkunx laħaq l-età ta’ rtirar stabbilita mill-Istat; u (iii) ir-rikorrent [l-applikant] jaqa’ biss taħt l-applikazzjoni personali tar-Regolament Nru 1408/71 bħala membru tal-familja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Jekk pensjonant jaqa’ taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1408/71, membru tal-familja ta’ dak il-pensjonant, li jkun dejjem għix ma’ u fl-istess Stat bħall-pensjonant, jista’, skont l-Artikolu 28(1) [ta’ dan ir-regolament], flimkien mal-Artikolu 29 [tar-regolament imsemmi], jitlob li jingħata benefiċċju tal-mard fi flus kontanti mill-istituzzjoni kompetenti stabbilita mill-Artikolu 28(2) [tal-istess regolament], fejn tali benefiċċju (jekk dovut) ikun pagabbli lill-membru tal-familja (u mhux pagabbli lill-pensjonant)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6536"?><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>Jekk applikabbli [minħabba r-risposta għad-domandi (a) sa (d) iktar ’il fuq], l-applikazzjoni ta’ kundizzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali nazzjonali li tillimita l-kisba inizjali ta’ dritt għal benefiċċju tal-mard għal dawk li jkunu kkompletaw perijodu meħtieġ ta’ preżenza preċedenti fl-Istat Membru kompetenti fi żmien preċedenti definit, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19 u/jew 28 tar-Regolament Nru 1408/71?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li tali benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju tal-invalidità, il-kliem tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 li jirreferi għal benefiċċji <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>miksuba skond il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> ifisser li l-Istati Membri jibqa’ jkollhom id-dritt, taħt ir-Regolament Nru 1408/71, li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-kisba inizjali ta’ tali benefiċċji tal-invalidità li huma bbażati fuq ir-residenza fl-Istat Membru jew fuq prova tal-preżenza passata matul perijodi meħtieġa fl-Istat Membru, b’mod li rikorrent [applikant] ma jistax l-ewwel isostni li għandu dritt għal tali benefiċċju minn Stat Membru ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixix benefiċċju tal-mard jew benefiċċju tal-invalidità fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6537"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li din id-domanda ma tikkonċernax is-sistema ġenerali tal-benefiċċji tal-invalidità mogħtija abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, iżda hija relatata b’mod speċifiku mal-benefiċċju tal-invalidità għal żgħażagħ b’diżabbiltà, li għandu karatteristiċi u kundizzjonijiet għall-għoti distinti, hekk kif jirriżulta mill-punti 10 sa 17 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 4(1)(a) u (b), tar-Regolament Nru 1408/71, dan ir-regolament japplika għal-leġiżlazzjonijiet dwar l-oqsma tas-sigurtà soċjali li jikkonċernaw, rispettivament, il-benefiċċji tal-mard u l-benefiċċji tal-invalidità, inklużi dawk li huma għall-manteniment jew it-titjib fil-kapaċità tal-qligħ (tal-flus).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza kostanti, benefiċċju jista’ jitqies li huwa benefiċċju tas-sigurtà soċjali fil-każ fejn huwa konċess lill-benefiċjarji indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni legalment definita, u fejn huwa relatat ma’ wieħed mir-riskji espressament elenkati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71 (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Hosse, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-286/03" PAGE.ECR="I-1771" YEAR="2006">C-286/03, Ġabra p. I-1771</REF.DOC.ECR>, punt 37; tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Habelt <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/05+C-419/05+C-450/05" PAGE.ECR="I-11895" YEAR="2007">C-396/05, C-419/05 u C-450/05, Ġabra p. I-11895</REF.DOC.ECR>, punt 63, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, Petersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-228/07" PAGE.ECR="I-6989" YEAR="2008">C-228/07, Ġabra p. I-6989</REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F’din il-kawża, ma huwiex ikkontestat li dan huwa l-każ tal-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-għoti tiegħu jiddependi mill-kriterji oġġettivi ddefiniti legalment fl-Artikolu 30A(2A) tal-SSCBA, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx setgħa ta’ evalwazzjoni individwali tal-bżonnijiet tal-applikant, u dan il-benefiċċju huwa ddestinat li jkopri, skont il-każ, ir-riskju ta’ mard jew dak ta’ invalidità, li jissemmew fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6538"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni personali tar-Regolament Nru 1408/71, kif definit fl-Artikolu 2(1) tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-determinazzjoni preċiża tan-natura tal-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ħtieġa ta’ applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni jimplika li l-kunċetti li jirreferi għalihom dan id-dritt ma jvarjawx skont il-partikolaritajiet ta’ kull dritt nazzjonali, iżda huma bbażati fuq kriterji oġġettivi, iddefiniti f’kuntest partikolari għad-dritt tal-Unjoni. B’mod konformi ma’ dan il-prinċipju, il-kunċetti ta’ benefiċċji tal-mard u tal-invalidità, skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1408/71, għandhom jiġu ddeterminati, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, mhux skont it-tip ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali fejn jinsabu d-dispożizzjonijiet interni li jistabbilixxu dawn il-benefiċċji, iżda abbażi tar-regoli proprji tad-dritt tal-Unjoni li jiddefinixxu l-elementi li jikkostitwixxu l-benefiċċji msemmija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19800110">10 ta’ Jannar 1980</DATE>, Jordens-Vosters, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="69/79" PAGE.ECR="75" YEAR="1980">69/79, Ġabra p. 75</REF.DOC.ECR>, punt 6).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, biex issir distinzjoni bejn id-diversi kategoriji ta’ benefiċċji ta’ sigurtà soċjali, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju kopert minn kull benefiċċju (sentenza tat-<DATE ISO="20060718">18 ta’ Lulju 2006</DATE>, De Cuyper, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/04" PAGE.ECR="I-6947" YEAR="2006">C-406/04, Ġabra p. I-6947</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Hekk kif josservaw ġustament il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea, benefiċċju tal-mard, skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, ikopri riskju marbut ma’ stat patoloġiku li jinvolvi sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tal-persuna interessata.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, benefiċċju tal-invalidità, skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-regolament imsemmi, huwa intiż, bħala regola ġenerali, sabiex ikopri r-riskju ta’ inkapaċità ta’ livell stabbilit, meta jkun probabbli li din l-inkapaċità tkun permanenti jew fit-tul (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, Chacón Navas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/05" PAGE.ECR="I-6467" YEAR="2006">C-13/05, Ġabra p. I-6467</REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6539"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Id-dubji li għandha l-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir għal żgħażagħ b’diżabbiltà bħala benefiċċju tal-mard jew tal-invalidità, skont l-Artikolu 4(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1408/71, ġejjin mill-fatt li dan il-benefiċċju jifforma parti minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi ħlas f’żewġ stadji, l-ewwel wieħed, imsejjaħ benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir, għal tul massimu ta’ 364 ġurnata, u t-tieni wieħed imsejjaħ benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil, għal tul illimitat sal-mument meta l-applikant jilħaq l-età legali tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, hekk kif tikkonstata l-qorti tar-rinviju, li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, l-istess bħall parti l-kbira tal-persuni li applikaw sabiex jibbenefikaw mill-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, ma hijiex kapaċi li taħdem u qatt ma eżerċitat attività professjonali. Din hija, skont din il-qorti, karatteristika ordinarja tal-applikanti li għandhom dritt għal dan il-benefiċċju.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza wkoll li, fl-iskadenza tal-perijodu tal-ħlas tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kif ukoll il-parti l-kbira tal-persuni li għandhom dritt għal dan il-benefiċċju, tibbenefika b’mod inevitabbli, minħabba n-natura permanenti tad-diżabbiltà tagħha, mill-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li jekk jingħata l-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, dan jinbidel, fl-iskadenza tal-perijodu tal-ħlas tiegħu, f’benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil, bl-unika kundizzjoni li d-diżabbiltà tal-applikant tibqa’ teżisti. Madankollu, l-applikant ma jistax jippretendi l-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil mill-bidu, anki jekk huwa stabbilit li huwa eliġibbli għalih, fid-dawl tan-natura permanenti jew fit-tul tad-diżabbiltà tiegħu. Għalhekk, għall-applikant li għandu tali diżabbiltà, il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà jikkostitwixxi biss stadju preliminari sabiex dan ikun jista’ jippretendi, fl-iskadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħlas tiegħu, il-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6540"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-applikant ikollu diżabbiltà permanenti jew fit-tul, il-benefiċċji tal-invalidità għal żmien qasir u għal żmien twil għal żgħażagħ b’diżabbiltà jinsabu neċessarjament f’kuntest ta’ kontinwità.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju enfasizzat li l-benefiċċji ta’ invalidità għal żmien qasir u għal żmien twil jikkostitwixxu benefiċċju uniku minkejja l-metodi ta’ applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, f’każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn huwa stabbilit, sa minn meta ssir l-applikazzjoni, li l-applikant għandu diżabbiltà permanenti jew fit-tul, il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà għandu, b’kunsiderazzjoni tar-rabta ta’ kontinwità bejn dan u l-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil, il-karatteristiċi ta’ benefiċċju tal-invalidità skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata kemm mill-għan u mill-iskop tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, kif ukoll mill-bażi ta’ kalkolu u mill-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19830705">5 ta’ Lulju 1983</DATE>, Valentini, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="171/82" PAGE.ECR="2157" YEAR="1983">171/82, Ġabra p. 2157</REF.DOC.ECR>, punt 13; De Cuyper, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25, u Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Qabel kollox, f’dak li jirrigwarda l-għan u l-iskop tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, għandu jiġi rrilevat li dan ħa l-post tal-benefiċċju għal diżabilità gravi. Il-benefiċjarji ta’ dan il-benefiċċju huma l-persuni li għandhom minn 16 sa 25 sena li huma inkapaċi li jaħdmu minħabba mard jew diżabbiltà.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6541"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, il-persuni li għandhom dritt għal allowance legali tal-mard huma esklużi, abbażi tal-Anness 12(1) tal-SSCBA, mill-imsemmi benefiċċju. Għalhekk, il-persuni inkapaċi għax-xogħol minħabba aggravament temporanju fis-saħħa tagħhom u li fl-istess ħin jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti kemm tal-allowance legali tal-mard kif ukoll tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, jirċievu, bħala regola ġenerali, l-ewwel u mhux it-tieni benefiċċju.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jidher li l-benefiċċju huwa intiż sabiex l-applikant jikseb mezzi finanzjarji li jippermettulu li jaqdi l-bżonnijiet tiegħu. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, diiversament minn benefiċċju tal-mard, il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà ma għandux l-għan li jieħu l-post ta’ dħul matul interruzzjoni ta’ riżorsi, peress li l-parti l-kbira tal-benefiċjarji minn dan il-benefiċċju, l-istess bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, qatt ma ħadmu. Konsegwentement, skont il-qorti msemmija, ma hemm la dħul li għandu jiġi sostitwit u lanqas interruzzjoni tar-riżorsi.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Sussegwentement, f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju msemmi, dawn huma relatati, essenzjalment, skont l-Artikolu 30A(2A) tal-SSCBA, mal-età tal-applikant, mal-inkapaċità tiegħu għax-xogħol, mal-fatt li dan ma jibbenefikax minn tagħlim <HT TYPE="ITALIC">full time</HT> kif ukoll ma’ ħtiġijiet fir-rigward ta’ residenza u ta’ preżenza fil-Gran Brittanja. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li dawn il-kundizzjonijiet ma jvarjawx skont jekk japplikax il-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir jew twil għal żgħażagħ b’diżabbiltà. Fil-fatt, il-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil jikkostitwixxi l-kontinwità tal-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir mingħajr ma hemm il-bżonn li jiġi pprovat mill-ġdid li l-kundizzjonijiet imsemmija huma sodisfatti, sa kemm tibqa’ teżisti l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Finalment, fir-rigward tal-bażi ta’ kalkolu tal-benefiċċju tal-invalidità għal żgħażagħ b’diżabbiltà kemm għal żmien qasir kif ukoll għal żmien twil, għandu jiġi osservat li dan huwa benefiċċju li jitħallas kull ġimgħa, li l-ammont tiegħu ma jiddependi la mir-riżorsi tal-benefiċjarju, u lanqas mill-istat tal-kontribuzzjonijiet tiegħu. Dan l-ammont huwa ffissat skont tliet rati differenti applikabbli rispettivament matul l-ewwel nofs<?PAGE NO="I-6542"?> tal-perijodu tal-ħlas tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, matul it-tieni nofs ta’ dan il-perijodu, u matul il-perijodu tal-ħlas tal-benefiċċju tal-invalidità għal żmien twil.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-fatt li japplikaw rati differenti għall-benefiċċji tal-invalidità għal żgħażagħ b’diżabbiltà għal żmien qasir u għal żmien twil ma huwiex biżżejjed biex jiġi konkluż li n-natura tal-benefiċċju tinbidel skont ir-rata applikabbli peress li, f’dan il-każ, jeżistu żewġ rati differenti fi ħdan l-istess benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, hekk kif jirriżulta mill-punt preċedenti. F’kull każ, għandu jiġi enfasizzat, hekk kif jirriżulta mill-punt 44 ta’ din is-sentenza, li l-benefiċċji tal-invalidità għal żmien qasir u għal żmien twil jikkostitwixxu, minkejja l-istruttura interna tagħhom, benefiċċju uniku.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li kemm mill-għan u mill-iskop tal-benefiċċju tal-invalidità għal żmien qasir jew għal żmien twil kif ukoll mill-kundizzjonijiet għall-għoti tiegħu jirriżulta li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fejn ikun stabbilit, sa minn meta ssir l-applikazzjoni, li l-applikant għandu diżabbiltà permanenti jew fit-tul, u minkejja l-fatt li l-benefiċċju msemmi jitħallas f’żewġ stadji suċċessivi, dan huwa relatat direttament mar-riskju tal-invalidità msemmi fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi benefiċċju tal-invalidità skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 jekk ikun stabbilit, sa minn meta ssir l-applikazzjoni, li l-applikant għandu diżabbiltà permanenti jew fit-tul.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6543"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Bit-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, fil-każ fejn benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jitqies bħala benefiċċju tal-invalidità, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jissuġġetta l-għoti tal-benefiċċju msemmi għal kundizzjonijiet ta’ residenza abitwali u ta’ residenza preċedenti tal-applikant fit-territorju tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-għoti tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà huwa suġġett, b’mod partikolari, għat-tliet kundizzjonijiet segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li l-applikant ikun residenti abitwali fil-Gran Brittanja;</P></ITEM><ITEM><P>li kien kien preżenti fil-Gran Brittanja matul perijodu jew perijodi li jirrappreżentaw tul totali ta’ mill-inqas 26 ġimgħa matul it-52 ġimgħa immedjatament preċedenti għad-data meta saret l-applikazzjoni intiża għall-benefiċċju inkwistjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>li jkun preżenti fil-Gran Brittanja f’din id-data.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-6544"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat li dawn il-kundizzjonijiet jirrigwardaw il-kisba tal-benefiċċju inkwistjoni u mhux iż-żamma tiegħu.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjoni tar-residenza abitwali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà għandu jitqies, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, bħala benefiċċju tal-invalidità għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71. Bħala tali, dan jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament. Skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[g]ħajr fejn provdut xorta oħra f’dan ir-Regolament, il-benefiċċji fi flus għall-invalidità […], miksuba skond il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar għandhom ikunu bla ħsara għal kull tnaqqis, modifika, żamma, treġġigħ lura jew konfiska minħabba l-fatt illi min jirċevihom jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern tar-Renju Unit josserva li r-Regolament Nru 1408/71 jistabbilixxi sistema ta’ koordinazzjoni, li abbażi tagħha l-Istati Membri jibqugħ kompetenti sabiex jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali, sa kemm il-kundizzjonijiet ma jwasslu għal ebda diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema tal-Unjoni. B’hekk, dan ir-regolament jippermetti li tiġi stabbilita distinzjoni bejn il-kisba ta’ benefiċċju, min-naħa waħda, u ż-żamma ta’ benefiċċju diġà miksub, min-naħa l-oħra. Il-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-regolament imsemmi jikkonferma li din id-dispożizzjoni ma għandha ebda impatt fuq il-kundizzjonijiet għall-kisba tad-dritt għal benefiċċju tal-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jirnexxi. Fil-fatt, hekk kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 huwa li l-persuni<?PAGE NO="I-6545"?> interessati jiġu protetti mill-preġudizzji li jistgħu jirriżultaw mit-trasferiment tar-residenza tagħhom minn Stat Membru għal ieħor. Minn dan il-prinċipju jirriżulta mhux biss li l-persuna interessata żżomm id-dritt li tibbenefika mill-benefiċċji msemmija f’din id-dispożizzjoni miksuba abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri, anki wara li tkun stabbilixxiet ir-residenza tagħha fi Stat Membru ieħor, iżda anki li l-kisba ta’ tali dritt ma tistax tiġi miċħuda lilha għall-unika raġuni li din ma hijiex residenti fit-territorju tal-Istat fejn tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19731107">7 ta’ Novembru 1973</DATE>, Smieja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="51/73" PAGE.ECR="1213" YEAR="1973">51/73, Ġabra p. 1213</REF.DOC.ECR>, punti 20 sa 22; tal-<DATE ISO="19820610">10 ta’ Ġunju 1982</DATE>, Camera, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="92/81" PAGE.ECR="2213" YEAR="1982">92/81, Ġabra p. 2213</REF.DOC.ECR>, punt 14, kif ukoll tal-<DATE ISO="19870224">24 ta’ Frar 1987</DATE>, Giletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="379/85+380/85+381/85+93/86" PAGE.ECR="955" YEAR="1987">379/85 sa 381/85 u 93/86, Ġabra p. 955</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha wkoll l-okkażjoni li tiddeċiedi li, kuntrarjament għal dak li jippretendi l-Gvern tar-Renju Unit, l-imsemmi Artikolu 10 jipprekludi li kemm il-ħolqien kif ukoll iż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji msemmija f’din id-dispożizzjoni jiġu rifjutati għall-unika raġuni li l-persuna interessata ma hijiex residenti fit-territorju tal-Istat Membru fejn tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas (sentenza tal-<DATE ISO="19910620">20 ta’ Ġunju 1991</DATE>, Newton, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-356/89" PAGE.ECR="I-3017" YEAR="1991">C-356/89, Ġabra p. I-3017</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 tkun tiddependi mill-kwistjoni jekk tali klawżoli humiex imposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala kundizzjoni għall-kisba tal-benefiċċji msemmija f’din id-dispożizzjoni jew bħala kundizzjoni għaż-żamma tagħhom, dan iwassal sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jxejnu l-effett utli ta’ dan il-prinċipju billi jagħżlu li jikkwalifikaw il-klawżola ta’ residenza imposta minnhom bħala kundizzjoni għall-għoti tal-benefiċċji pjuttost milli bħala kundizzjoni għaż-żamma tagħhom, sabiex ineħħu benefiċċju partikolari mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipju msemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-fatt li l-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà huwa benefiċċju ta’ natura mhux kontributorja peress li dan jingħata indipendentement mill-istat tal-kontribuzzjonijiet tal-applikanti ma jpoġġix indiskussjoni l-evalwazzjoni preċedenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6546"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1408/71 jirriżulta li bħala prinċipju, dan ir-regolament japplika għall-iskemi ta’ sigurtà soċjali kemm ta’ natura kontributorja kif ukoll ta’ natura mhux kontributorja.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi lill-istituzzjonijiet kompetenti, f’termini ġenerali, milli jwettqu tnaqqis, modifika, żamma, treġġiegħ lura jew konfiska tal-benefiċċji tal-invalidità minħabba li l-benefiċjarju jkun residenti fit-territorju ta’ Stat Membru differenti minn dak fejn tkun tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas. L-uniċi eċezzjonijiet li jolqtu lil din il-preklużjoni huma dawk espressament stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Giletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Tali eċċezzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71. Din id-dispożizzjoni tipprovdi li l-persuni li jifformaw parti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja stabbiliti fl-Artikolu 4(2a) tar-regolament imsemmi, esklużivament fit-territorju tal-Istat Membru li dawn ikunu jirresjedu fih u abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat, sa kemm dawn il-benefiċċji jissemmew fl-Anness II tal-istess regolament. Il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà ma jissemmiex f’dan l-anness. Konsegwentement, il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 10a tar-Regolament Nru 1408/71 li jgħid li l-benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja ma humiex esportabbli ma japplikax għall-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li ebda dispożizzjoni oħra tar-regolament imsemmi ma tippermetti lill-Istati Membri li jidderogaw, f’sitwazzjoni bħal dik ta’ L. Stewart, mill-prinċipju ta’ tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tal-istess regolament, isegwi li l-benefiċċji tal-invalidità jibqgħu, bħala prinċipju, esportabbli fi Stat Membru differenti minn dak fejn tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19971104">4 ta’ Novembru 1997</DATE>, Snares, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-20/96" PAGE.ECR="I-6057" YEAR="1997">C-20/96, Ġabra p. I-6057</REF.DOC.ECR>, punt 40, u Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6547"?><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għalhekk, il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà ma huwiex indipendenti mill-prinċipju tat-tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 10(1), li jipprekludi, hekk kif jirriżulta mill-punti 61 u 62 ta’ din is-sentenza, li kemm il-ħolqien kif ukoll iż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji msemmija f’din id-dispożizzjoni jiġu rrifjutati għall-unika raġuni li l-applikant jirrisjedi fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi li l-kisba tad-dritt għall-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà jkun suġġett għal kundizzjoni ta’ residenza abitwali fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni jqisu li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi mhux biss kundizzjoni ta’ residenza abitwali fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti, iżda anki kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti fuq dan it-territorju. Skonthom, ma hemmx lok għalfejn issir distinzjoni bejn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, peress li l-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti għandha titqies bħala kundizzjoni ta’ residenza temporanja sa fejn din teħtieġ li l-applikant kien preżenti fil-Gran Brittanja matul ċertu perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jirreferi għall-klawżoli ta’ residenza, hekk kif jirriżulta b’mod partikolari mit-titolu tiegħu. Issa, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regolament imsemmi, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jfisser, b’mod konformi mal-Artikolu 1(h) tiegħu, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>post abitwali ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6548"?><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Huwa minnu li, f’ċerti każijiet, kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti tista’ tkun ekwivalenti, fil-prattika, għal klawżola ta’ residenza abitwali, meta, b’mod partikolari, tali kundizzjoni tkun teħtieġ perijodi twal ta’ preżenza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u/jew meta l-imsemmija kundizzjoni għandha tkun sodisfatta matul il-perijodu kollu tal-ħlas tal-benefiċċju inkwistjoni. Issa, f’tali każijiet, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi wkoll kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti sa fejn din tista’ tiġi pparagunata ma’ klawżola ta’ residenza fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan il-każ, teżisti, hekk kif jirriżulta mill-punti 17 u 57 ta’ din is-sentenza, kundizzjoni ta’ preżenza fil-Gran Brittanja matul perijodu jew perijodi li jirrappreżentaw tul totali ta’ mill-inqas 26 ġimgħa matul it-52 ġimgħa immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni intiża għall-benefiċċju inkwistjoni, fejn din il-kundizzjoni għandha tkun sodisfatta biss fil-mument meta ssir din l-applikazzjoni. Peress li l-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti ma hijiex neċessarjament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>klawżola ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71, għandha tiġi eżaminata l-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li r-Regolament Nru 1408/71 ma jorganizzax skema komuni ta’ sigurtà soċjali, iżda jħalli jissussistu skemi nazzjonali distinti u għandu bħala għan biss li jassigura koordinazzjoni bejniethom (sentenzi tal-<DATE ISO="19880705">5 ta’ Lulju 1988</DATE>, Borowitz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="21/87" PAGE.ECR="3715" YEAR="1988">21/87, Ġabra p. 3715</REF.DOC.ECR>, punt 23; tat-<DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, Chuck, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-331/06" PAGE.ECR="I-1957" YEAR="2008">C-331/06, Ġabra p. I-1957</REF.DOC.ECR>, punt 27, u Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41). B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom sabiex ifasslu s-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19840207">7 ta’ Frar 1984</DATE>, Duphar <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="238/82" PAGE.ECR="523" YEAR="1984">238/82, Ġabra p. 523</REF.DOC.ECR>, punt 16; tas-<DATE ISO="19970617">17 ta’ Ġunju 1997</DATE>, Sodemare <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-70/95" PAGE.ECR="I-3395" YEAR="1997">C-70/95, Ġabra p. I-3395</REF.DOC.ECR>, punt 27, kif ukoll tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Gouvernement de la Communauté française u gouvernement wallon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/06" PAGE.ECR="I-1683" YEAR="2008">C-212/06, Ġabra p. I-1683</REF.DOC.ECR>, punt 43).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6549"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għalhekk, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina, min-naħa waħda, il-kundizzjonijiet tad-dritt jew tal-obbligu ta’ affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet li jagħtu dritt għal benefiċċji (sentenza tat-<DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, Kohll, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-158/96" PAGE.ECR="I-1931" YEAR="1998">C-158/96, Ġabra p. I-1931</REF.DOC.ECR>, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertà rrikonoxxuta lil kull ċittadin tal-Unjoni ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, Pusa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-224/02" PAGE.ECR="I-5763" YEAR="2004">C-224/02, Ġabra p. I-5763</REF.DOC.ECR>, punt 19, kif ukoll tas-<DATE ISO="20061026">26 ta’ Ottubru 2006</DATE>, Tas-Hagen u Tas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-192/05" PAGE.ECR="I-10451" YEAR="2006">C-192/05, Ġabra p. I-10451</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 20 TFUE jikkonferixxi lil kull persuna li għandha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, D’Hoop, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-224/98" PAGE.ECR="I-6191" YEAR="2002">C-224/98, Ġabra p. I-6191</REF.DOC.ECR>, punt 27, u tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, Ruiz Zambrano, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-34/09" PAGE.ECR="I-1177" YEAR="2011">C-34/09, Ġabra p. I-1177</REF.DOC.ECR>, punt 40). Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li għandha n-nazzjonalità ta’ Stat Membru, tibbenefika minn dan l-istatus.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Għandu jiġi indikat li, anki jekk il-qorti tar-rinviju limitat id-domanda tagħha għall-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71, ċirkustanza bħal din ma hijiex ta’ ostaklu għall-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tipprovdi lill-qorti nazzjonali l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jiġu użati sabiex il-kawża li hija jkollha quddiemha tiġi deċiża, indipendentement minn jekk hija tagħmilx jew le riferiment għall-formulazzjoni tad-domandi li hija tkun irrinvijat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19901212">12 ta’ Diċembru 1990</DATE>, SARPP, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-241/89" PAGE.ECR="I-4695" YEAR="1990">C-241/89, Ġabra p. I-4695</REF.DOC.ECR>, punt 8; tal-<DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, Ritter-Coulais, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/03" PAGE.ECR="I-1711" YEAR="2006">C-152/03, Ġabra p. I-1711</REF.DOC.ECR>, punt 29, u tas-<DATE ISO="20070426">26 ta’ April 2007</DATE>, Alevizos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/05" PAGE.ECR="I-3505" YEAR="2007">C-392/05, Ġabra p. I-3505</REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6550"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>L-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni huwa intiż sabiex ikun l-istatus fundamentali taċ-ċittadini tal-Istati Membri li jippermetti lil dawk fost dawn tal-aħħar li jinsabu fl-istess sitwazzjoni li jiksbu fil-qasam tal-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tat-Trattat, indipendentement min-nazzjonalità tagħhom u mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet espressament previsti f’dan ir-rigward, l-istess trattament ġuridiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, Grzelczyk, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/99" PAGE.ECR="I-6193" YEAR="2001">C-184/99, Ġabra p. I-6193</REF.DOC.ECR>, punt 31, D’Hoop, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28, u tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, Rüffler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-544/07" PAGE.ECR="I-3389" YEAR="2009">C-544/07, Ġabra p. I-3389</REF.DOC.ECR>, punt 62).</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fost is-sitwazzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-dritt tal-Unjoni hemm dawk li jirrigwardaw l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-moviment liberu u l-libertà ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri kif stabbiliti mill-Artikolu 21 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Grzelczyk, punt 33; D’Hoop, punt 29, kif ukoll Rüffler, punt 63 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li L. Stewart, fil-kwalità tagħha bħala ċittadin tal-Unjoni, eżerċitat il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħha fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tal-oriġini tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Peress li ċittadin tal-Unjoni għandu jingħata, fl-Istati Membri kollha, l-istess trattament ġuridiku bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri li jinsabu fl-istess sitwazzjoni, ikun inkompatibbli mad-dritt tal-moviment liberu li kieku dan kellu jirċievi, fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu, trattament inqas favorevoli minn dak li kien jibbenefika minnu li kieku ma għamilx użu mill-opportunitajiet mogħtija mit-Trattat fil-qasam tal-moviment liberu (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq D’Hoop, punt 30, u Pusa, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Dawn l-opportunitajiet ma jkunux jistgħu jipproduċu l-effett sħiħ tagħhom li kieku ċittadin ta’ Stat Membru seta’ jiġi dissważ milli jagħmel użu minnhom permezz<?PAGE NO="I-6551"?> tal-ostakoli maħluqa għal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tiegħu fi Stat Membru ieħor minħabba leġiżlazzjoni nazzjonali li tippenalizza l-fatt li huwa jkun eżerċitahom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq D’Hoop, punt 31; Pusa, punt 19; Tas-Hagen u Tas, punt 30; tal-<DATE ISO="20081204">4 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Zablocka-Weyhermüller, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/07" PAGE.ECR="I-9029" YEAR="2008">C-221/07, Ġabra p. I-9029</REF.DOC.ECR>, punt 34, kif ukoll Rüffler, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-kisba tad-dritt għall-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà għall-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti tista’, min-natura tagħha stess, tiddiswadi lill-applikanti, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, milli jeżerċitaw il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom billi jitilqu mill-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu sabiex imorru jirrisjedu fi Stat Membru ieħor. Fil-fatt, għalkemm l-applikanti li ma użawx il-faċilitajiet mogħtija lilhom mit-Trattat fir-rigward tal-moviment u tar-residenza jistgħu faċilment jissodisfaw il-kundizzjoni msemmija iktar ’il fuq, dan ma huwiex il-każ għall-applikanti li għamlu użu minnhom. Effettivament, hemm probabbiltà kbira li dawn tal-aħħar, minħabba li marru jirrisjedu fi Stat Membru ieħor, ma jissodisfawx il-kundizzjoni msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din, li tiżvantaġġa ċerti ċittadini ta’ Stat Membru sempliċement minħabba li huma eżerċitaw il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tagħhom fi Stat Membru ieħor, tammonta għal restrizzjoni għal-libertajiet mogħtija lil kull ċittadin tal-Unjoni mill-Artikolu 21(1) TFUE (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq D’Hoop, punt 35; Pusa, punt 20; De Cuyper, punt 39, u Rüffler, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata biss, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, jekk tkun ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi indipendenti min-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati u tkun proporzjonata għall-għan leġittimu li d-dritt nazzjonali jfittex li jilħaq (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq De Cuyper, punt 40; Tas-Hagen u Tas, punt 33; Zablocka-Weyhermüller, punt 37, kif ukoll Rüffler, punt 74).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6552"?><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern tar-Renju Unit iqis li jeżistu ġustifikazzjonijiet oġġettivi li jippermettu li l-ksib tad-dritt għall-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà jiġi ssuġġettat għall-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti. Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha bħala għan li tiżgura, min-naħa waħda, l-eżistenza ta’ rabta effettiva kontinwa bejn dan l-Istat Membru u l-benefiċjarju tal-benefiċċju u, min-naħa l-oħra, il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li huwa leġittimu għal-leġiżlatur nazzjonali li jkun jixtieq jiżgura ruħu li jkun hemm rabta reali bejn l-applikant għal benefiċċju u l-Istat Membru kompetenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi D’Hoop, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38, u tat-<DATE ISO="20040323">23 ta’ Marzu 2004</DATE>, Collins, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-138/02" PAGE.ECR="I-2703" YEAR="2004">C-138/02, Ġabra p. I-2703</REF.DOC.ECR>, punt 67), kif ukoll li jiżgura l-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Kohll, punt 41, u Petersen, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Isegwi li l-għanijiet segwiti minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiżi sabiex tistabbilixxi rabta reali bejn l-applikant għal benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà u l-Istat Membru kompetenti, kif ukoll sabiex tippriżerva l-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, jikkostitwixxu, bħala prinċipju, għanijiet leġittimi li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjonijiet għad-drittijiet ta’ moviment liberu u ta’ residenza stabbiliti fl-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern tar-Renju Unit josserva li l-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti hija proporzjonata fid-dawl tal-għan imfittex peress li din teħtieġ biss perijodu qasir ta’ 26 ġimgħa bħala total. Barra minn hekk, l-applikant għandu jissodisfa din il-kundizzjoni biss fil-mument meta ssir l-applikazzjoni. Barra minn hekk, skont il-Gvern imsemmi, ma jeżisti ebda metodu<?PAGE NO="I-6553"?> ieħor li jippermetti fl-istess ħin li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti mar-Renju Unit u li tiġi protetta l-integrità tas-sistema ta’ sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn il-kisba tad-dritt għal benefiċċju li għandu n-natura ta’ benefiċċju mhux kontributorju ma hijiex suġġetta għal kundizzjonijiet ta’ kontribuzzjonijiet, jista’ jitqies bħala leġittimu li Stat Membru jagħti tali benefiċċju biss wara li setgħet tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta reali tal-applikant mal-Istat kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Issa, l-eżistenza ta’ tali rabta tista’ effettivament tiġi vverifikata, b’mod partikolari, mill-konstatazzjoni li l-persuna inkwistjoni kienet, matul perijodu ta’ żmien raġjonevoli, realment preżenti fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti tfisser, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li, sabiex ikun eliġibbli għall-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, l-applikant kellu jkun preżenti fil-Gran Brittanja matul perijodu jew perijodi li jirrappreżentaw tul totali ta’ mill-inqas 26 ġimgħa matul it-52 ġimgħa immedjatament preċedenti għad-data tal-applikazzjoni. Barra minn hekk, b’mod konformi mal-Artikolu 16(6) tal-SSIBR, u hekk kif josserva l-Gvern tar-Renju Unit, huwa biżżejjed li din il-kundizzjoni ta’ preżenza tkun sodisfatta fil-mument meta tkun saret l-applikazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li l-metodi ta’ applikazzjoni tal-kundizzjoni msemmija, minnhom infushom, ma jidhrux li huma irraġjonevoli, madankollu, għandu jiġi rrilevat li din għandha natura esklużiva wisq. Fil-fatt, billi timponi perijodi speċifiċi ta’ preżenza preċedenti fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti, il-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti tiffavorixxi indebitament element li ma huwiex neċessarjament rappreżentattiv tal-livell reali u effettiv tar-rabta bejn l-applikant għal benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà u l-imsemmi Stat Membru, bl-esklużjoni ta’ kull element rappreżentattiv ieħor. Għalhekk, din il-kundizzjoni tmur<?PAGE NO="I-6554"?> lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq (ara, b’analoġija, is-sentenza D’Hoop, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma jistax jiġi eskluż li l-eżistenza ta’ tali rabta ta’ konnessjoni tista’ tiġi stabbilita minn elementi rappreżentattivi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Tali elementi għandhom jiġu mfittxija, fl-ewwel lok, fir-relazzjonijiet eżistenti bejn l-applikant u s-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru kompetenti. F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali diġà tibbenefika, abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, minn allokazzjoni għas-sussistenza ta’ persuni b’diżabbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mid-deċiżjoni msemmija jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tiġi kkreditata bil-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali nazzjonali Britannika li kull ġimgħa jiżdiedu mal-kont tas-sigurtà soċjali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Isegwi li L. Stewart hija diġà konnessa b’ċertu mod mas-sistema nazzjonali ta’ sigurtà soċjali inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Elementi oħra li jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant u l-Istat Membru kompetenti jistgħu, fit-tieni lok, jirriżultaw mill-kuntest familjari li jinsab fih l-applikant. Fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li L. Stewart, li hija inkapaċi li taġixxi f’isimha stess minħabba d-diżabbiltà tagħha, għadha dipendenti fuq il-ġenituri tagħha li jieħdu ħsiebha u li jirrappreżentawha fir-relazzjonijiet tagħha mal-estern. Issa, kemm l-omm kif ukoll il-missier ta’ L. Stewart jirċievu pensjoni tal-irtirar abbażi<?PAGE NO="I-6555"?> tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. Barra minn hekk, missier L. Stewart kien jeżerċita attività professjonali f’dan l-Istat Membru qabel ma rtira, filwaqt li ommha kienet tirċievi preċedentement, dejjem abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-istess Stat Membru, benefiċċju tal-invalidità.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Finalment, huwa stabbilit li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li hija ċittadina Britannika, għaddiet parti sinjifikanti minn ħajjitha fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Għalhekk, l-elementi msemmija fil-punti 97 sa 101 ta’ din is-sentenza jidhru li jistgħu jipprovaw l-eżistenza ta’ rabta ta’ konnessjoni reali u suffiċjenti bejn ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Istat Membru kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jistgħu jiġu adottati wkoll fir-rigward tal-għan intiż sabiex jiġi żgurat il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali. Fil-fatt, il-ħtieġa li tiġi stabbilita rabta ta’ konnessjoni reali u suffiċjenti bejn l-applikant u l-Istat Membru kompetenti tippermetti lill-Istat imsemmi li jiżgura ruħha li n-nefqa ekonomika assoċjata mal-ħlas tal-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ssirx irraġjonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Konsegwentement, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-kisba ta’ dritt għal benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà għall-kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti, bl-esklużjoni ta’ kull element ieħor li jippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant u dan l-Istat Membru, tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb l-għan imfittex u b’hekk tikkostitwixxi restrizzjoni mhux ġustifikata għal-libertajiet iggarantiti mill-Artikolu 21(1) TFUE lil kull ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6556"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjoni tal-preżenza fil-mument meta ssir l-applikazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-applikazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali intiża sabiex tikseb il-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà ġiet miċħuda għaliex hija ma kinitx preżenti fit-territorju nazzjonali fil-mument meta ressqet l-applikazzjoni tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għalkemm il-kliem tat-tielet domanda ma jsemmix espressament din il-kundizzjoni ta’ preżenza, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, din għandha teżamina l-kundizzjoni msemmija sabiex tagħti lill-qorti tar-rinviju risposta utli li tippermettilha tiddeċiedi l-kawża li għandha quddiemha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, Krüger, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-334/95" PAGE.ECR="I-4517" YEAR="1997">C-334/95, Ġabra p. I-4517</REF.DOC.ECR>, punt 22; tat-<DATE ISO="20001128">28 ta’ Novembru 2000</DATE>, Roquette Frères, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-88/99" PAGE.ECR="I-10465" YEAR="2000">C-88/99, Ġabra p. I-10465</REF.DOC.ECR>, punt 18, kif ukoll tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Marks &amp; Spencer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-62/00" PAGE.ECR="I-6325" YEAR="2002">C-62/00, Ġabra p. I-6325</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-kundizzjoni ta’ preżenza fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti fil-mument meta ssir l-applikazzjoni tikkostitwixxi, għar-raġunijiet esposti fil-punti 80 sa 87 ta’ din is-sentenza, restrizzjoni għal-libertajiet irrikonoxxuti mill-Artikolu 21(1) TFUE lil kull ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata biss, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, jekk din tkun, b’mod partikolari, adatta sabiex tilħaq l-għan imfittex b’mod leġittimu mid-dritt nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Issa, il-kundizzjoni msemmija ma tistax tiġi kkwalifikata bħala metodu adatt sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-punt 89 ta’ din is-sentenza. Effettivament, il-fatt li l-applikant ikun preżenti fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti meta titressaq l-applikazzjoni tiegħu intiża għall-għoti tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà ma jippermetti la li tiġi stabbilita rabta reali bejn dan l-applikant u l-Istat Membru kompetenti, u lanqas li jiġi ppriżervat il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6557"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Isegwi li l-kundizzjoni ta’ preżenza fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti fil-mument meta titressaq l-applikazzjoni, li hija suġġetta għaliha l-kisba tal-benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, tikkostitwixxi restrizzjoni mhux ġustifikata għal-libertajiet rikonoxxuti mill-Artikolu 21(1) TFUE lil kull ċittadin tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludi li Stat Membru jissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għal kundizzjoni ta’ residenza abitwali tal-applikant fit-territorju tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 21(1) TFUE jipprekludi li Stat Membru jissuġġetta l-għoti ta’ tali benefiċċju:</P></ITEM><ITEM><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti tal-applikant fit-territorju tiegħu bl-esklużjoni ta’ kull element ieħor li jippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant u dan l-Istat Membru, u</P></ITEM><ITEM><P>għal kundizzjoni ta’ preżenza tal-applikant fit-territorju tiegħu fil-mument meta ssir l-applikazzjoni.</P></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6558"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi benefiċċju tal-invalidità skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, kif emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 647/2005, tat-<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE>, jekk ikun stabbilit, sa minn meta ssir l-applikazzjoni, li l-applikant għandu diżabilità permanenti jew fit-tul.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni msemmija, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005, jipprekludi li Stat Membru jissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tal-invalidità mogħti għal żmien qasir lil żgħażagħ b’diżabbiltà, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għal kundizzjoni ta’ residenza abitwali tal-applikant fit-territorju tiegħu.</HT></TXT><?PAGE NO="I-6559"?><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21(1) TFUE jipprekludi li Stat Membru jissuġġetta l-għoti ta’ tali benefiċċju:</HT></P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">għal kundizzjoni ta’ preżenza preċedenti tal-applikant fit-territorju tiegħu bl-esklużjoni ta’ kull element ieħor li jippermetti li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta reali bejn l-applikant u dan l-Istat Membru, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">għal kundizzjoni ta’ preżenza tal-applikant fit-territorju tiegħu fil-mument meta ssir l-applikazzjoni.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>