|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3956 |
23.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-6 ta’ Lulju 2026
li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019
(C/2026/3956)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (ir-“Regolament Finanzjarju”),
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (3),
wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (ir-“Regoli ta’ Proċedura”), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(11) u l-Artikolu 241 tagħhom,
Billi:
|
(1) |
Hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. |
|
(2) |
Għal raġunijiet ta’ trasparenza u ġestjoni finanzjarja tajba, kull applikazzjoni għal finanzjament għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni tal-Bureau, li għandha tiġi notifikata lid-destinatarju u għandu jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet f’każ li l-miżura tolqot lid-destinatarju b’mod negattiv, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri applikabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, din id-Deċiżjoni tapplika kemm għall-partiti politiċi Ewropej kif ukoll għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.
L-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni jifformaw parti integrali minnha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
|
(1) |
“applikant” tfisser partit jew fondazzjoni li j/tippreżenta applikazzjoni għal finanzjament skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, wara sejħa għal kontribuzzjonijiet jew sejħa għal proposti; |
|
(2) |
“uffiċjal awtorizzanti b’delega” tfisser il-membru tal-persunal li lilu ġew delegati s-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta’ Jannar 2025 (4) u d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar id-delega tal-kompiti tal-uffiċjal awtorizzanti; |
|
(3) |
“Awtorità” tfisser “Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” stabbilita skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(4) |
“benefiċjarju” tfisser il-partit li jkun ingħata kontribuzzjoni jew il-fondazzjoni li tkun ingħatat għotja skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(5) |
“ammont ta’ finanzjament finali” tfisser l-ammont ta’ kontribuzzjoni finali (għall-partiti) jew l-ammont tal-għotja finali (għall-fondazzjonijiet), stabbilit mill-Bureau b’segwitu għad-deċiżjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali; |
|
(6) |
“fondazzjoni” tfisser “Fondazzjoni politika Ewropea” kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (6), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(7) |
“finanzjament” tfisser jew kontribuzzjoni skont it-termini tat-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju (għall-partiti) jew għotja operattiva skont it-termini tat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (għall-fondazzjonijiet); |
|
(8) |
“deċiżjoni ta’ finanzjament” tfisser jew id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kontribuzzjoni (għall-partiti) jew għotja (għall-fondazzjonijiet) skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa; |
|
(9) |
“ftehim ta’ finanzjament” tfisser il-ftehim bejn il-Parlament u l-benefiċjarju rigward kontribuzzjoni (għall-partiti) jew għotja (għall-fondazzjonijiet), skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa u skont it-termini tad-deċiżjoni ta’ finanzjament; |
|
(10) |
“proċedura ta’ finanzjament” tfisser il-proċedura li ssegwi ċ-ċiklu mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sal-approvazzjoni tar-rapport annwali u l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali; |
|
(11) |
“partit” tfisser “partit politiku Ewropew” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 4, tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. |
Artikolu 3
Sejħiet
1. Wara l-approvazzjoni mill-Bureau, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu kull sena jiżgura l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet, fir-rigward tal-partiti, u sejħa għal proposti, fir-rigward tal-fondazzjonijiet (“sejħiet”).
2. Is-sejħiet għandhom jispeċifikaw l-iskadenza ta’ żmien, għall-partiti u l-fondazzjonijiet, biex jissottomettu l-applikazzjonijiet għal finanzjament bil-miktub lill-Parlament Ewropew.
3. Is-sejħiet għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
l-objettivi segwiti, |
|
(b) |
il-qafas ġuridiku, |
|
(c) |
il-kalendarju tal-proċedura tal-finanzjament, |
|
(d) |
l-arranġamenti għall-finanzjament tal-Unjoni, |
|
(e) |
il-kriterji ta’ eleġibbiltà u esklużjoni, |
|
(f) |
(fil-każ tal-fondazzjonijiet biss) il-kriterji ta’ għażla, |
|
(g) |
il-kriterji ta’ għotja, kif speċifikat fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, |
|
(h) |
formola ta’ applikazzjoni u l-mudell għall-baġit previst li għandu jiġi pprovdut mill-applikant flimkien mal-applikazzjoni tiegħu, |
|
(i) |
jekk applikabbli, lista ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ, |
|
(j) |
it-termini u l-kundizzjonijiet speċjali u ġenerali għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet u l-għotjiet, skont l-approvazzjoni tal-Bureau, |
|
(k) |
fir-rigward tal-partiti, in-natura tan-nefqa li tista’ tiġi rimborżata mill-kontribuzzjoni, u fir-rigward tal-fondazzjonijiet, il-kategoriji tal-ispejjeż ikkunsidrati bħala eliġibbli għall-finanzjament mill-għotja. |
4. Is-sejħa għall-kontribuzzjonijiet u s-sejħa għall-proposti għandhom jispeċifikaw li kull applikant irid jimpenja ruħu b’mod espliċitu u bil-miktub li jikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet rilevanti bħala kundizzjoni għall-ammissibbiltà tal-applikazzjoni tiegħu.
5. Is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet u s-sejħiet għal proposti għandhom jispeċifikaw li l-baġit previst ma jridx jirriżulta f’telf nett tas-sena, sakemm dak it-telf ma jkunx kopert minn ammont ekwivalenti ta’ riżervi fuq il-karta tal-bilanċ fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti.
Artikolu 4
Applikazzjoni għal finanzjament
1. Bi qbil mal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, applikant li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 22(1) jew (2) ta’ dak ir-Regolament u li jkun jixtieq jirċievi finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Parlament Ewropew.
2. L-applikant jista’ jkun mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jippreżenta, sa data ta’ skadenza raġonevoli, aktar dokumenti ta’ sostenn jew kjarifiki relatati mal-applikazzjoni. In-nuqqas ta’ preżentazzjoni tad-dokumenti jew tal-kjarifiki mitluba qabel dik l-iskadenza jista’ jwassal għar-rifjut tal-applikazzjoni.
Artikolu 5
Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal finanzjament
1. Abbażi ta’ proposta mis-Segretarju Ġenerali, il-Bureau għandu jiddeċiedi, fi żmien tliet xhur mill-għeluq tas-sejħa rispettiva, dwar l-applikazzjonijiet għal finanzjament wara li jkun ivverifika l-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u msemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Deċiżjoni, u għandu jiddetermina l-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju mogħti lill-applikant. Il-Bureau għandu jqis kwalunkwe tibdil li jkun seħħ fis-sitwazzjoni ta’ applikant wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal finanzjament. L-applikanti għandhom jiġu informati bil-miktub mill-President dwar id-deċiżjoni tal-Bureau u dwar l-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju mogħti lill-applikant.
2. Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata mill-Bureau, il-benefiċjarju u l-Parlament Ewropew, irrappreżentat mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega, għandhom jiffirmaw ftehim ta’ finanzjament, skont il-mudell stabbilit fl-Anness 1a (għall-partiti) jew fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).
3. Meta applikazzjoni tiġi rrifjutata jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx parzjalment jew fl-intier tagħhom, id-deċiżjoni meħuda mill-Bureau bi qbil mal-paragrafu (1) għandha tiddikjara r-raġunijiet għal dan ir-rifjut. L-informazzjoni provduta lill-applikant dwar ir-rifjut għandha tinkludi l-mezzi disponibbli għal rimedju amministrattiv u/jew ġudizzjarju.
4. L-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju għandu jkun l-ammont aktar baxx bejn: (a) l-ammont mitlub mill-partit jew mill-fondazzjoni fl-applikazzjoni, li ma għandux jaqbeż il-95 % tan-nefqa rimborżabbli totali jew tal-ispejjeż eliġibbli ppreżentati fil-baġit previst, f’konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; u (b) l-ammont determinat f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. L-ammont ta’ finanzjament finali għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni.
5. Jekk l-ammonti għal kull applikant ikunu notevolment differenti minn dawk mistennija fil-mument tal-pubblikazzjoni tas-sejħiet imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni, il-Bureau jista’ jistieden lill-President tal-Parlament Ewropew iressaq proposta lill-kumitat kompetenti biex dan jadatta l-approprjazzjonijiet disponibbli.
Artikolu 6
Pagamenti
1. Il-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarji f’forma ta’ prefinanzjament, kif speċifikat fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet). Sakemm il-Bureau ma jiddeċidix mod ieħor, f’każijiet debitament ġustifikati, il-prefinanzjament għandu jitħallas f’pagament uniku korrispondenti għall-100 % tal-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju.
2. Fuq bażi ta’ każ b’każ u soġġett għall-analiżi tar-riskji, il-Bureau jista’ jiddeċiedi li jirrikjedi lill-benefiċjarju jippreżenta garanzija ta’ prefinanzjament skont ir-Regolament Finanzjarju.
3. Id-dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti u d-dati ta’ skadenza tagħhom għandhom jiġu speċifikati fil-ftehim ta’ finanzjament. Ma għandu jingħata l-ebda finanzjament lill-benefiċjarji qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ finanzjament.
Artikolu 7
Awditjar estern
1. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jirċievi mill-benefiċjarju r-rapport tal-awditjar estern speċifikat fl-Artikolu 28(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, imħejji minn entitajiet jew esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditjar estern huwa speċifikat fl-Artikolu 28(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. L-għan tal-awditu estern hu speċifikat aktar fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u tal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).
Artikolu 8
Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali u l-ammont ta’ finanzjament finali
1. Abbażi ta’ proposta tas-Segretarju Ġenerali, il-Bureau għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali sal-31 ta’ Diċembru tas-sena wara s-sena finanzjarja kkonċernata fir-rapport annwali.
2. Il-Bureau jew l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jitlob lill-benefiċjarju jippreżenta informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-regoli rilevanti. Il-kontroll tal-konformità għandu jiġi eżerċitat skont l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
3. Jekk tali informazzjoni addizzjonali tiġi mitluba mill-Bureau jew mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega, l-iskadenza ta’ żmien għal deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun prorogata sakemm tali informazzjoni addizzjonali tkun waslet u ġiet evalwata. L-iskadenza tista’ tiġi prorogata wkoll meta tkun intalbet informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità, skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
4. Fir-rigward tal-partiti, il-Bureau ta’ kull sena għandu, abbażi ta’ dak ir-rapport annwali, jiddetermina l-ammont ta’ nefqa rimborżabbli u l-ammont ta’ finanzjament finali. Fil-każ ta’ riport ta’ finanzjament mhux minfuq għas-sena finanzjarja ta’ wara, l-ammont ta’ finanzjament finali għandu jiġi stabbilit bi qbil mal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a.
5. Fir-rigward tal-fondazzjonijiet, il-Bureau ta’ kull sena għandu, abbażi ta’ dak ir-rapport annwali, jiddetermina l-ammont ta’ spejjeż eliġibbli u l-ammont ta’ finanzjament finali.
6. L-ammont ta’ finanzjament finali ma għandux jaqbeż il-95 % tan-nefqa rimborżabbli annwali ta’ partit u l-95 % tal-ispejjeż eliġibbli annwali ta’ fondazzjoni. Fi kwalunkwe eventwalità, l-ammont ta’ finanzjament finali ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju stipulat fil-ftehim ta’ finanzjament.
7. Abbażi tal-ammont ta’ finanzjament finali ddeterminat skont il-paragrafi 4 sa 6, u tal-pagamenti ta’ prefinanzjament li saru preċedentement fl-ambitu tad-deċiżjoni ta’ finanzjament u tal-ftehim ta’ finanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jiddetermina l-ammonti dovuti lill-benefiċjarju jew lill-Parlament Ewropew.
8. L-ammont ta’ finanzjament finali għandu jiġi ddeterminat mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwettaq verifiki ex post bi qbil mal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet) u bil-possibbiltà li l-ammont ta’ finanzjament finali jkun jista’ jiġi aġġustat b’mod retroattiv fid-dawl tar-riżultati ta’ tali kontrolli jew ta’ awditi jew investigazzjonijiet oħrajn min-naħa tal-korpi kompetenti.
9. Id-deċiżjonijiet adottati fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu notifikati lill-benefiċjarju bħala deċiżjoni uniformi, f’konformità mal-Artikolu 241(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.
10. Il-proċedura applikabbli għall-approvazzjoni tar-rapport annwali u għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali hija speċifikata ulterjorment fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).
Artikolu 9
Proċedura ta’ sospensjoni
1. Bi qbil mar-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jissospendi il-pagament ta’ finanzjament lil partit politiku jew fondazzjoni u jiddeċiedi dwar it-tkomplija tal-pagament meta r-raġunijiet għal tali sospensjoni ma jibqgħux japplikaw. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex iniedi tali proċedura u biex jieħu l-passi kollha meħtieġa, bi qbil mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.
2. L-Artikolu 241(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.
Artikolu 10
Proċedura għat-terminazzjoni jew għall-irtirar ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament
1. Qabel deċiżjoni tal-Bureau dwar it-terminazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew dwar l-irtirar tagħha skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex iniedi l-proċedura u jieħu l-passi kollha meħtieġa, bi qbil mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b ta’ din id-Deċiżjoni (għall-fondazzjonijiet).
2. Il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar proposta mis-Segretarju Ġenerali dwar it-terminazzjoni jew l-irtirar ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament. L-Artikolu 241(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip.
3. Wara li l-Bureau jadotta d-deċiżjoni biex id-deċiżjoni ta’ finanzjament tiġi terminata jew irtirata, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-benefiċjarju bit-terminazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.
4. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkollu s-setgħa li joħroġ l-ordnijiet ta’ rkupru meħtieġa.
Artikolu 11
Kontroll
Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jipprevedi b’mod espliċitu d-drittijiet tal-Parlament Ewropew u tal-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarju, kif imsemmi fl-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Artikolu 12
Appoġġ tekniku
Bi qbil mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, il-benefiċjarji jistgħu japplikaw għal appoġġ tekniku mill-Parlament Ewropew. Il-proċedura, il-kundizzjonijiet u l-kostijiet huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Bureau tat-22 ta’ April 2024 li tirregola l-avvenimenti fil-bini tal-Parlament Ewropew.
Artikolu 13
Dritt ta’ smigħ
F’każijiet fejn, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u skont il-ftehim ta’ finanzjament applikabbli, inkluż fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u Ġenerali tiegħu, il-benefiċjarju jew persuna fiżika kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, ikollhom id-dritt, qabel kwalunkwe deċiżjoni tiġi adottata mill-Parlament, li jissottomettu l-osservazzjonijiet, il-benefiċjarju jew il-persuna fiżika kkonċernata għandhom jingħataw perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mir-regoli applikabbli, biex jissottomettu l-osservazzjonijiet bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju jew tal-persuna fiżika kkonċernata, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.
Artikolu 14
Tħassir u dħul fis-seħħ
1. Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2019 (5) hija mħassra b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Madankollu dik id-Deċiżjoni għandha tkompli tapplika fir-rigward tal-atti u tal-impenji relatati mal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-snin finanzjarji 2025 u 2026.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 15
Pubblikazzjoni
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.
(1) ĠU L 2025/2445, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2445/oj.
(2) ĠU L 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
(3) ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2401/oj.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-20 ta’ Jannar 2025 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew.
ANNESS 1a
[MUDELL] FTEHIM TA’ KONTRIBUZZJONI — PARTIT
NUMRU: …[DAĦĦAL]
Il-Parlament Ewropew, li s-Segretarjat tiegħu jinsab fi
Plateau du Kirchberg, L-2929 il-Lussemburgu,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Parlament Ewropew”,
irrappreżentat, għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim,
minn … [kunjom/isem/funzjoni],
minn naħa waħda,
u
[isem uffiċjali sħiħ tal-benefiċjarju]
[forma legali uffiċjali]
[numru ta’ reġistrazzjoni legali]
[indirizz uffiċjali sħiħ]
[numru tal-VAT],
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-benefiċjarju”,
irrappreżentat, għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim,
minn: … [rappreżentant intitolat li jidħol f’impenji legali] …,
min-naħa l-oħra,
FTIEHMU
dwar dawn it-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali, it-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali u l-estimu baġitarju fl-Anness li għandu jifforma parti integrali minn dan il-ftehim.
Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta’ partijiet oħra ta’ dan il-ftehim. Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk tal-Anness.
WERREJ
|
I. |
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI | 11 |
|
Artikolu I.1. — |
SUĠĠETT TAD-DEĊIŻJONI | 11 |
|
Artikolu I.2. — |
PERJODU TA’ ELIĠIBILITÀ | 11 |
|
Artikolu I.3. — |
FORMA TA’ FINANZJAMENT | 11 |
|
Artikolu I.4. — |
AMMONT MASSIMU TA’ FINANZJAMENT PROVIŻORJU | 11 |
|
Artikolu I.5. — |
PAGAMENTI U ARRANĠAMENTI TAL-PAGAMENTI | 11 |
|
I.5.1. |
Prefinanzjament | 11 |
|
I.5.2. |
Pagament tal-bilanċ lill-benefiċjarju | 11 |
|
I.5.3. |
Munita | 11 |
|
Artikolu I.6. — |
KONT BANKARJU | 12 |
|
Artikolu I.7. — |
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ĠENERALI | 12 |
|
Artikolu I.8. — |
DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM | 12 |
|
II. |
KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI | 12 |
|
PARTI A: |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI | 12 |
|
Artikolu II.1. — |
DEFINIZZJONIJIET | 12 |
|
Artikolu II.2. — |
OBBLIGI ĠENERALI TAL-BENEFIĊJARJU | 13 |
|
Artikolu II.3. — |
OBBLIGI MARBUTA MA’ KONT BANKARJU | 14 |
|
Artikolu II.4. — |
RESPONSABILITÀ GĦAD-DANNI | 14 |
|
Artikolu II.5. — |
KUNFIDENZJALITÀ | 14 |
|
Artikolu II.6. — |
PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI | 14 |
|
Artikolu II.7. — |
ŻAMMA TA’ REKORDS | 14 |
|
Artikolu II.8. — |
VIŻIBILITÀ TAL-FINANZJAMENT MILL-UNJONI | 15 |
|
II.8.1. |
Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni | 15 |
|
II.8.2. |
Ċaħda ta’ responsabbiltà | 15 |
|
II.8.3. |
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew | 15 |
|
Artikolu II.9. — |
GĦOTI TA’ KUNTRATTI MILL-BENEFIĊJARJU | 15 |
|
II.9.1. |
Prinċipji | 15 |
|
II.9.2. |
Proċeduri ta’ akkwist | 16 |
|
II.9.3. |
Responsabilità | 16 |
|
Artikolu II.10. — |
APPOĠĠ FINANZJARJU LIL ENTITAJIET ASSOĊJATI | 16 |
|
Artikolu II.11. — |
FORCE MAJEURE | 17 |
|
Artikolu II.12. — |
SOSPENSJONI TAL-PAGAMENT TA’ FINANZJAMENT | 17 |
|
II.12.1. |
Raġunijiet għas-sospensjoni | 17 |
|
II.12.2. |
Proċedura għal sospensjoni | 17 |
|
II.12.3. |
Effetti tas-sospensjoni | 17 |
|
II.12.4. |
Tkomplija tal-pagament | 17 |
|
Artikolu II.13. — |
IRTIRAR TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT MILL-PARLAMENT EWROPEW | 18 |
|
II.13.1. |
Raġunijiet għall-irtirar | 18 |
|
II.13.2. |
Proċedura għall-irtirar | 18 |
|
Artikolu II.14. — |
TERMINAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT | 18 |
|
II.14.1. |
Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju | 18 |
|
II.14.2. |
Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew | 18 |
|
Artikolu II.15. — |
ĊESSJONI | 19 |
|
Artikolu II.16. — |
IMGĦAX TA’ INADEMPJENZA | 19 |
|
Artikolu II.17. — |
LIĠI APPLIKABBLI | 19 |
|
Artikolu II.18. — |
DRITT TA’ SMIGĦ | 19 |
|
PARTI B: |
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI | 20 |
|
Artikolu II.19. — |
NEFQA RIMBORŻABBLI | 20 |
|
II.19.1. |
Kundizzjonijiet | 20 |
|
II.19.2. |
Eżempji ta’ nefqa rimborżabbli | 20 |
|
Artikolu II.20. — |
NEFQA MHUX RIMBORŻABBLI | 21 |
|
Artikolu II.21. — |
IL-BENEFIĊĊJI MHUX FI FLUS | 21 |
|
Artikolu II.22. — |
TRASFERIMENTI TAL-BAĠIT | 21 |
|
Artikolu II.23. — |
OBBLIGI TA’ RAPPORTAR | 22 |
|
II.23.1. |
Rapport annwali | 22 |
|
II.23.2. |
Rapport tal-awditjar estern | 22 |
|
Artikolu II.24. — |
DEĊIŻJONI DWAR RAPPORT ANNWALI | 23 |
|
Artikolu II.25. — |
DEĊIŻJONI DWAR L-AMMONT TA’ FINANZJAMENT FINALI | 23 |
|
II.25.1. |
Impatt tar-rapport annwali | 23 |
|
II.25.2. |
Soll | 23 |
|
II.25.3. |
Riport ta’ fondi mhux minfuqa | 23 |
|
II.25.4. |
Deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali | 24 |
|
II.25.5. |
Irkupru ta’ finanzjament mhux minfuq | 24 |
|
II.25.6. |
Bilanċ tal-finanzjament | 24 |
|
II.25.7. |
Bilanċ favorevoli ta’ riżorsi proprji | 24 |
|
Artikolu II.26. — |
IMGĦAX FUQ IL-PREFINANZJAMENT | 25 |
|
Artikolu II.27. — |
IRKUPRU | 25 |
|
II.27.1. |
Imgħax ta’ inadempjenza | 25 |
|
II.27.2. |
Tpaċija | 25 |
|
II.27.3. |
Imposti bankarji | 25 |
|
Artikolu II.28. — |
GARANZIJA FINANZJARJA | 26 |
|
Artikolu II.29. — |
KONTROLL | 26 |
|
II.29.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 26 |
|
II.29.2. |
Obbligu li jiġu pprovduti dokumenti u/jew informazzjoni | 26 |
|
II.29.3. |
Verifiki fuq il-post mill-awtorità kompetenti | 26 |
|
II.29.4. |
Proċedura ta’ kontroll kontradittorja mill-Parlament Ewropew | 27 |
|
II.29.5. |
Effetti tal-konklużjonijiet u s-sejbiet tal-kontroll | 27 |
|
II.29.6. |
Drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF | 27 |
|
II.29.7. |
Drittijiet ta’ kontroll tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri | 27 |
|
II.29.8. |
Drittijiet ta’ kontroll tal-UPPE | 28 |
|
II.29.9. |
Kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-kontroll fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament finali | 28 |
|
II.29.10. |
Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikolu II.29.1 sal-Artikolu II.29.3 | 28 |
|
ANNESS — |
ESTIMU BAĠITARJU | 29 |
I. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI
ARTIKOLU I.1. — SUĠĠETT TAL-FTEHIM
Il-Parlament Ewropew jagħti finanzjament għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju fis-sena finanzjarja [daħħal], f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali (“termini u kundizzjonijiet”), kif ukoll f’konformità mal-Anness ta’ dan il-ftehim. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-finanzjament adottata mill-Parlament Ewropew fi [daħħal id-data].
Il-benefiċjarju ser juża l-finanzjament għall-fini tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tiegħu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabilità tiegħu stess.
ARTIKOLU I.2. — PERJODU TA’ ELIĠIBILITÀ
Il-perjodu ta’ eliġibilità għal finanzjament tal-Unjoni għandu jibda jgħodd minn [daħħal JJ/XX/SS] sa [daħħal JJ/XX/SS].
ARTIKOLU I.3. — FORMA TA’ FINANZJAMENT
Il-kontribuzzjonijiet mogħtija lill-benefiċjarju skont it-Titolu XI tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-“Regolament Finanzjarju”) għandhom jieħdu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tan-nefqa rimborżabbli mġarrba verament.
ARTIKOLU I.4. — AMMONT MASSIMU TA’ FINANZJAMENT PROVIŻORJU
Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi l-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju ta’ EUR [daħħal l-ammont] f’konformità mad-deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-Bureau fi [daħħal id-data].
L-estimu baġitarju huwa stabbilit fl-Anness li ġie ppreżentat mill-benefiċjarju fl-applikazzjoni tiegħu għall-finanzjament.
ARTIKOLU I.5. — PAGAMENTI U ARRANĠAMENTI TAL-PAGAMENTI
Il-finanzjament għandu jitħallas skont l-iskeda u l-arranġamenti li ġejjin
I.5.1. Prefinanzjament
Il-pagament ta’ prefinanzjament ta’ EUR [daħħal ammont], li jirrappreżenta [100 % awtomatikament, inkella daħħal il-perċentwal deċiż mill-Parlament Ewropew fid-Deċiżjoni tal-Finanzjament] tal-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu I.4 ta’ dan il-ftehim, għandu jsir lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim jew, jekk applikabbli, mid-data meta l-Parlament Ewropew jirċievi l-garanzija finanzjarja [ta’ EUR... daħħal l-ammont jekk applikabbli], skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.
I.5.2. Pagament tal-bilanċ lill-benefiċjarju
F’każ li jkun hemm bilanċ tal-finanzjament li jkun irid jitħallas lill-benefiċjarju, dan għandu jitħallas lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali u d-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament finali kif speċifikat fl-Artikolu II.25.
I.5.3. Munita
Il-pagamenti jitħallsu mill-Parlament Ewropew f’euro. Kwalunkwe konverżjoni tal-ispejjeż reali f’euro għandha ssir bir-rata ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew inkella, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata mensili tal-kontabilità stabbilita mill-Parlament Ewropew u ppubblikata fis-sit web tiegħu, fil-jum meta tinħareġ l-ordni ta’ pagament mill-Parlament Ewropew, ħlief meta t-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali jipprevedu espressament mod ieħor.
Il-pagamenti mill-Parlament Ewropew għandhom jitqiesu li jkunu saru fid-data li fiha jiġu ddebitati mill-kont tal-Parlament Ewropew.
ARTIKOLU I.6. — KONT BANKARJU
Il-pagamenti għandhom isiru fil-kont jew is-subkont bankarju miżmum mill-benefiċjarju f’bank stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, denominat f’euro, u li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt:
Isem tal-bank: […]
Indirizz tal-fergħa bankarja fejn hemm il-kont: […]
Id-denominazzjoni eżatta tad-detentur tal-kont: […]
Numru tal-kont sħiħ (inklużi l-kodiċi bankarji): […]
IBAN: […]
BIC / SWIFT: […]
ARTIKOLU I.7. — DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ĠENERALI
Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew b’rabta ma’ dan il-ftehim għandha ssir bil-miktub, għandha tinkludi n-numru tal-ftehim u għandha tintbagħat b’mod elettroniku lil fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu jew bil-posta ordinarja lil dan l-indirizz:
|
Il-Parlament Ewropew |
|
Direttur Ġenerali tal-Finanzi |
|
[għandu jiddaħħal l-indirizz tal-bini/uffiċċju] |
|
L-2929 Il-Lussemburgu |
|
LUSSEMBURGU |
Il-posta ordinarja għandha titqies li ntlaqgħet mill-Parlament Ewropew fid-data li hija tiġi formalment irreġistrata mis-Servizz Postali tal-Parlament Ewropew.
Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-benefiċjarju b’rabta ma’ dan il-ftehim għandha tkun bil-miktub, għandu jkollha n-numru tal-ftehim u għandha tintbagħat jew lil dan l-indirizz jew b’mod elettroniku lill-indirizz elettroniku ta’ hawn taħt:
Sinjur/Sinjura […]
[Funzjoni]
[Isem uffiċjali tal-korp benefiċjarju]
[Indirizz uffiċjali sħiħ]
Indirizz tal-posta elettronika: […]
Il-benefiċjarju għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi postali jew fl-indirizz elettroniku tiegħu mingħajr dewmien bla bżonn. Dak l-obbligu għandu jkompli japplika għal perjodu ta’ ħames snin wara d-data tal-aħħar pagament skont dan il-ftehim.
ARTIKOLU I.8 — DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM
Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fih jiġi ffirmat f’isem il-Parlament Ewropew.
II. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI
PARTI A: DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI
ARTIKOLU II.1. — DEFINIZZJONIJIET
Għall-iskop ta’ dan il-ftehim:
|
(1) |
“rapport ta’ attività” tfisser ġustifikazzjoni bil-miktub tal-ispejjeż imġarrba matul il-perjodu ta’ eliġibilità. Pereżempju, spjegazzjoni tal-attivitajiet, spejjeż amministrattivi, eċċ. Ir-rapport tal-attività huwa parti mir-rapport annwali; |
|
(2) |
“rapport annwali” tfisser rapport li jrid jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 233 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(3) |
“bilanċ tal-finanzjament” tfisser id-differenza bejn l-ammont tal-prefinanzjament skont l-Artikolu I.5.1 u l-ammont finali tal-finanzjament stabbilit skont l-Artikolu II.25.4; |
|
(4) |
“ikklerjar tal-pagamenti” tfisser sitwazzjoni fejn l-ammont tal-finanzjament finali huwa stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u l-ammont imħallas lill-benefiċjarju ma jibqax proprjetà tal-Unjoni; |
|
(5) |
“kunflitt ta’ interessi” tfisser sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tal-ftehim mill-benefiċjarju tkun kompromessa minħabba raġunijiet li jinvolvu lill-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ kwalunkwe parti terza relatata mas-suġġett tal-ftehim. L-affinità politika, fil-prinċipju, ma tikkostitwixxix raġuni għal kunfitt ta’ interessi fil-każ ta’ ftehimiet konklużi bejn il-partit politiku u organizzazzjonijiet li jħaddnu l-istess valuri politiċi. Madankollu, fil-każ ta’ tali ftehim, il-konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 trid tiġi osservata; |
|
(6) |
“sena finanzjarja N” tfisser is-sena finanzjarja li għaliha ngħatat il-kontribuzzjoni f’konformità mad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu I.1; |
|
(7) |
“force majeure” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni jew ġrajja mhux prevista u eċċezzjonali li tkun barra mill-kontroll tal-benefiċjarju jew tal-Parlament Ewropew li tipprevjeni lil kwalunkwe wieħed minnhom milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħhom skont il-ftehim, li mhijiex attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħhom jew min-naħa tas-sottokuntratturi, l-entitajiet affiljati jew il-partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju u li tirriżulta inevitabbli minkejja li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure: tilwim industrijali, strikes, diffikultajiet finanzjarji jew kwalunkwe difett ta’ servizz, difett f’tagħmir jew materjal jew dewmien biex jagħmilhom disponibbli, kemm-il darba ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta’ force majeure; |
|
(8) |
“tinnotifika formalment” tfisser tikkomunika bil-miktub permezz tal-posta jew tal-posta elettronika bi prova tal-kunsinna; |
|
(9) |
“frodi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, jew man-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku; |
|
(10) |
“finanzjament” tfisser kontribuzzjoni mogħtija f’konformità mat-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju u tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom)2025/2445; |
|
(11) |
“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa tal-benefiċjarju, li jkollu jew jista’ jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni; |
|
(12) |
“benefiċċji mhux fi flus” tfisser kwalunkwe offerta jew kontribuzzjoni in natura, il-forniment taħt il-valur tas-suq ta’ kwalunkwe prodott, servizz jew xogħol, u kwalunkwe tranżazzjoni oħra li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għall-benefiċjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punti (9) u (10), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(13) |
“riżorsi proprji” tfisser is-sorsi ta’ finanzjament għajr il-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jikkonsistu f’donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet, riżorsi awtoġenerati (kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (9), (10) u (11), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445), u dħul ieħor (eż. imgħax miksub fuq riżervi, danni legali). |
ARTIKOLU II.2. — OBBLIGI ĠENERALI TAL-BENEFIĊJARJU
Il-benefiċjarju:
|
(a) |
għandu jkollu r-responsabilità unika u l-oneru tal-prova għall-konformità ma’ kwalunkwe obbligu legali li jaqa’ fuqu; |
|
(b) |
għandu jkun meħtieġ jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu li jkun sofra l-Parlament Ewropew b’riżultat tal-implimentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni inkorretta, tal-ftehim, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure; |
|
(c) |
għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli fir-rigward ta’ partijiet terzi, inkluż għal dannu ta’ kwalunkwe għamla li dawn ikunu sofrew waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim; |
|
(d) |
għandu jinforma lill-Parlament Ewropew minnufih bi kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika, organizzattiva jew ta’ sjieda tiegħu u bi kwalunkwe tibdil f’ismu, fl-indirizz jew fir-rappreżentant legali tiegħu; |
|
(e) |
għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni li jinqala’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi. |
ARTIKOLU II.3. — OBBLIGI MARBUTA MA’ KONT BANKARJU
Il-kont jew is-subkont imsemmi fl-Artikolu I.6 irid jippermetti l-identifikazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew u jrid ikun riżervat esklużivament biex jilqa’ fih l-ammonti msemmija fl-Artikolu I.5 imħallsa mill-Parlament Ewropew.
Jekk l-ammonti mħallsa f’dan il-kont bħala prefinanzjament jirrendu mgħax jew benefiċċji ekwivalenti skont il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab miftuħ il-kont, tali mgħax jew benefiċċji għandhom jiġu rkuprati mill-Parlament Ewropew b’suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu II.26, f’konformità mal-Artikolu 232(5) tar-Regolament Finanzjarju.
L-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jintużaw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni.
Il-prefinanzjament jibqa’ proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi kklerjat permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-ammont finali tal-finanzjament.
ARTIKOLU II.4. — RESPONSABILITÀ GĦAD-DANNI
Il-Parlament Ewropew ma jistax jinżamm responsabbli għall-ebda dannu kkawżat jew imġarrab mill-benefiċjarju, inkluż kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi waqt l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim jew b’konsegwenza ta’ tali implimentazzjoni.
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-benefiċjarju għandu jikkumpensa lill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe dannu li jġarrab b’riżultat tal-implimentazzjoni tal-ftehim jew minħabba li l-ftehim ma jkunx ġie implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tiegħu.
ARTIKOLU II.5. — KUNFIDENZJALITÀ
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-ftehim, fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew f’atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju jintrabtu li jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument, informazzjoni jew materjal ieħor direttament relatat mas-suġġett ta’ dan il-ftehim.
ARTIKOLU II.6. — PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ dan il-ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-Parlament Ewropew għandu jikkonforma mar-Regolament (UE)2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Tali data għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ftehim mingħajr preġudizzju għall-possibilità li din id-data tiġi ttrasferita lill-korpi responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-awditjar u l-verifika b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-benefiċjarju b’rabta ma’ dan il-ftehim huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Mingħajr preġudizzju għall-każijiet l-oħra previsti f’dak ir-Regolament, l-ipproċessar tad-data personali b’rabta ma’ dan il-ftehim huwa awtorizzat biss jekk huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim.
ARTIKOLU II.7. — ŻAMMA TA’ REKORDS
F’konformità mal-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jżomm ir-rekords, inklużi r-rekords dwar il-kontabilità, l-istatistiċi u t-taxxa, u d-dokumenti ta’ sostenn kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-ftehim għal ħames snin wara l-aħħar pagament relatat mal-ftehim.
Rekords relatati ma’ awditi, ma’ appelli, ma’ litigazzjoni, mas-soluzzjoni ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-finanzjament jew mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jew ma’ investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), jekk innotifikati lill-benefiċjarju, għandhom jinżammu sakemm jitlestew it-tali awditi, appelli, litigazzjoni, soluzzjoni ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet.
Għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist konkluż mill-benefiċjarju għall-implimentazzjoni tal-ftehim, il-benefiċjarju għandu jżomm rekord tal-proċedura tal-offerti, inkluża l-korrispondenza oriġinali (elettronika/stampata) (bħal stediniet bil-miktub għall-offerti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta), rekord tal-evalwazzjoni tal-offerti riċevuti, il-ġustifikazzjoni bil-miktub għall-għażla tal-fornitur finali, u l-kuntratt oriġinali ffirmat miż-żewġ partijiet.
ARTIKOLU II.8. — VIŻIBILITÀ TAL-FINANZJAMENT MILL-UNJONI
II.8.1. Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni
Sakemm il-Parlament Ewropew ma jitlobx jew ma jaqbilx mod ieħor, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni (inkluż online), inkluż waqt konferenzi jew seminars, u kwalunkwe materjal ta’ informazzjoni, bħal brochures, fuljetti, posters, preżentazzjonijiet, mill-benefiċjarju, relatata ma’ azzjoni ffinanzjata mill-kontribuzzjoni, għandha tirrikonoxxi l-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarju, permezz tad-dikjarazzjoni ta’ finanzjament li ġejja (tradotta fil-lingwi lokali, fejn xieraq):
“Il-partit politiku Ewropew [isem jew akronimu] huwa ffinanzjat sa massimu ta’ 95 % mill-fondi tal-Unjoni.”
II.8.2. Ċaħda ta’ responsabbiltà
Kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju, f’kull forma u b’kull mezz, għandha tindika li r-responsabbli uniku hu l-benefiċjarju u li l-Unjoni Ewropea mhix responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni misjuba fihom.
II.8.3. Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew
F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, il-Parlament Ewropew għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu l-informazzjoni li huwa responsabbli għaliha, kif speċifikat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
ARTIKOLU II.9. — GĦOTI TA’ KUNTRATTI MILL-BENEFIĊJARJU
II.9.1. Prinċipji
Il-finanzjament jista’ jintuża għar-rimborż tan-nefqa relatata ma’ kuntratti konklużi mill-benefiċjarju, dment li:
|
(a) |
f’konformità mal-Artikolu 226(2) tar-Regolament Finanzjarju, ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interess meta ngħataw il-kuntratti; |
|
(b) |
f’konformità mal-Artikolu 163(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni ġew irrispettati meta ngħataw il-kuntratti; |
|
(c) |
it-tul ta’ żmien tal-kuntratti ta’ akkwist ikkonċernati, inkluż it-tiġdid, ma jaqbiżx il-ħames snin; |
|
(d) |
għal kuntratti ta’ akkwist b’valur li jaqbeż is-EUR 60 000 (eskluża l-VAT) għal kull fornitur u għal kull oġġett jew servizz, il-benefiċjarju jorganizza proċeduri tal-offerti f’konformità mal-Artikolu II.9.2. |
Il-valur stmat ta’ kuntratt ma għandux jiġi ddeterminat bil-ħsieb li jiġu evitati r-regoli applikabbli, u kuntratt lanqas ma għandu jinqasam għal dak l-għan. Sabiex jiġi ddeterminat jekk intlaħaqx il-limitu ta’ EUR 60 000 (eskluża l-VAT), għandu jitqies il-valur globali tal-kuntratt matul id-durata kollha prevista tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe ammont relatat mas-sottokuntrattar.
II.9.2. Proċeduri ta’ akkwist
Għal kuntratti ta’ akkwist b’valur li jaqbeż EUR 60 000 (eskluża l-VAT), il-benefiċjarju għandu jorganizza proċeduri ta’ akkwist f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
is-sejħa għal offerti (sejħa bil-miktub għal offerti) tinkludi kriterji ta’ esklużjoni, kriterji tal-għażla (inkluża l-kapaċità finanzjarja u teknika minima), kriterji tal-għoti u metodu ta’ punteġġ ibbażat fuq il-prezz u l-kwalità jew il-prezz biss, kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi (riżultati mistennija, kwalità u volum mistennija ta’ servizzi/oġġetti) li abbażi tagħhom il-benefiċjarju għandu jevalwa l-offerti; l-offerenti għandhom jissottomettu offerti ddatati u ffirmati bi prezzijiet (inklużi prezzijiet għal kull unità jekk applikabbli) u dokumenti ta’ sostenn, li jippermettu tqabbil bejn l-offerti; |
|
(b) |
is-sejħa għall-offerti għandha tiġi ppubblikata jew tintbagħat permezz ta’ mezzi xierqa, biex tiġi żgurata kompetizzjoni wiesgħa bi skadenzi raġonevoli (mill-inqas 10 ijiem) għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet/offerti; |
|
(c) |
il-benefiċjarju għandu jiġbor mill-inqas tliet offerti indipendenti. Jekk ikun hemm inqas minn tliet offerti indipendenti bi tweġiba għal istedina bil-miktub għal offerta, il-benefiċjarju għandu juri li kien impossibbli li jinkisbu offerti addizzjonali għall-akkwist inkwistjoni. |
|
(d) |
l-offerti għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-offerti; ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jippreżenta l-punteġġi, jenfasizza l-vantaġġi komparattivi tal-offerent magħżul u jkun datat u ffirmat minn rappreżentant(i) tal-benefiċjarju, li ma għandu/għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess; |
|
(e) |
il-kuntratti għandhom ikunu datati u ffirmati miż-żewġ partijiet u għandhom jirriflettu l-istess termini bħal fl-offerta, jew jinkludu termini li mhumiex inqas favorevoli għall-benefiċjarju; |
|
(f) |
is-sottokuntrattar għandu jkun permess jekk ikun inkluż fl-offerti u awtorizzat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
Il-proċeduri ta’ akkwist jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali kif stabbilit fis-sejħa għall-kontribuzzjonijiet.
II.9.3. Responsabilità
Il-benefiċjarju għandu jibqa’ l-uniku wieħed responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim. Il-benefiċjarju għandu jiddikjara fil-kuntratti tiegħu ma’ partijiet terzi li l-Parlament Ewropew fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jitqies bħala parti għal dawk il-kuntratti jew jinżamm responsabbli b’xi mod vis-à-vis il-kuntratturi.
ARTIKOLU II.10. — APPOĠĠ FINANZJARJU LIL ENTITAJIET ASSOĊJATI
L-appoġġ finanzjarju mogħti mill-benefiċjarju lill-entitajiet assoċjati, skont it-tifsira tal-Artikolu 226(3) tar-Regolament Finanzjarju, jista’, f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin, jikkostitwixxi nefqa rimborżabbli:
|
(a) |
l-appoġġ finanzjarju jingħata mill-benefiċjarju lill-entitajiet assoċjati li ġejjin:. [daħħal l-ismijiet tal-benefiċjarji potenzjali kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni]; |
|
(b) |
dawk l-entitajiet huma parti mill-organizzazzjoni amministrattiva tal-benefiċjarju kif stabbilit fl-istatuti tal-benefiċjarju; |
|
(c) |
l-appoġġ finanzjarju għal kull entità ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000; |
|
(d) |
jintuża mill-entità assoċjata għal nefqa rimborżabbli; |
|
(e) |
kwaunkwe somma f’daqqa mħallsa lill-entità assoċjata ma taqbiżx kwart tal-appoġġ finanzjarju totali lil dik l-entità. |
Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (l-Awtorità), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-UPPE, fejn applikabbli, jew l-OLAF jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
ARTIKOLU II.11. — FORCE MAJEURE
Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-benefiċjarju jiffaċċja sitwazzjoni ta’ force majeure, dawn għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor mingħajr dewmien, permezz ta’ ittra rreġistrata li jkollha rċevuta li tagħti prova tal-kunsinna jew prova ekwivalenti, liema ittra tiddikjara n-natura, id-durata probabbli u l-effetti probabbli tas-sitwazzjoni inkwistjoni.
Il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju għandhom jagħmlu kull sforz biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe ħsara li tista’ tiġi kkawżata minn sitwazzjoni ta’ force majeure.
La l-Parlament Ewropew u lanqas il-benefiċjarju ma għandhom jitqiesu li jkunu kisru xi obbligu tagħhom skont il-ftehim jekk dawn ikunu nżammu milli jissodisfaw dak l-obbligu minħabba force majeure.
ARTIKOLU II.12. — SOSPENSJONI TAL-PAGAMENT TA’ FINANZJAMENT
II.12.1. Raġunijiet għas-sospensjoni
Il-Parlament Ewropew jista’ jissospendi l-pagament tal-finanzjament, f’konformità mar-regoli applikabbli skont ir-Regolament Finanzjarju (b’mod partikolari l-Artikolu 116(4), l-Artikolu 132 u l-Artikolu 234(3) u (5) tiegħu), inkluż fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(i) |
fejn jissuspetta irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi mwettqa mill-benefiċjarju matul il-proċedura tal-għoti jew waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim, sakemm titlesta l-verifika ta’ dawk is-suspetti; |
|
(ii) |
meta l-benefiċjarju jkun ġie soġġett għas-sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, li jkunu skadew, sakemm titħallas is-sanzjoni finanzjarja; jew |
|
(iii) |
jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu II.29.1 sal-Artikolu II. 29.3 ta’ dan il-ftehim. |
II.12.2. Proċedura għal sospensjoni
|
L-Ewwel Pass — |
Qabel ma jissospendi l-pagament, il-Parlament Ewropew għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ sospensjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha jirċievi dik in-notifika. |
|
It-Tieni Pass — |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jkomplix għaddej bil-proċedura ta’ sospensjoni, huwa għandu jinnotifika lill-benefiċjarju b’dik id-deċiżjoni. |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jwettaq il-proċedura ta’ sospensjoni, huwa għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar is-sospensjoni fejn jinfurmah dwar:
|
(i) |
id-data indikattiva tat-tlestija tal-verifika meħtieġa fil-każ imsemmi fl-Artikolu II.12.1, il-punt (i), u l-ammonti sospiżi; u |
|
(ii) |
kwalunkwe rimedju legali. |
II.12.3. Effetti tas-sospensjoni
Is-sospensjoni tal-pagament għandu jkollha l-effett li l-benefiċjarju ma jkun intitolat li jirċievi l-ebda pagament mill-Parlament Ewropew sa meta l-verifika msemmija fl-Artikolu II.12.2, il-punt (i), fl-ambitu tat-Tieni Pass, tkun tlestiet għalkollox jew ir-raġuni għas-sospensjoni ma tibqax tapplika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jirtira jew jittermina d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament skont l-Artikoli II.13 u II.14.
II.12.4. Tkomplija tal-pagament
Mill-mument meta r-raġuni għas-sospensjoni tal-pagament ma tibqax tapplika, il-pagamenti kollha kkonċernati għandhom jitkomplew u l-Parlament Ewropew għandu jinnotifika b’dan lill-benefiċjarju.
ARTIKOLU II.13. — IRTIRAR TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT MILL-PARLAMENT EWROPEW
II.13.1. Raġunijiet għall-irtirar
Meta l-Awtorità tadotta deċiżjoni biex tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru abbażi tal-Artikolu 21(1), il-punt (a)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, il-Parlament Ewropew għandu jirtira d-deċiżjoni ta’ finanzjament li tikkonċerna lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament u bil-konsegwenzi speċifikati fih.
II.13.2. Proċedura għall-irtirar
|
L-Ewwel Pass — |
Qabel l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ finanzjament rigward benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ rtirar, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha jirċievi dik in-notifika. |
|
It-Tieni Pass — |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jirtirax id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, huwa għandu jinnotifika lill-benefiċjarju b’dik id-deċiżjoni.
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, huwa għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar l-irtirar. |
|
It-Tielet Pass — |
B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-benefiċjarju bit-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni. |
ARTIKOLU II.14. — TERMINAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT
II.14.1. Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju
Il-benefiċjarju jista’ jitlob li d-Deċiżjoni tal-Finanzjament tiġi terminata.
Il-benefiċjarju għandu formalment jinnotifika lill-Parlament Ewropew dwar it-terminazzjoni, filwaqt li jiddikjara:
|
(a) |
ir-raġunijiet għat-terminazzjoni; u |
|
(b) |
id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha tkun intbagħtet in-notifika. |
It-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni tat-terminazzjoni jew, jekk l-ebda data ma tkun speċifikata fiha, fil-jum tan-notifika tagħha lill-benefiċjarju. B’segwitu għat-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jittermina mingħajr dewmien il-ftehim ta’ kontribuzzjoni b’effett mill-istess jum.
II.14.2. Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew
II.14.2.A. Raġunijiet għat-terminazzjoni
Il-Parlament Ewropew għandu jtemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament b’effett futur u bħala riżultat jittermina dan il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
meta jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni skont l-Artikolu 36(1), il-punt (a) jew (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(b) |
jekk il-benefiċjarju ma jibqax konformi mal-Artikolu 23(2), it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(c) |
f’konformità mar-regoli applikabbli skont ir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari l-Artikolu 132 tiegħu; |
|
(d) |
jekk il-benefiċjarju jiġi ddikjarat fallut, ikun għaddej minn proċedura ta’ xoljiment jew ikun is-suġġett ta’ kwalunkwe proċediment simili ieħor. |
II.14.2.B. Proċedura għat-terminazzjoni
|
L-Ewwel Pass — |
Qabel it-terminazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ terminazzjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha jirċievi dik in-notifika. |
|
It-Tieni Pass — |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jitterminax id-Deċiżjoni tal-Finanzjament, huwa għandu jinnotifika lill-benefiċjarju b’dik id-deċiżjoni.
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jittermina d-Deċiżjoni tal-Finanzjament, huwa għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar it-terminazzjoni. |
|
It-Tielet Pass — |
B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-benefiċjarju bit-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni. |
ARTIKOLU II.15. — ĊESSJONI
Il-benefiċjarju ma jista’ jċedi ebda waħda mit-talbiet tiegħu għall-pagament kontra l-Parlament Ewropew lill-ebda parti terza, ħlief jekk approvat minn qabel mill-Parlament Ewropew abbażi ta’ talba motivata u bil-miktub mill-benefiċjarju.
Jekk il-Parlament Ewropew ma jaċċettax bil-miktub iċ-ċessjoni jew jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ċessjoni ma jiġux osservati, iċ-ċessjoni ma jkollha l-ebda effett legali.
Ċessjoni fl-ebda ċirkostanza ma tista’ teżenta lill-benefiċjarju mill-obbligi tiegħu lejn il-Parlament Ewropew.
ARTIKOLU II.16. — IMGĦAX TA’ INADEMPJENZA
Jekk il-Parlament Ewropew ma jħallasx fil-limiti ta’ żmien għall-pagament, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għal imgħax ta’ inadempjenza bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu f’euro (ir-“rata ta’ referenza”), flimkien ma’ tliet punti u nofs. Ir-rata ta’ referenza hija r-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-pagament, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jekk il-Parlament Ewropew jissospendi l-pagamenti kif previst fl-Artikolu II.12, dawn l-azzjonijiet ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala każijiet ta’ inadempjenza.
L-imgħax ta’ inadempjenza jkopri l-perjodu li jibda mill-jum wara d-data dovuta għall-pagament, sa u inkluża d-data tal-pagament attwali.
Bħala eċċezzjoni għall-ewwel subparagrafu, jekk l-imgħax ikkalkulat ikun inqas minn EUR 200 jew ugwali għal dan l-ammont, il-Parlament Ewropew għandu jintalab iħallas dan l-ammont lill-benefiċjarju biss jekk il-benefiċjarju jitlob dan fi żmien xahrejn minn meta jirċievi pagament tardiv.
ARTIKOLU II.17. — LIĠI APPLIKABBLI
Dan il-ftehim huwa rregolat mil-liġi applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari mir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju. Dawn huma kkomplementati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-benefiċjarju għandu s-sede tiegħu.
ARTIKOLU II.18. — DRITT TA’ SMIGĦ
Fil-każijiet fejn, skont dan il-ftehim, il-benefiċjarju għandu d-dritt jippreżenta l-osservazzjonijiet, il-benefiċjarju għandu jingħata perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief fejn previst espressament mod ieħor, biex jippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.
PARTI B: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
ARTIKOLU II.19. — NEFQA RIMBORŻABBLI
II.19.1. Kundizzjonijiet
Sabiex tiġi kkunsidrata eliġibbli għal rimborż mill-finanzjament tal-Unjoni, in-nefqa għandha tissodisfa l-kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
tkun relatata direttament mas-suġġett tal-ftehim u prevista fl-estimu baġitarju anness mal-ftehim; |
|
(b) |
tkun neċessarja għall-implimentazzjoni tal-ftehim; |
|
(c) |
tkun raġonevoli u ġustifikata, u tikkonforma mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza; |
|
(d) |
tkun ġġenerata matul il-perjodu ta’ eliġibilità kif definit fl-Artikolu I.2, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati ma’ rapporti annwali u ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew kontijiet ta’ bażi; |
|
(e) |
tkun imġarrba verament mill-benefiċjarju; |
|
(f) |
tkun identifikabbli u verifikabbli, u jkun ittieħed rekord tagħha fil-kontijiet tal-benefiċjarju, f’konformità mal-istandards tal-kontabilità applikabbli għalih; |
|
(g) |
tkun tikkonforma mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli tat-taxxa u s-sigurtà soċjali; |
|
(h) |
tkun tikkonforma mal-Artikolu II.9.1; |
|
(i) |
tkun tikkonforma, jekk l-ispejjeż rilevanti jirriżultaw minn kuntratti ta’ akkwist b’valur li jaqbeż is-EUR 60 000 (eskluża l-VAT), mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu II.9.2; |
|
(j) |
ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew fis-sejħa għall-kontribuzzjonijiet. |
Il-proċeduri tal-kontabilità u tal-awditjar intern tal-benefiċjarju għandhom jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni diretta tal-ispejjeż u d-dħul iddikjarati fir-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji u d-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti. In-nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni xierqa jista’ jirriżulta fil-klassifikazzjoni tan-nefqa bħala mhux rimborżabbli.
II.19.2. Eżempji ta’ nefqa rimborżabbli
B’mod partikolari u, jekk jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu II.19.1, l-ispejjeż operatorji li ġejjin għandhom jitqiesu bħala rimborżabbli:
|
(a) |
nefqa relatata ma’ assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntiera, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet; |
|
(b) |
spejjeż relatati mal-persunal, li jinkludu s-salarji attwali, il-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-remunerazzjoni, sakemm dawn ma jaqbżux ir-rati medji skont il-politika normalment segwita mill-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni; |
|
(c) |
spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-persunal, sakemm dawn ikunu konsistenti mal-prattiki normalment segwiti tal-benefiċjarju rigward l-ispejjeż tal-ivvjaġġar; |
|
(d) |
spejjeż ta’ deprezzament ta’ tagħmir jew assijiet oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fir-rapporti kontabilistiċi tal-benefiċjarju, sakemm l-assi
|
|
(e) |
l-ispejjeż ta’ garanziji finanzjarji, relatati mal-prefinanzjament imħallas mill-Parlament Ewropew. |
ARTIKOLU II.20. — NEFQA MHUX RIMBORŻABBLI
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.19.1 ta’ dan il-ftehim, in-nefqa li ġejja għandha titqies bħala nefqa mhux rimborżabbli:
|
(a) |
ir-redditu fuq il-kapital u d-dividendi mħallsa mill-benefiċjarju; |
|
(b) |
id-dejn u l-ispejjeż għas-servizz tad-dejn; |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet għal telf jew djun; |
|
(d) |
l-imgħax dovut, bl-eċċezzjoni tal-imgħax negattiv għall-kont li fih jintbagħat il-prefinanzjament mingħand il-Parlament Ewropew, dment li tali mgħax negattiv ma setax jiġi evitat; |
|
(e) |
id-djun dubjużi; |
|
(f) |
it-telf fuq il-kambju; |
|
(g) |
l-ispejjeż tat-trasferimenti mill-Parlament Ewropew imposti mill-bank tal-benefiċjarju; |
|
(h) |
in-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarju fl-ambitu ta’ azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni; |
|
(i) |
il-benefiċċji mhux fi flus; |
|
(j) |
in-nefqa żejda jew irresponsabbli; |
|
(k) |
il-VAT deduċibbli; |
|
(l) |
il-finanzjament projbit ta’ ċerti partijiet terzi skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u l-Artikolu 226(3) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
(m) |
in-nefqa relatata ma’ tilwim legali mal-Parlament Ewropew jew mal-Awtorità; |
|
(n) |
l-ammont ta’ sanzjonijiet finanzjarji imposti mill-Awtorità jew minn kwalunkwe awtorità nazzjonali u l-imgħax ta’ inadempjenza pagabbli b’riżultat ta’ dan; |
|
(o) |
nefqa li ma jkollhiex biżżejjed evidenza ta’ sostenn, bħal dokumenti tal-offerti, kuntratti, fatturi, riżultati tanġibbli. |
ARTIKOLU II.21. — IL-BENEFIĊĊJI MHUX FI FLUS
Il-valur tal-benefiċċji mhux fi flus ma għandux jaqbeż:
|
(a) |
l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-benefiċċji mhux fi flus li fil-fatt saru mill-partijiet terzi jew mill-membri li jagħtu dawk il-benefiċċji, debitament ippruvati b’dokumenti tal-kontabilità; |
|
(b) |
fin-nuqqas ta’ tali dokumenti, l-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq inkwistjoni; |
|
(c) |
il-valur tagħhom kif aċċettat fl-estimu baġitarju stabbilit fl-Anness; |
|
(d) |
50 % tar-riżorsi proprji aċċettati fl-estimu baġitarju. |
Il-benefiċċji mhux fi flus:
|
(a) |
għandhom jiġu kontabilizzati separatament, kemm fid-dħul kif ukoll fin-nefqa; |
|
(b) |
għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, kif ukoll mar-regoli tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali nazzjonali; |
|
(c) |
għandhom jiġu aċċettati biss fuq bażi proviżorja, b’soġġett għal ċertifikazzjoni mill-awditur estern u għall-aċċettazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali; |
|
(d) |
ma għandhomx ikunu f’forma ta’ proprjetà immobbli. |
ARTIKOLU II.22. — TRASFERIMENTI TAL-BAĠIT
Il-benefiċjarju għandu jkun permess jaġġusta l-estimu baġitarju stabbilit fl-Anness, permezz ta’ trasferimenti bejn il-kategoriji differenti tal-baġit mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.21. Dan l-aġġustament ma għandux jirrikjedi emenda tal-ftehim. Dawn it-trasferimenti għandhom jiġu ġġustifikati fir-rapport annwali.
ARTIKOLU II.23. — OBBLIGI TA’ RAPPORTAR
II.23.1. Rapport annwali
Preferibbilment sal-15 ta’ Mejju, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, wara tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jissottometti lill-uffiċjal awtorizzanti permezz ta’ delega rapport annwali f’format miftuħ, li jkun jinqara mill-magni, li jkun magħmul minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u noti ta’ akkumpanjament, li jkopru d-dħul u l-ispejjeż tal-benefiċjarju, l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tas-sena finanzjarja, f’konformità mal-liġi applikabbli fl-Istat Membru tas-sede tal-benefiċjarju; |
|
(b) |
rapport tal-awditjar estern dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, li jkopri kemm l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-legalità u r-regolarità tad-dħul u tan-nefqa, li jsir minn entità jew espert indipendenti. |
|
(c) |
il-lista ta’ donaturi u kontributuri u d-donazzjonijiet jew il-kontribuzzjonijiet korrispondenti tagħhom u r-riżorsi awtoġenerati tagħhom irrapportati f’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(d) |
rapport ta’ attività; |
|
(e) |
dikjarazzjoni finanzjarja tan-nefqa u d-dħul li fil-fatt saru bbażata fuq l-istruttura tal-estimu baġitarju; |
|
(f) |
dettalji tal-kontijiet fir-rigward ta’ dħul, spejjeż, assijiet u obbligazzjonijiet; |
|
(g) |
rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (e) mad-dettalji tal-kontijiet imsemmija fil-punt (f); |
|
(h) |
lista ta’ fornituri li talbu lill-benefiċjarju aktar minn EUR 10 000 fis-sena finanzjarja N jew li għalihom il-valur kumulattiv fl-aħħar 5 snin huwa ugwali għal EUR 60 000 jew aktar (eskluża l-VAT), li tispeċifika l-isem u l-indirizz tal-fornitur kif ukoll id-deskrizzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti. |
L-informazzjoni inkluża fir-rapport annwali għandha tkun biżżejjed biex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament.
II.23.2. Rapport tal-awditjar estern
Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, fit-tħejjija u s-sottomissjoni tar-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Għal dak il-għan, il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni jew dokument li jitlob l-awditur estern skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, inkluż matul il-verifiki fuq il-post, imwettqa fl-istess kundizzjonijiet bħal fl-Artikolu II.29.3 ta’ dan il-ftehim.
L-iskop tal-awditjar estern għandu jkun dak li jiċċertifika l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-legalità u r-regolarità tad-dħul u n-nefqa tagħhom, u b’mod partikolari li:
|
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għall-benefiċjarju, ma fihomx dikjarazzjonijiet materjali foloz u juru perspettiva vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati operattivi; |
|
(b) |
in-nefqa ddikjarata ġġarrbet verament; |
|
(c) |
id-dikjarazzjoni tad-dħul tkun eżawrjenti; |
|
(d) |
id-dokumenti finanzjarji ppreżentati mill-benefiċjarju lill-Parlament ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-ftehim; |
|
(e) |
l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, b’mod partikolari mill-Artikolu 25 tiegħu, ikunu ġew issodisfati; |
|
(f) |
l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-ftehim, b’mod partikolari mill-Artikolu II.9 u l-Artikolu II.19 tiegħu, ikunu ġew issodisfati; |
|
(g) |
il-benefiċċji mhux fi flus ikunu ngħataw realment lill-benefiċjarju u jkunu ġew ivvalutati bi qbil mar-regoli applikabbli; |
|
(h) |
kwalunkwe parti mhux użata tal-finanzjament tal-Unjoni għas-sena finanzjarja N tkun ġiet riportata għas-sena finanzjarja li jmiss f’konformità mal-Artikolu 232(2) tar-Regolament Finanzjarju jew rimborżata lill-Parlament Ewropew; |
|
(i) |
il-parti mhux użata tal-finanzjament tal-Unjoni tas-sena finanzjarja N-1 tkun intużat fis-sena finanzjarja N f’konformità mal-Artikolu 232(4) tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(j) |
kwalunkwe eċċess ta’ riżorsi proprji jkun ġie ttrasferit fir-riżerva. |
ARTIKOLU II.24. — DEĊIŻJONI DWAR RAPPORT ANNWALI
Sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja N, il-Parlament Ewropew għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali, kif speċifikat fl-Artikolu II.23.1.
Jekk il-Parlament Ewropew ma jagħtix tweġiba bil-miktub fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li jirċievi r-rapport annwali, ir-rapport annwali għandu jitqies li jkun ġie approvat.
L-approvazzjoni tar-rapport annwali hija mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali skont l-Artikolu II.25 li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jieħu deċiżjoni finali dwar ir-rimborż tan-nefqa.
Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju sabiex ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar ir-rapport annwali. Fil-każ ta’ tali talba, id-data ta’ skadenza għad-deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun estiża sakemm tali informazzjoni mitluba tkun waslet u tkun ġiet evalwata mill-Parlament Ewropew. L-iskadenza tista’ tiġi estiża wkoll meta tkun intalbet informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Jekk ir-rapport annwali jkun fih nuqqasijiet sostanzjali, jew jekk l-awditur estern jikkonkludi li ma jistax jifforma opinjoni tal-awditjar minħabba nuqqas ta’ evidenza għall-awditjar, il-Parlament Ewropew jista’ jirrifjutah mingħajr ma jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju u jista’ jitlob li l-benefiċjarju jissottometti rapport ġdid fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.
It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jew għal rapport ġdid għandhom isiru lill-benefiċjarju bil-miktub.
Jekk ir-rapport annwali li jkun ġie preżentat inizjalment jiġi rrifjutat u jintalab rapport ġdid, il-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika għar-rapport il-ġdid.
ARTIKOLU II.25. — DEĊIŻJONI DWAR L-AMMONT TA’ FINANZJAMENT FINALI
II.25.1. Impatt tar-rapport annwali
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament finali għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport annwali approvat f’konformità mal-Artikolu II.24. F’każ ta’ rifjut definittiv tar-rapport annwali mill-Parlament Ewropew, jew f’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jippreżenta kwalunkwe rapport annwali fi żmien l-iskadenzi applikabbli, l-ebda nefqa rimborżabbli ma tista’ tiġi stabbilita mid-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali.
II.25.2. Limitu
L-ammont ta’ finanzjament finali għandu jkun limitat għall-ammont stipulat fl-Artikolu I.4. Ma għandux jaqbeżil-95 % tan-nefqa rimborżabbli mġarrba verament.
II.25.3. Riport ta’ fondi mhux minfuqa
Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intefqet fis-sena finanzjarja N li għaliha tkun ingħatat, għandha tkun riportata għas-sena finanzjarja N+1 u tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborżabbli li tkun iġġarrbet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N+1. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sena preċedenti ma jistgħux jintużaw għall-finanzjament tal-parti tan-nefqa li l-partiti politiċi Ewropej iridu jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom.
Fi żmien 20 jum wara t-tmiem tas-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega tal-Parlament Ewropew dwar l-ammont stmat ta’ finanzjament riportat għas-sena finanzjarja N+1.
Il-benefiċjarju għandu l-ewwel juża l-parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja li għaliha l-kontribuzzjoni tkun ingħatat u huwa biss wara dan li jista’ juża kwalunkwe kontribuzzjoni mogħtija wara dik is-sena.
II.25.4. Deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali
Kull sena, il-Parlament Ewropew jikkontrolla jekk in-nefqa tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, mar-Regolament Finanzjarju u mal-ftehim. Kull sena huwa għandu jieħu deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali, li għandha tiġi notifikata debitament lill-benefiċjarju.
Jekk l-ammont ta’ finanzjament definit fl-Artikolu I.4 jintefaq kompletament matul is-sena finanzjarja N, l-ammont ta’ finanzjament finali għandu jiġi stabbilit wara l-għeluq ta’ dik is-sena finanzjarja.
F’każ ta’ riporti ta’ fondi li ma ntefqux għas-sena finanzjarja N+1 f’konformità mal-Artikolu II.25.3, l-ammont ta’ finanzjament finali għas-sena N għandu jiġi stabbilit kif ġej:
|
L-Ewwel Pass — |
Fis-sena N+1, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż rimborżabbli tas-sena finanzjarja N u l-ewwel parti tal-ammont ta’ finanzjament finali tas-sena N, li jikkorrispondu għal dawk l-ispejjeż. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament li ma ntefaqx mogħti għas-sena finanzjarja N li għandu jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1; |
|
It-Tieni Pass — |
Fis-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż rimborżabbli tas-sena finanzjarja N+1, u jiddetermina liema minnhom se jkunu koperti mill-fondi li ma ntefqux riportati għas-sena finanzjarja N+1 (it-tieni parti tal-ammont ta’ finanzjament finali).
L-ammont ta’ finanzjament finali għas-sena N għandu jkun is-somma tal-ammonti stabbiliti fl-ewwel pass u fit-tieni pass. L-iskeda prevista fl-Ewwel Pass u fit-Tieni Pass hawn fuq għandha tkun valida sal-punt li ma jkun hemm l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni tal-Bureau. L-approvazzjoni tal-prefinanzjament għandha ssir fil-mument li jiġi stabbilit l-ammont ta’ finanzjament finali. Fil-każ ta’ riport, isir ikklerjar parzjali tal-prefinanzjament fil-mument ta’ kull waħda mill-passi msemmija qabel. |
II.25.5. Irkupru ta’ finanzjament mhux minfuq
Kwalunkwe parti li jifdal mill-kontribuzzjoni mogħtija għas-sena N li ma tkunx intefqet sal-aħħar tas-sena N+1 għandha tkun irkuprata f’konformità mal-Kapitolu 6 tat-Titolu IV tar-Regolament Finanzjarju.
II.25.6. Bilanċ tal-finanzjament
Jekk il-prefinanzjament imħallas jaqbeż l-ammont ta’ finanzjament finali, il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-prefinanzjament imħallas indebitament.
Jekk l-ammont finali tal-finanzjament jaqbeż il-prefinanzjament imħallas, il-Parlament Ewropew għandu jħallas il-bilanċ.
II.25.7. Eċċessta’ riżorsi proprji
(a) Bini ta’ riżerva speċjali
Il-benefiċjarju jista’ jibni riżerva speċjali mill-eċċess tar-riżorsi proprji.
L-eċċess ta’ riżorsi proprji li jrid jiġi trasferit fil-kont tar-riżerva speċjali għandu jkun l-ammont tar-riżorsi proprji li jaqbeż is-somma ta’ riżorsi proprji meħtieġa biex jiġu koperti 5 % tan-nefqa rimborżabbli mġarrba verament fis-sena finanzjarja N. Il-benefiċjarju l-ewwel irid ikun kopra n-nefqa mhux rimborżabbli tas-sena finanzjarja N bl-użu tar-riżorsi proprji biss.
Fil-każ ta’ riżorsi awtoġenerati, jekk il-benefiċjarju jaqbeż il-limitu stipulat skont l-Artikolu 25(13) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, l-ammont ta’ dħul li jaqbeż il-limitu ma għandux jiġi ddikjarat bħala dħul iżda għandu jitnaqqas mit-total tan-nefqa rimborżabbli.
Ir-riżerva għandha tintuża biss biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-benefiċjarju.
(b) Profitt
Il-profitt huwa definit bħala eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa.
Id-dħul jinkludi finanzjament mill-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tal-benefiċjarju.
Il-kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi għal attivitajiet konġunti ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parti mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju. Barra minn hekk, il-benefiċjarju ma għandu jirċievi l-ebda finanzjament ieħor mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, direttament jew indirettament. B’mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti.
L-eċċess allokat għar-riżerva speċjali mhux se jitqies għall-kalkolu tal-profitt.
(c) Irkupru
Il-finanzjament ma jistax jipproduċi profitt għall-benefiċjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat jirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż rimborżabbli.
ARTIKOLU II.26. — IMGĦAX FUQ IL-PREFINANZJAMENT
Il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega bl-ammont ta’ imgħax jew benefiċċji ekwivalenti ġġenerati matul is-sena finanzjarja N mill-fondi li jkun irċieva mill-Parlament Ewropew.
Il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-imgħax iġġenerat mill-fondi rispettivi meta jistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament finali. Dak l-imgħax ma għandux jiġi inkluż fir-riżorsi proprji.
ARTIKOLU II.27. — IRKUPRU
Jekk ammonti ġew imħallsa indebitament lill-benefiċjarju jew jekk proċedura ta’ rkupru tkun ġustifikata skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim, ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew ir-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammonti kkonċernati lill-Parlament Ewropew, skont it-termini u l-kundizzjonijiet u sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew.
II.27.1. Imgħax ta’ inadempjenza
Jekk il-benefiċjarju jonqos milli jħallas lura sal-iskadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jimponi fuq l-ammonti dovuti l-imgħax ta’ inadempjenza bir-rata stabbilita fl-Artikolu II.16. L-imgħax ta’ inadempjenza għandu jkopri l-perjodu bejn l-iskadenza stabbilita għall-pagament lura u d-data li fiha l-Parlament Ewropew jirċievi pagament lura sħiħ, bl-inklużjoni ta’ din tal-aħħar.
Kwalunkwe rimborż parzjali għandu l-ewwel jiddaħħal taħt l-ispejjeż u l-imgħax ta’ inadempjenza u biss imbagħad taħt il-kapital.
II.27.2. Tpaċija
Mingħajr preġudizzju għal mezzi oħra ta’ rkupru previsti fir-Regolament Finanzjarju, jekk ma jkun sar l-ebda pagament sad-data ta’ skadenza stipulata, l-ammonti dovuti lill-Parlament Ewropew jistgħu jiġu rkuprati billi jitnaqqsu minn kwalunkwe ammont dovut lill-benefiċjarju għal kwalunkwe raġuni oħra f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. F’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati bil-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirkupra permezz ta’ tpaċija qabel id-data ta’ meta jkun dovut il-pagament. Ma għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel tal-benefiċjarju.
II.27.3. Imposti bankarji
L-imposti bankarji ġġenerati mill-irkupru tal-ammonti dovuti lill-Parlament Ewropew għandhom jinġarru unikament mill-benefiċjarju.
ARTIKOLU II.28. — GARANZIJA FINANZJARJA
Jekk il-Parlament Ewropew jitlob garanzija finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 231 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-garanzija finanzjarja trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata jew, jekk dan jintalab mill-benefiċjarju u jkun aċċettat mill-Parlament Ewropew, minn parti terza; |
|
(b) |
il-garanti jrid joqgħod bħala garanti tal-ewwel sejħa u ma jkunx jeħtieġ li l-Parlament Ewropew l-ewwel jirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju kkonċernat); u |
|
(c) |
il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ b’mod espliċitu sakemm il-prefinanzjament ikun ikklerjat għall-pagamenti interim jew għall-pagament tal-bilanċ mill-Parlament Ewropew; jekk il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru, il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ sakemm id-dejn ikun meqjus li jkun kompletament ikklerjat; u l-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-garanzija matul ix-xahar ta’ wara. |
ARTIKOLU II.29. — KONTROLL
II.29.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, u mal-Artikolu 129, l-Artikolu 234(1) u l-Artikolu 235(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-OLAF, l-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (6) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll rispettivi tagħhom sabiex jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju huwiex f’konformità sħiħa mal-obbligi stabbiliti fil-ftehim, fir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u fir-Regolament Finanzjarju.
Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u għandu jipprovdilhom l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli tagħhom.
Il-benefiċjarju għandu jiżgura li kwalunkwe parti terza, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, involuti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan il-ftehim, jagħtu drittijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.29.1 kif previst fl-Artikolu 129(2) tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità jistgħu jiddelegaw il-kompitu ta’ kontroll lil korpi esterni debitament awtorizzati li jaġixxu f’isimhom (“il-korpi awtorizzati”). Id-dmir ta’ kooperazzjoni għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ tali korpi awtorizzati fl-eżerċizzju tal-kompiti ta’ kontroll delegati lilhom.
II.29.2. Obbligu li jiġu pprovduti dokumenti u/jew informazzjoni
Il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Awtorità jew mill-korp awtorizzat (“l-awtorità kompetenti”).
Kwalunkwe dokument jew informazzjoni pprovduti mill-benefiċjarju għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-Artikolu II.6.
II.29.3. Verifiki fuq il-post mill-awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti tista’ twettaq verifiki fuq il-post fil-bini tal-benefiċjarju. Għal dan l-għan, hija tista’ titlob bil-miktub li l-benefiċjarju jagħmel l-arranġamenti xierqa għal tali verifika fi żmien skadenza xierqa li għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti.
Matul verifika fuq il-post, il-benefiċjarju għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti aċċess għas-siti u l-bini fejn l-operazzjoni tkun qiegħda titwettaq jew tkun ġiet imwettqa, kif ukoll għall-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża informazzjoni f’format elettroniku.
Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli fil-mument tal-verifika fuq il-post u li l-informazzjoni mitluba tiġi mgħoddija f’forma xierqa.
II.29.4. Proċedura ta’ kontroll kontradittorja mill-Parlament Ewropew
Abbażi tas-sejbiet li jsiru waqt il-proċedura ta’ kontroll, il-Parlament Ewropew għandu jħejji rapport ta’ konklużjonijiet preliminari li għandu jintbagħat lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jista’ jissottometti osservazzjonijiet sa 30 jum kalendarju mid-data tar-riċevuta tar-rapport tal-awditjar proviżorju.
Abbażi tas-sejbiet tar-rapport ta’ konklużjonijiet preliminari u l-osservazzjonijiet possibbli tal-benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-konklużjonijiet finali tiegħu. Fin-nuqqas ta’ osservazzjonijiet fi żmien dik l-iskadenza, jew jekk il-benefiċjarju jaċċetta s-sejbiet preliminari, dawk is-sejbiet għandhom jitqiesu bħala finali.
II.29.5. Effetti tal-konklużjonijiet u s-sejbiet tal-kontroll
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament li jieħu l-miżuri skont l-Artikolu II.12 sal-Artikolu II.14, il-konklużjonijiet finali għandhom jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali.
Il-każijiet possibbli ta’ frodi jew ksur serju tar-regoli applikabbli żvelati mill-konklużjonijiet finali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew tal-Unjoni għal azzjoni ulterjuri.
Il-Parlament Ewropew jista’ b’mod retroattiv jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament fuq il-bażi ta’ kontrolli ex post, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 74(6) tar-Regolament Finanzjarju.
II.29.6. Drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF
L-OLAF għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kontroll fil-konfront tal-benefiċjarju f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (7), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Artikolu 129 u l-Artikolu 235(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Il-benefiċjarju għandu jikkoopera debitament mal-OLAF u għandu jipprovdi lill-OLAF b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq ta’ kontroll tiegħu.
II.29.7. Drittijiet ta’ kontroll tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżerċita d-dritt ta’ kontroll tagħha f’konformità mar-regoli applikabbli, u b’mod partikolari l-Artikolu 129 u l-Artikolu 235(1) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. L-Artikoli II.29.2 u II.29.3 għandhom japplikaw.
Il-benefiċjarju għandu jikkoopera debitament mal-Qorti tal-Awdituri u għandu jipprovdi lil dik il-Qorti l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontroll tagħha.
II.29.8. Drittijiet ta’ kontroll tal-UPPE
L-UPPE għandu jeżerċita d-drittijiet ta’ kontroll tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju.
Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-UPPE u għandu jipprovdi lill-UPPE kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-kontroll tiegħu.
II.29.9. Kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-kontroll fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament finali
Il-Parlament Ewropew jista’ jqis, fi kwalunkwe ħin, is-sejbiet li jirriżultaw mill-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu II.29.1 biex jistabbilixxi jew jimmodifika l-ammont ta’ finanzjament finali filwaqt li jirrispetta d-dritt li jinstema’ tal-benefiċjarju skont l-Artikolu II.18 ta’ dan il-ftehim.
II.29.10. Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikolu II.29.1 sal-Artikolu II.29.3
Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu II.29.1 sal-Artikolu II.29.3, il-Parlament Ewropew jista’ jqis mhux rimborżabbli kwalunkwe nefqa li ma tkunx ġiet sostanzjata b’mod suffiċjenti mill-benefiċjarju.
FIREM
|
Għall-Benefiċjarju [kunjom/isem/funzjoni] [firma] Magħmul fi [post], [data] |
Għall-Parlament Ewropew [kunjom/isem] [firma] Magħmul fi [post], [data] |
Duplikat bil-Malti.
ANNESS
ESTIMU BAĠITARJU
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 2025/2445, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2445/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(5) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj ).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) ( ĠU L 283, 31.10.2017, p. 7 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj ).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra ( ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj).
(8) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 ( ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj ).
ANNESS 1b
[MUDELL TA’] FTEHIM TA’ GĦOTJA — FONDAZZJONI
NUMRU:…[DAĦĦAL]
Il-Parlament Ewropew, li s-Segretarjat tiegħu jinsab fi
Plateau du Kirchberg, L-2929 il-Lussemburgu,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Parlament Ewropew”,
irrappreżentat, għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim,
minn … [kunjom/isem/funzjoni],
minn naħa waħda,
kif ukoll
[isem uffiċjali sħiħ tal-benefiċjarju]
[forma legali uffiċjali]
[numru ta’ reġistrazzjoni legali]
[indirizz uffiċjali sħiħ]
[numru tal-VAT],
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-benefiċjarju”,
irrappreżentat, għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim,
minn: … [rappreżentant intitolat li jidħol f’impenji legali] …,
min-naħa l-oħra,
FTIEHMU
dwar il-Kundizzjonijiet u t-Termini Speċjali, il-Kundizzjonijiet u t-Termini Ġenerali u l-Annessi li ġejjin:
|
Anness 1 |
Estimu Baġitarju |
|
Anness 2 |
Programm ta’ ħidma |
li għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-ftehim.
Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta’ partijiet oħra ta’ dan il-ftehim. Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk tal-Annessi l-oħra.
WERREJ
|
I. |
TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI | 34 |
|
Artikolu I.1. — |
SUĠĠETT TAL-FTEHIM | 34 |
|
Artikolu I.2. — |
PERJODU TA’ ELIĠIBILITÀ | 34 |
|
Artikolu I.3. — |
FORMA TA’ FINANZJAMENT | 34 |
|
Artikolu I.4. — |
AMMONT MASSIMU TA’ FINANZJAMENT PROVIŻORJU | 34 |
|
Artikolu I.5. — |
PAGAMENTI U ARRANĠAMENTI TAL-PAGAMENTI | 34 |
|
I.5.1. |
Prefinanzjament | 34 |
|
I.5.2. |
Pagament tal-bilanċ lill-benefiċjarju | 34 |
|
I.5.3. |
Munita | 34 |
|
Artikolu I.6. — |
KONT BANKARJU | 35 |
|
Artikolu I.7. — |
DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ĠENERALI | 35 |
|
Artikolu I.8. — |
DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM | 35 |
|
II. |
KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI | 35 |
|
PARTI A: |
DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI | 35 |
|
Artikolu II.1. — |
DEFINIZZJONIJIET | 35 |
|
Artikolu II.2. — |
OBBLIGI ĠENERALI TAL-BENEFIĊJARJU | 36 |
|
Artikolu II.3. — |
OBBLIGI MARBUTA MA’ KONT BANKARJU | 37 |
|
Artikolu II.4. — |
RESPONSABILITÀ GĦAD-DANNI | 37 |
|
Artikolu II.5. — |
KUNFIDENZJALITÀ | 37 |
|
Artikolu II.6. — |
PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI | 37 |
|
Artikolu II.7. — |
ŻAMMA TA’ REKORDS | 37 |
|
Artikolu II.8. — |
VIŻIBILITÀ TAL-FINANZJAMENT MILL-UNJONI | 38 |
|
II.8.1. |
Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni | 38 |
|
II.8.2. |
Ċaħda ta’ responsabilità | 38 |
|
II.8.3. |
Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew | 38 |
|
Artikolu II.9. — |
GĦOTI TA’ KUNTRATTI MILL-BENEFIĊJARJU | 38 |
|
II.9.1. |
Prinċipji | 38 |
|
II.9.2. |
Proċeduri ta’ akkwist | 39 |
|
II.9.3. |
Responsabilità | 39 |
|
Artikolu II.10. — |
APPOĠĠ FINANZJARJU LIL PARTIJIET TERZI | 39 |
|
Artikolu II.11. — |
FORCE MAJEURE | 40 |
|
Artikolu II.12. — |
SOSPENSJONI TAL-PAGAMENT TA’ FINANZJAMENT | 40 |
|
II.12.1. |
Raġunijiet għas-sospensjoni | 40 |
|
II.12.2. |
Proċedura għal sospensjoni | 40 |
|
II.12.3. |
Effetti tas-sospensjoni | 40 |
|
II.12.4. |
Tkomplija tal-pagament | 40 |
|
Artikolu II.13. — |
IRTIRAR TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT MILL-PARLAMENT EWROPEW | 41 |
|
II.13.1. |
Raġunijiet għall-irtirar | 41 |
|
II.13.2. |
Proċedura għall-irtirar | 41 |
|
Artikolu II.14. — |
TERMINAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT | 41 |
|
II.14.1. |
Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju | 41 |
|
II.14.2. |
Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew | 41 |
|
Artikolu II.15. — |
ĊESSJONI | 42 |
|
Artikolu II.16. — |
IMGĦAX TA’ INADEMPJENZA | 42 |
|
Artikolu II.17. — |
LIĠI APPLIKABBLI | 42 |
|
Artikolu II.18. — |
DRITT TA’ SMIGĦ | 42 |
|
PARTI B: |
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI | 43 |
|
Artikolu II.19. — |
SPEJJEŻ ELIĠIBBLI | 43 |
|
II.19.1. |
Kundizzjonijiet | 43 |
|
II.19.2. |
Eżempji ta’ spejjeż eliġibbli | 43 |
|
Artikolu II.20. — |
Spejjeż ineliġibbli | 44 |
|
Artikolu II.21. — |
IL-BENEFIĊĊJI MHUX FI FLUS | 44 |
|
Artikolu II.22. — |
TRASFERIMENTI TAL-BAĠIT | 44 |
|
Artikolu II.23. — |
OBBLIGI TA’ RAPPORTAR | 45 |
|
II.23.1. |
Rapport annwali | 45 |
|
II.23.2. |
Rapport tal-awditjar estern | 45 |
|
Artikolu II.24. — |
DEĊIŻJONI DWAR RAPPORT ANNWALI | 46 |
|
Artikolu II.25. — |
DEĊIŻJONI DWAR L-AMMONT TA’ FINANZJAMENT FINALI | 46 |
|
II.25.1. |
Impatt tar-rapport annwali | 46 |
|
II.25.2. |
Limitu | 46 |
|
II.25.3. |
Ir-riport tal-eċċess | 46 |
|
(a) |
Id-definizzjoni ta’ eċċess | 47 |
|
(b) |
Kontabilità tad-dispożizzjoni għal spejjeż eliġibbli | 47 |
|
II.25.4. |
Id-deċiżjoni tal-ammont finali ta’ finanzjament | 47 |
|
II.25.5. |
Il-bilanċ tal-finanzjament | 47 |
|
II.25.6. |
Profitt | 47 |
|
(a) |
Id-definizzjoni | 47 |
|
(b) |
Bini ta’ riżervi | 47 |
|
(c) |
Irkupru | 48 |
|
Artikolu II.26. — |
IRKUPRU | 48 |
|
II.26.1. |
Imgħax fuq pagament tard | 48 |
|
II.26.2. |
Il-kumpens | 48 |
|
II.26.3. |
Imposti bankarji | 48 |
|
Artikolu II.27. — |
GARANZIJA FINANZJARJA | 48 |
|
Artikolu II.28. — |
KONTROLL | 49 |
|
II.28.1. |
Dispożizzjonijiet ġenerali | 49 |
|
II.28.2. |
Obbligu li jiġu pprovduti dokumenti u/jew informazzjoni | 49 |
|
II.28.3. |
Verifiki fuq il-post mill-awtorità kompetenti | 49 |
|
II.28.4. |
Proċedura ta’ kontroll kontradittorja mill-Parlament Ewropew | 49 |
|
II.28.5. |
Effetti tal-konklużjonijiet u s-sejbiet tal-kontroll | 50 |
|
II.28.6. |
Id-drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF | 50 |
|
II.28.7. |
Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri | 50 |
|
II.28.8. |
Id-drittijiet ta’ kontroll tal-UPPE | 50 |
|
II.28.9. |
Kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-kontroll fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament finali | 50 |
|
II.28.10. |
Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikolu II.28.1 sal-Artikolu II.28.3 | 51 |
|
ANNESS 1 - |
BAĠIT STMAT | 52 |
|
ANNESS 2 - |
PROGRAMM TA’ ĦIDMA | 53 |
I. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI
ARTIKOLU I.1. — SUĠĠETT TAL-FTEHIM
Il-Parlament Ewropew jagħti finanzjament għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju fis-sena finanzjarja [daħħal], f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali (“termini u kundizzjonijiet”), kif ukoll f’konformità mal-Annessi ta’ dan il-ftehim. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-finanzjament adottata mill-Parlament Ewropew fi [daħħal id-data].
Il-benefiċjarju ser juża l-finanzjament għall-fini tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tiegħu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabilità tiegħu stess.
ARTIKOLU I.2. — PERJODU TA’ ELIĠIBILITÀ
Il-perjodu ta’ eliġibilità għal finanzjament tal-Unjoni għandu jibda jgħodd minn [daħħal JJ/XX/SS] sa [daħħal JJ/XX/SS].
ARTIKOLU I.3. — FORMA TA’ FINANZJAMENT
L-għotja mogħtija lill-benefiċjarju skont it-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (ir-“Regolament Finanzjarju”) għandha tieħu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli li fil-fatt ikunu ġew imġarrba.
ARTIKOLU I.4. — AMMONT MASSIMU TA’ FINANZJAMENT PROVIŻORJU
Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi l-ammont massimu ta’ finanzjament proviżorju ta’ EUR [daħħal l-ammont], f’konformità mad-deċiżjoni ta’ finanzjament adottata mill-Bureau fi [daħħal id-data].
L-estimu baġitarju huwa stabbilit fl-Anness li ġie ppreżentat mill-benefiċjarju fl-applikazzjoni tiegħu għall-finanzjament.
ARTIKOLU I.5. — PAGAMENTI U ARRANĠAMENTI TAL-PAGAMENTI
Il-finanzjament għandu jitħallas skont l-iskeda u l-arranġamenti li ġejjin.
I.5.1. Prefinanzjament
Il-pagament ta’ prefinanzjament ta’ EUR [daħħal ammont], li jirrappreżenta [100 % awtomatikament, inkella daħħal il-perċentwal deċiż mill-Parlament Ewropew fid-Deċiżjoni tal-Finanzjament] tal-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu I.4 ta’ dan il-ftehim, għandu jsir lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim jew, jekk applikabbli, mid-data meta l-Parlament Ewropew jirċievi l-garanzija finanzjarja ta’ EUR [... daħħal l-ammont jekk applikabbli], skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.
I.5.2. Pagament tal-bilanċ lill-benefiċjarju
F’każ li jkun hemm bilanċ tal-finanzjament li jkun irid jitħallas lill-benefiċjarju, dan għandu jitħallas lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali u d-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament finali kif speċifikat fl-Artikolu II.25.
I.5.3. Munita
Il-pagamenti jitħallsu mill-Parlament Ewropew f’euro. Kwalunkwe konverżjoni tal-ispejjeż reali f’euro għandha ssir bir-rata ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew inkella, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata menswali tal-kontabilità stabbilita mill-Parlament Ewropew u ppubblikata fis-sit web tiegħu, fil-jum meta tinħareġ l-ordni tal-pagament mill-Parlament Ewropew, ħlief fejn it-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali jipprevedu espressament mod ieħor.
Il-pagamenti mill-Parlament Ewropew għandhom jitqiesu li jkunu saru fid-data li fiha jiġu ddebitati mill-kont tal-Parlament Ewropew.
ARTIKOLU I.6. — KONT BANKARJU
Il-pagamenti għandhom isiru fil-kont jew is-subkont bankarju miżmum mill-benefiċjarju f’bank stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, denominat f’euro, u li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt:
Isem tal-bank: […]
Indirizz tal-fergħa bankarja fejn hemm il-kont: […]
Id-denominazzjoni eżatta tad-detentur tal-kont: […]
Numru tal-kont sħiħ (inklużi l-kodiċi bankarji): […]
IBAN: […]
BIC / SWIFT: […]
ARTIKOLU I.7. — DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI ĠENERALI
Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew b’rabta ma’ dan il-ftehim għandha ssir bil-miktub, għandha tinkludi n-numru ta’ dan il-ftehim u għandha tintbagħat jew b’mod elettroniku lil fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu jew bil-posta ordinarja lil dan l-indirizz:
|
Il-Parlament Ewropew |
|
Direttur Ġenerali tal-Finanzi |
|
[għandu jiddaħħal l-indirizz tal-bini/uffiċċju] |
|
L-2929 Lussemburgu |
|
LUSSEMBURGU |
Il-posta ordinarja għandha titqies li ntlaqgħet mill-Parlament Ewropew fid-data li hija tiġi formalment irreġistrata mis-Servizz Postali tal-Parlament Ewropew.
Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-benefiċjarju b’rabta ma’ dan il-ftehim għandha tkun bil-miktub, għandu jkollha n-numru tal-ftehim u għandha tintbagħat jew lil dan l-indirizz jew b’mod elettroniku lill-indirizz elettroniku ta’ hawn taħt:
Sinjur/Sinjura […]
[Funzjoni]
[Isem uffiċjali tal-korp benefiċjarju]
[Indirizz uffiċjali sħiħ]
Indirizz tal-posta elettronika: […]
Il-benefiċjarju għandu jinforma lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni b’delega bil-miktub dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi postali jew fl-indirizz elettroniku tiegħu mingħajr dewmien bla bżonn. Dak l-obbligu għandu jkompli japplika għal perjodu ta’ ħames snin wara d-data tal-aħħar pagament skont dan il-ftehim.
ARTIKOLU I.8. — DĦUL FIS-SEĦĦ TAL-FTEHIM
Il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fih jiġi ffirmat f’isem il-Parlament Ewropew.
II. KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI
PARTI A: DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI
ARTIKOLU II.1. — DEFINIZZJONIJIET
Għall-iskop ta’ dan il-ftehim:
|
(1) |
“rapport ta’ attività” tfisser ġustifikazzjoni bil-miktub tal-ispejjeż imġarrba matul il-perjodu ta’ eliġibilità. Pereżempju, spjegazzjoni tal-attivitajiet, spejjeż amministrattivi, eċċ. Ir-rapport tal-attività huwa parti mir-rapport annwali; |
|
(2) |
“rapport annwali” tfisser rapport li jrid jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); |
|
(3) |
“bilanċ tal-finanzjament” tfisser id-differenza bejn l-ammont tal-prefinanzjament skont l-Artikolu I.5.1 u l-ammont finali tal-finanzjament stabbilit skont l-Artikolu II.25.4; |
|
(4) |
“ikklerjar tal-pagamenti” tfisser sitwazzjoni fejn l-ammont tal-finanzjament finali huwa stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u l-ammont imħallas lill-benefiċjarju ma jibqax proprjetà tal-Unjoni; |
|
(5) |
“kunflitt ta’ interessi” tfisser sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tal-ftehim mill-benefiċjarju tkun kompromessa minħabba raġunijiet li jinvolvu lill-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ kwalunkwe parti terza oħra relatata mas-suġġett tal-ftehim. L-affinità politika, fil-prinċipju, ma tikkostitwixxix raġuni għal kunflitt ta’ interessi fil-każ ta’ ftehimiet konklużi bejn il-fondazzjoni politika u organizzazzjonijiet li jħaddnu l-istess valuri politiċi. Madankollu, fil-każ ta’ tali ftehim, il-konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 trid tiġi osservata; |
|
(6) |
“sena finanzjarja N” tfisser is-sena finanzjarja li għaliha ngħatat l-għotja f’konformità mad-deċiżjoni ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu I.1; |
|
(7) |
“force majeure” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni jew ġrajja mhux prevista u eċċezzjonali li tkun barra mill-kontroll tal-benefiċjarju jew tal-Parlament Ewropew li tipprevjeni lil kwalunkwe wieħed minnhom milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mill-obbligi tagħhom skont il-ftehim, li mhijiex attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħhom jew min-naħa tas-sottokuntratturi, l-entitajiet affiljati jew il-partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju u li tirriżulta inevitabbli minkejja li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure: tilwim industrijali, strikes, diffikultajiet finanzjarji jew kwalunkwe difett ta’ servizz, difett f’tagħmir jew materjal jew dewmien biex jagħmilhom disponibbli, kemm-il darba ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta’ force majeure; |
|
(8) |
“tinnotifika formalment” tfisser tikkomunika bil-miktub permezz tal-posta jew tal-posta elettronika bi prova tal-kunsinna; |
|
(9) |
“frodi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, jew man-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku; |
|
(10) |
“finanzjament” tfisser għotja mogħtija f’konformità mat-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(11) |
“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa tal-benefiċjarju, li jkollu jew jista’ jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni; |
|
(12) |
“benefiċċji mhux fi flus” tfisser kwalunkwe offerta jew kontribuzzjoni in natura, il-forniment taħt il-valur tas-suq ta’ kwalunkwe prodott, servizz jew xogħol, u kwalunkwe tranżazzjoni oħra li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għall-benefiċjarju skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punti (9) u (10), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(13) |
“riżorsi proprji” tfisser is-sorsi ta’ finanzjament għajr il-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jikkonsistu f’donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet, riżorsi awtoġenerati (kif definiti fl-Artikolu 2, il-punti (9), (10) u (11), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445), u dħul ieħor (eż. imgħax miksub fuq riżervi, danni legali); |
ARTIKOLU II.2. — OBBLIGI ĠENERALI TAL-BENEFIĊJARJU
Il-benefiċjarju:
|
(a) |
għandu jkollu r-responsabilità unika u l-oneru tal-prova għall-konformità ma’ kwalunkwe obbligu legali li jaqa’ fuqu; |
|
(b) |
għandu jkun meħtieġ jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu li jkun sofra l-Parlament Ewropew b’riżultat tal-implimentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni inkorretta, tal-ftehim, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure; |
|
(c) |
għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli fir-rigward ta’ partijiet terzi, inkluż għal dannu ta’ kwalunkwe għamla li dawn ikunu sofrew waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim; |
|
(d) |
għandu jinforma lill-Parlament Ewropew minnufih bi kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika, organizzattiva jew ta’ sjieda tiegħu u bi kwalunkwe tibdil f’ismu, fl-indirizz jew fir-rappreżentant legali tiegħu; |
|
(e) |
għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni li jinqala’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi. |
ARTIKOLU II.3. — OBBLIGI MARBUTA MA’ KONT BANKARJU
Il-kont jew is-subkont imsemmi fl-Artikolu I.6 irid jippermetti l-identifikazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew u l-interessi miksuba jew benefiċċji ekwivalenti.
Jekk l-ammonti mħallsa f’dan il-kont jirrendu mgħax jew benefiċċji ekwivalenti skont il-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab miftuħ il-kont, tali mgħax jew benefiċċji jistgħu jinżammu mill-benefiċjarju bi qbil mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju.
L-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jintużaw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni.
Il-prefinanzjament jibqa’ proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi kklerjat permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-ammont finali tal-finanzjament.
ARTIKOLU II.4. — RESPONSABILITÀ GĦAD-DANNI
Il-Parlament Ewropew ma jistax jinżamm responsabbli għall-ebda dannu kkawżat jew imġarrab mill-benefiċjarju, inkluż kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi waqt l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim jew b’konsegwenza ta’ tali implimentazzjoni.
Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-benefiċjarju għandu jikkumpensa lill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe dannu li jġarrab b’riżultat tal-implimentazzjoni tal-ftehim jew minħabba li l-ftehim ma jkunx ġie implimentat b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tiegħu.
ARTIKOLU II.5. — KUNFIDENZJALITÀ
Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’dan il-ftehim, fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew u f’atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju jintrabtu li jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument, informazzjoni jew materjal ieħor direttament relatat mas-suġġett ta’ dan il-ftehim.
ARTIKOLU II.6. — PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest tal-ftehim għandha tiġi pproċessata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. Kwalunkwe pproċessar tad-data personali mill-Parlament Ewropew għandu jikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).
Tali data għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-ftehim mingħajr preġudizzju għall-possibilità li din id-data tiġi ttrasferita lill-korpi responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-awditjar u l-verifika b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-benefiċjarju b’rabta ma’ dan il-ftehim huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Mingħajr preġudizzju għall-każijiet l-oħra previsti f’dak ir-Regolament, l-ipproċessar tad-data personali b’rabta ma’ dan il-ftehim huwa awtorizzat biss jekk huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim.
ARTIKOLU II.7. — ŻAMMA TA’ REKORDS
F’konformità mal-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jżommkwalunkwe rekord, inklużi r-rekords dwar il-kontabilità, l-istatistiċi u t-taxxa, u d-dokumenti ta’ sostenn kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-ftehim għal ħames snin wara l-aħħar pagament relatat mal-ftehim.
Rekords relatati ma’ awditi, ma’ appelli, ma’ litigazzjoni, mas-soluzzjoni ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-finanzjament jew mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jew ma’ investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), jekk innotifikati lill-benefiċjarju, għandhom jinżammu sakemm jitlestew it-tali awditi, appelli, litigazzjoni, soluzzjoni ta’ pretensjonijiet jew investigazzjonijiet.
Għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist konkluż mill-benefiċjarju għall-implimentazzjoni tal-ftehim, il-benefiċjarju għandu jżomm rekord tal-proċedura kollha tal-offerti, inkluża l-korrispondenza oriġinali (elettronika/stampata) (bħal stediniet bil-miktub għall-offerti u l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta), rekord tal-evalwazzjoni tal-offerti riċevuti, il-ġustifikazzjoni bil-miktub għall-għażla tal-fornitur finali, u l-kuntratt oriġinali ffirmat miż-żewġ partijiet.
ARTIKOLU II.8. — VIŻIBILITÀ TAL-FINANZJAMENT MILL-UNJONI
II.8.1. Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni
Sakemm il-Parlament Ewropew ma jitlobx jew ma jaqbilx mod ieħor, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni (inkluż online), inkluż waqt konferenzi jew seminars, u kwalunkwe materjal ta’ informazzjoni, bħal brochures, fuljetti, posters, preżentazzjonijiet, mill-benefiċjarju, relatata ma’ azzjoni ffinanzjata mill-għotja, għandha tirrikonoxxi l-appoġġ tal-Unjoni lill-benefiċjarju, permezz tad-dikjarazzjoni ta’ finanzjament li ġejja (tradotta fil-lingwi lokali, fejn xieraq):
“Il-Fondazzjoni politika Ewropea [isem jew akronimu] hija ffinanzjata sa massimu ta’ 95 % mill-fondi tal-Unjoni.”
II.8.2. Ċaħda ta’ responsabilità
Kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju f’kull forma u b’kull mezz, għandha tindika li r-responsabbli uniku hu l-benefiċjarju u li l-Unjoni Ewropea mhix responsabbli għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni misjuba fihom.
II.8.3. Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew
F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, il-Parlament Ewropew għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu l-informazzjoni li huwa responsabbli għaliha, kif speċifikat fl-Artikolu 39(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
ARTIKOLU II.9. — GĦOTI TA’ KUNTRATTI MILL-BENEFIĊJARJU
II.9.1. Prinċipji
Il-finanzjament jista’ jintuża għar-rimborż tan-nefqa relatata ma’ kuntratti konklużi mill-benefiċjarju, dment li:
|
(a) |
ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interess meta ngħataw il-kuntratti; |
|
(b) |
f’konformità mal-Artikolu 163(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni ġew irrispettati meta ngħataw il-kuntratti; |
|
(c) |
it-tul ta’ żmien tal-kuntratti ta’ akkwist ikkonċernati, inkluż it-tiġdid, ma jaqbiżx il-ħames snin; |
|
(d) |
għal kuntratti ta’ akkwist b’valur li jaqbeż is-EUR 60 000 (eskluża l-VAT) għal kull fornitur u għal kull oġġett jew servizz, il-benefiċjarju jorganizza proċeduri tal-offerti f’konformità mal-Artikolu II.9.2. |
Il-valur stmat ta’ kuntratt ma għandux jiġi ddeterminat bil-ħsieb li jiġu evitati r-regoli applikabbli, u kuntratt lanqas ma għandu jinqasam għal dak l-għan. Sabiex jiġi ddeterminat jekk intlaħaqx il-limitu ta’ EUR 60 000 (eskluża l-VAT), għandu jitqies il-valur globali tal-kuntratt matul id-durata kollha prevista tal-kuntratt, inkluż kwalunkwe ammont relatat mas-sottokuntrattar.
II.9.2. Proċeduri ta’ akkwist
Għal kuntratti ta’ akkwist b’valur li jaqbeż EUR 60 000 (eskluża l-VAT), il-benefiċjarju għandu jorganizza proċeduri ta’ akkwist f’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
is-sejħa għal offerti (sejħa bil-miktub għal offerti) tinkludi kriterji ta’ esklużjoni, kriterji tal-għażla (inkluża l-kapaċità finanzjarja u teknika minima), kriterji tal-għoti u metodu ta’ punteġġ ibbażat fuq il-prezz u l-kwalità jew il-prezz biss, kif ukoll speċifikazzjonijiet tekniċi (riżultati mistennija, kwalità u volum mistennija ta’ servizzi/oġġetti) li abbażi tagħhom il-benefiċjarju għandu jevalwa l-offerti; l-offerenti għandhom jissottomettu offerti ddatati u ffirmati bi prezzijiet (inklużi prezzijiet għal kull unità jekk applikabbli) u dokumenti ta’ sostenn, li jippermettu tqabbil bejn l-offerti; |
|
(b) |
is-sejħa għall-offerti għandha tiġi ppubblikata jew tintbagħat permezz ta’ mezzi xierqa, biex tiġi żgurata kompetizzjoni wiesgħa bi skadenzi raġonevoli (mill-inqas 10 ijiem) għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet/offerti; |
|
(c) |
il-benefiċjarju għandu jiġbor mill-inqas tliet offerti indipendenti. Jekk ikun hemm inqas minn tliet offerti indipendenti bi tweġiba għal istedina bil-miktub għal offerta, il-benefiċjarju għandu juri li kien impossibbli li jinkisbu offerti addizzjonali għall-akkwist inkwistjoni; |
|
(d) |
l-offerti għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-offerti; ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jippreżenta l-punteġġi, jenfasizza l-vantaġġi komparattivi tal-offerent magħżul u jkun datat u ffirmat minn rappreżentant(i) tal-benefiċjarju, li ma għandu/għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess; |
|
(e) |
il-kuntratti għandhom ikunu datati u ffirmati miż-żewġ partijiet u għandhom jirriflettu l-istess termini bħal fl-offerta, jew jinkludu termini li mhumiex inqas favorevoli għall-benefiċjarju; |
|
(f) |
is-sottokuntrattar għandu jkun permess jekk ikun inkluż fl-offerti u awtorizzat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. |
Il-proċeduri ta’ akkwist jistgħu jkunu soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali kif stabbilit fis-sejħa għall-proposti.
II.9.3. Responsabilità
Il-benefiċjarju għandu jibqa’ l-uniku wieħed responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim. Il-benefiċjarju għandu jiddikjara fil-kuntratti tiegħu ma’ partijiet terzi li l-Parlament Ewropew fl-ebda ċirkostanza ma jista’ jitqies bħala parti għal dawk il-kuntratti jew jinżamm responsabbli b’xi mod vis-à-vis il-kuntratturi.
ARTIKOLU II.10. — APPOĠĠ FINANZJARJU LIL PARTIJIET TERZI
L-appoġġ finanzjarju mogħti mill-benefiċjarju lil partijiet terzi, skont it-tifsira tal-Artikolu 207 tar-Regolament Finanzjarju, jista’, f’konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin, jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli:
|
(a) |
l-appoġġ finanzjarju jingħata mill-benefiċjarju lill-partijiet terzi li ġejjin, li għandhom personalità ġuridika fil-mument tal-applikazzjoni u fil-mument tal-pagament tal-pagament:... [daħħal l-ismijiet tal-benefiċjarji potenzjali kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni]; |
|
(b) |
l-appoġġ finanzjarju għal kull parti terza ma jaqbiżx is-EUR 60 000; |
|
(c) |
jinħareġ minn parti terza għal spejjeż eliġibbli; |
Partit politiku nazzjonali jew Ewropew u fondazzjoni politika nazzjonali jew Ewropea ma jistgħux jitqiesu bħala parti terza għall-iskopijiet ta’ dan l-Artikolu.
Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (l-Awtorità), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-UPPE, fejn applikabbli, jew l-OLAF jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll tagħhom skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u skont l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.
ARTIKOLU II.11. — FORCE MAJEURE
Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-benefiċjarju jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ force majeure, dawn għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor mingħajr dewmien, permezz ta’ ittra rreġistrata li jkollha rċevuta li tagħti prova tal-kunsinna jew prova ekwivalenti, liema ittra tiddikjara n-natura, id-durata probabbli u l-effetti probabbli tas-sitwazzjoni inkwistjoni.
Il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju għandhom jagħmlu kull sforz biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe ħsara li tista’ tiġi kkawżata minn sitwazzjoni ta’ force majeure.
La l-Parlament Ewropew u lanqas il-benefiċjarju ma għandhom jitqiesu li jkunu kisru xi obbligu tagħhom skont il-ftehim jekk dawn ikunu nżammu milli jissodisfaw dak l-obbligu minħabba force majeure.
ARTIKOLU II.12. — SOSPENSJONI TAL-PAGAMENT TA’ FINANZJAMENT
II.12.1. Raġunijiet għas-sospensjoni
Il-Parlament Ewropew jista’ jissospendi l-pagament tal-finanzjament, f’konformità mar-regoli applikabbli skont ir-Regolament Finanzjarju, (b’mod partikolari l-Artikolu 116(4), l-Artikolu 132 u l-Artikolu 205(2) tiegħu), inkluż fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(i) |
fejn jissuspetta irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi mwettqa mill-benefiċjarju matul il-proċedura tal-għoti jew waqt l-implimentazzjoni tal-ftehim sakemm titlesta l-verifika ta’ dawk is-suspetti; |
|
(ii) |
meta l-benefiċjarju jkun ġie soġġett għas-sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, li jkunu skadew, sakemm titħallas is-sanzjoni finanzjarja, jew |
|
(iii) |
jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stipulati fl-Artikolu II.28.1 sal-Artikolu II. 28.3 ta’ dan il-ftehim. |
II.12.2. Proċedura għal sospensjoni
|
L-Ewwel Pass — |
Qabel ma jissospendi l-pagament, il-Parlament Ewropew għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ sospensjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha jirċievi dik in-notifika. |
|
It-Tieni Pass — |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jkomplix għaddej bil-proċedura ta’ sospensjoni, huwa għandu jinnotifika lill-benefiċjarju b’dik id-deċiżjoni. |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jwettaq il-proċedura ta’ sospensjoni, huwa għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar is-sospensjoni fejn jinfurmah dwar:
|
(i) |
id-data indikattiva tat-tlestija tal-verifika meħtieġa fil-każ imsemmi fl-Artikolu II.12.1, il-punt (i), u l-ammonti sospiżi; u |
|
(ii) |
kwalunkwe rimedju legali. |
II.12.3. Effetti tas-sospensjoni
Is-sospensjoni tal-pagament għandu jkollha l-effett li l-benefiċjarju ma jkun intitolat li jirċievi l-ebda pagament mill-Parlament Ewropew sa meta l-verifika msemmija fl-Artikolu II.12.2, il-punt (i), fl-ambitu tat-Tieni Pass, tkun tlestiet għalkollox jew ir-raġuni għas-sospensjoni ma tibqax tapplika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jirtira jew jittermina d-Deċiżjoni tal-Finanzjament skont l-Artikoli II.13 u II.14.
II.12.4. Tkomplija tal-pagament
Mill-mument meta r-raġuni għas-sospensjoni tal-pagament ma tibqax tapplika, il-pagamenti kollha kkonċernati għandhom jitkomplew u l-Parlament Ewropew għandu jinnotifika b’dan lill-benefiċjarju.
ARTIKOLU II.13. — IRTIRAR TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT MILL-PARLAMENT EWROPEW
II.13.1. Raġunijiet għall-irtirar
Meta l-Awtorità tadotta deċiżjoni biex tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru abbażi tal-Artikolu 21(1), il-punt (a)(iv) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, il-Parlament Ewropew għandu jirtira d-deċiżjoni ta’ finanzjament li tikkonċerna lill-benefiċjarju skont l-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament u bil-konsegwenzi speċifikati fih.
II.13.2. Proċedura għall-irtirar
|
L-Ewwel Pass — |
Qabel l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ finanzjament rigward benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ rtirar, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha jirċievi dik in-notifika. |
|
It-Tieni Pass — |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jirtirax id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, huwa għandu jinnotifika lill-benefiċjarju b’dik id-deċiżjoni.
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, huwa għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar l-irtirar. |
|
It-Tielet Pass — |
B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-benefiċjarju bit-terminazzjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni. |
ARTIKOLU II.14. — TERMINAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TA’ FINANZJAMENT
II.14.1. Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju
Il-benefiċjarju jista’ jitlob li d-Deċiżjoni tal-Finanzjament tiġi terminata.
Il-benefiċjarju għandu formalment jinnotifika lill-Parlament Ewropew dwar it-terminazzjoni, filwaqt li jiddikjara:
|
(a) |
ir-raġunijiet għat-terminazzjoni; u |
|
(b) |
d-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha tkun intbagħtet in-notifika. |
It-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni tat-terminazzjoni jew, jekk l-ebda data ma tkun speċifikata fiha, fil-jum tan-notifika tagħha lill-benefiċjarju. B’segwitu għat-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jittermina mingħajr dewmien il-ftehim ta’ kontribuzzjoni b’effett mill-istess jum.
II.14.2. Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew
II.14.2.A. Raġunijiet għat-terminazzjoni
Il-Parlament Ewropew għandu jtemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament b’effett futur u bħala riżultat jittermina dan il-Ftehim, f’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
(a) |
meta jkun hemm raġuni għat-terminazzjoni skont l-Artikolu 36(1), il-punt (a) jew (b), tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(b) |
jekk il-benefiċjarju ma jibqax konformi mal-Artikolu 23(2), it-tieni sentenza, tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(c) |
fil-każijiet previsti fl-Artikoli 132 u 205 tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(d) |
il-benefiċjarju jew kwalunkwe persuna relatata jew persuna li assumiet responsabilità illimitata għad-dejn tal-benefiċjarju taqa’ f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fl-Artikolu 138(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament Finanzjarju; |
|
(e) |
il-benefiċjarju jew kwalunkwe persuna relatata li ssib lilha nnifisha fi kwalunkwe sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 138(1), il-punti (c) sa (h), jew taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 138(3) tar-Regolament Finanzjarju. |
II.14.2.B. Proċedura għat-terminazzjoni
|
L-Ewwel Pass — |
Qabel it-terminazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ terminazzjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data li fiha jirċievi dik in-notifika. |
|
It-Tieni Pass — |
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jitterminax id-Deċiżjoni tal-Finanzjament, huwa għandu jinnotifika lill-benefiċjarju b’dik id-deċiżjoni.
Jekk, wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jittermina d-Deċiżjoni tal-Finanzjament, huwa għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar it-terminazzjoni. |
|
It-Tielet Pass — |
B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika mingħajr dewmien lill-benefiċjarju bit-terminazzjoni tal-ftehim ta’ għotja. |
ARTIKOLU II.15. — ĊESSJONI
Il-benefiċjarju ma jista’ jċedi ebda waħda mit-talbiet tiegħu għall-pagament kontra l-Parlament Ewropew lill-ebda parti terza, ħlief jekk approvat minn qabel mill-Parlament Ewropew abbażi ta’ talba motivata u bil-miktub mill-benefiċjarju.
Jekk il-Parlament Ewropew ma jaċċettax bil-miktub iċ-ċessjoni jew jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ċessjoni ma jiġux osservati, iċ-ċessjoni ma jkollha ebda effett legali.
Ċessjoni fl-ebda ċirkostanza ma tista’ teżenta lill-benefiċjarju mill-obbligi tiegħu lejn il-Parlament Ewropew.
ARTIKOLU II.16. — IMGĦAX TA’ INADEMPJENZA
Jekk il-Parlament Ewropew ma jħallasx fil-limiti ta’ żmien għall-pagament, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għal imgħax ta’ inadempjenza bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu f’euro (ir-“rata ta’ referenza”), flimkien ma’ tliet punti u nofs. Ir-rata ta’ referenza hija r-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-pagament, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jekk il-Parlament Ewropew jissospendi l-pagamenti kif previst fl-Artikolu.II.12, dawn l-azzjonijiet ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala każijiet ta’ inadempjenza.
L-imgħax ta’ inadempjenza jkopri l-perjodu li jibda mill-jum wara d-data dovuta għall-pagament, sa u inkluża d-data tal-pagament attwali.
Bħala eċċezzjoni għall-ewwel subparagrafu, jekk l-imgħax ikkalkulat ikun inqas minn EUR 200 jew ugwali għal dan l-ammont, il-Parlament Ewropew għandu jintalab iħallas dan l-ammont lill-benefiċjarju biss jekk il-benefiċjarju jitlob dan fi żmien xahrejn minn meta jirċievi pagament tardiv.
ARTIKOLU II.17. — LIĠI APPLIKABBLI
Dan il-ftehim huwa rregolat mil-liġi applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari mir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju. Dawn huma kkomplementati, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-benefiċjarju għandu s-sede tiegħu.
ARTIKOLU II.18. — DRITT TA’ SMIGĦ
Fil-każijiet fejn, skont dan il-ftehim, il-benefiċjarju għandu d-dritt jippreżenta l-osservazzjonijiet, il-benefiċjarju għandu jingħata perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief fejn previst espressament mod ieħor, biex jippreżenta l-osservazzjonijiet bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.
PARTI B: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
ARTIKOLU II.19. — SPEJJEŻ ELIĠIBBLI
II.19.1. Kundizzjonijiet
Sabiex jiġu kkunsidrati eliġibbli għal rimborż mill-finanzjament mill-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 189 tar-Regolament Finanzjarju, l-ispejjeż għandhom jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
ikunu relatati direttament mas-suġġett tal-ftehim u previsti fl-estimu baġitarju anness mal-ftehim; |
|
(b) |
ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni tal-ftehim; |
|
(c) |
ikunu raġonevoli u ġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza; |
|
(d) |
ikunu ġġenerati matul il-perjodu ta’ eliġibilità kif definit fl-Artikolu I.2, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati ma’ rapporti annwali jew ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew kontijiet ta’ bażi; |
|
(e) |
ikunu mġarrba verament mill-benefiċjarju; |
|
(f) |
ikunu identifikabbli u verifikabbli, u jkun ittieħed rekord tagħhom fil-kontijiet tal-benefiċjarju, f’konformità mal-istandards tal-kontabilità applikabbli għalih; |
|
(g) |
ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli tat-taxxa u s-sigurtà soċjali; |
|
(h) |
ikunu jikkonformaw mal-Artikolu II.9.1; |
|
(i) |
ikunu jikkonformaw, jekk l-ispejjeż rilevanti jirriżultaw minn kuntratti ta’ akkwist b’valur li jaqbeż is-EUR 60 000 (eskluża l-VAT), mar-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu II.9.2; |
|
(j) |
ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew fis-sejħa għall-proposti. |
Il-proċeduri tal-kontabilità u tal-kontroll intern tal-benefiċjarju għandhom jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni diretta tal-ispejjeż u d-dħul iddikjarat fir-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji u d-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti. In-nuqqas ta’ rikonċiljazzjoni xierqa jista’ jirriżulta fil-klassifikazzjoni tal-ispejjeż bħala ineliġibbli.
II.19.2. Eżempji ta’ spejjeż eliġibbli
Bil-għan li jitqiesu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni, u skont l-Artikolu 189 tar-Regolament Finanzjarju, l-ispejjeż jridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
spejjeż relatati ma’ assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntiera, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet; u attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità bħal korsijiet ta’ taħriġ jew mentoraġġ; |
|
(b) |
spejjeż relatati mal-persunal, li jinkludu s-salarji attwali, il-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u spejjeż oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni, sakemm dawn ma jaqbżux ir-rati medji skont il-politika normalment segwita mill-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni; |
|
(c) |
spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-persunal, sakemm dawn ikunu konsistenti mal-prattiki normalment segwiti tal-benefiċjarju rigward l-ispejjeż tal-ivvjaġġar; |
|
(d) |
l-ispejjeż ta’ deprezzament ta’ tagħmir jew assi oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fir-rapporti kontabilistiċi tal-benefiċjarju, sakemm l-assi:
|
|
(e) |
l-ispejjeż ta’ garanziji finanzjarji, relatati mal-prefinanzjament imħallas mill-Parlament Ewropew. |
ARTIKOLU II.20. — SPEJJEŻ INELIĠIBBLI
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.19.1 ta’ dan il-ftehim, l-ispejjeż li ġejjin għandhom jitqiesu ineliġibbli:
|
(a) |
ir-redditu fuq il-kapital u d-dividendi mħallsa mill-benefiċjarju; |
|
(b) |
id-dejn u l-ispejjeż għas-servizz tad-dejn; |
|
(c) |
id-dispożizzjonijiet għal telf jew djun; |
|
(d) |
l-imgħax dovut, bl-eċċezzjoni tal-imgħax negattiv għall-kont li fih jintbagħat il-prefinanzjament mingħand il-Parlament Ewropew, sakemm tali mgħax negattiv ma setax jiġi evitat; |
|
(e) |
id-djun dubjużi; |
|
(f) |
it-telf fuq il-kambju; |
|
(g) |
l-ispejjeż tat-trasferimenti mill-Parlament Ewropew imposti mill-bank tal-benefiċjarju; |
|
(h) |
l-ispejjeż ddikjarati mill-benefiċjarju fl-ambitu ta’ azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni; |
|
(i) |
il-benefiċċji mhux fi flus; |
|
(j) |
in-nefqa żejda jew irresponsabbli; |
|
(k) |
il-VAT deduċibbli; |
|
(l) |
il-finanzjament projbit ta’ ċerti partijiet terzi skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(m) |
l-ispejjeż relatati ma’ tilwim legali mal-Parlament Ewropew jew mal-Awtorità; |
|
(n) |
l-ammont ta’ sanzjonijiet finanzjarji imposti mill-Awtorità jew minn kwalunkwe awtorità nazzjonali u l-imgħax ta’ inadempjenza pagabbli b’riżultat ta’ dan; |
|
(o) |
nefqa li ma jkollhiex biżżejjed evidenza ta’ sostenn, bħal dokumenti tal-offerti, kuntratti, fatturi, riżultati tanġibbli. |
ARTIKOLU II.21. — IL-BENEFIĊĊJI MHUX FI FLUS
Il-valur tal-benefiċċji mhux fi flus ma għandux jaqbeż:
|
(a) |
l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-benefiċċji mhux fi flus, li fil-fatt saru mill-partijiet terzi jew mill-membri li jagħtu dawn il-benefiċċji, debitament ippruvati b’dokumenti tal-kontabilità; |
|
(b) |
fin-nuqqas ta’ dawn id-dokumenti, l-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari; |
|
(c) |
il-valur tagħhom kif aċċettat fl-estimu baġitarju stabbilit fl-Anness; |
|
(d) |
50 % tar-riżorsi proprji aċċettati fl-estimu baġitarju. |
Benefiċċji mhux fi flus:
|
(a) |
għandhom jiġu kontabilizzati separatament, kemm fid-dħul kif ukoll fin-nefqa; |
|
(b) |
għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, kif ukoll mar-regoli tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali nazzjonali; |
|
(c) |
għandhom biss jiġu aċċettati fuq bażi proviżorja, soġġett għal ċertifikazzjoni mill-awditur estern u mill-aċċettazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament; |
|
(d) |
ma għandhomx ikunu f’forma ta’ proprjetà immobbli. |
ARTIKOLU II.22. — TRASFERIMENTI TAL-BAĠIT
Il-benefiċjarju għandu jkun permess jaġġusta l-estimu baġitarju stabbilit fl-Anness, permezz ta’ trasferimenti bejn il-kategoriji differenti tal-baġit mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.21. Dan l-aġġustament ma għandux jirrikjedi emenda tal-ftehim. Dawn it-trasferimenti għandhom jiġu ġġustifikati fir-rapport annwali.
ARTIKOLU II.23. — OBBLIGI TA’ RAPPORTAR
II.23.1. Rapport annwali
Preferibbilment sal-15 ta’ Mejju, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, wara tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jissottometti lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega rapport annwali f’format miftuħ, li jkun jinqara mill-magni, li jkun magħmul minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u noti ta’ akkumpanjament, li jkopru d-dħul u l-ispejjeż tal-benefiċjarju, l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tas-sena finanzjarja, f’konformità mal-liġi applikabbli fl-Istat Membru tas-sede tal-benefiċjarju; |
|
(b) |
rapport tal-awditjar estern dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, li jkopri kemm l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif ukoll il-legalità u r-regolarità tad-dħul u tan-nefqa, li jsir minn entità jew espert indipendenti; |
|
(c) |
il-lista ta’ donaturi u kontributuri u d-donazzjonijiet jew kontribuzzjonijiet korrispondenti tagħhom u r-riżorsi awtoġenerati tagħhom irrapportati f’konformità mal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445; |
|
(d) |
rapport ta’ attività; |
|
(e) |
dikjarazzjoni finanzjarja tan-nefqa u d-dħul li fil-fatt saru bbażata fuq l-istruttura tal-estimu baġitarju; |
|
(f) |
dettalji tal-kontijiet fir-rigward ta’ dħul, spejjeż, assi u obbligazzjonijiet; |
|
(g) |
rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (e) mad-dettalji tal-kontijiet imsemmija fil-punt (f); |
|
(h) |
lista ta’ fornituri li talbu lill-benefiċjarju aktar minn EUR 10 000 fis-sena finanzjarja N jew li għalihom il-valur kumulattiv fl-aħħar 5 snin huwa ugwali għal EUR 60 000 jew aktar (eskluża l-VAT), li tispeċifika l-isem u l-indirizz tal-fornitur kif ukoll id-deskrizzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi pprovduti. |
Fil-każ ta’ riport speċifikat fl-Artikolu II.25.3, ir-rapport annwali għandu jinkludi d-dokumenti msemmija fil-punti (d), (e), (f) u (g) li jkopru l-ewwel kwart tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja kkonċernata.
L-informazzjoni inkluża fir-rapport annwali għandha tkun biżżejjed biex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament.
II.23.2. Rapport tal-awditjar estern
Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, fit-tħejjija u s-sottomissjoni tar-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Għal dak l-għan, il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe informazzjoni jew dokument li jitlob l-awditur estern skont l-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, inkluż matul il-verifiki fuq il-post, imwettqa fl-istess kundizzjonijiet bħal fl-Artikolu II.28.3 ta’ dan il-ftehim.
L-iskop tal-awditjar estern għandu jkun dak li jiċċertifika l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-legalità u r-regolarità tad-dħul u n-nefqa tagħhom, u b’mod partikolari li:
|
(a) |
id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għall-benefiċjarju, ma fihomx dikjarazzjonijiet materjali foloz u juru perspettiva vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati operattivi; |
|
(b) |
l-ispejjeż ddikjarati ġġarrbu verament; |
|
(c) |
id-dikjarazzjoni tad-dħul tkun eżawrjenti; |
|
(d) |
id-dokumenti finanzjarji preżentati mill-benefiċjarju lill-Parlament ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tal-ftehim; |
|
(e) |
l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, b’mod partikolari mill-Artikolu 25 tiegħu, ikunu ġew issodisfati; |
|
(f) |
l-obbligi li jirriżultaw minn dan il-ftehim, b’mod partikolari l-Artikolu II.9 u l-Artikolu II.19, ġew issodisfati; |
|
(g) |
il-benefiċċji mhux fi flus ikunu ngħataw realment lill-benefiċjarju u jkunu ġew ivvalutati bi qbil mar-regoli applikabbli; |
|
(h) |
kwalunkwe eċċess mill-finanzjament tal-Unjoni jkun ġie riportat għas-sena finanzjarja li jmiss u jintuża fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja, skont l-Artikolu 226(7) tar-Regolament Finanzjarju jew rimborżat lill-Parlament Ewropew; |
|
(i) |
kwalunkwe eċċess ta’ riżorsi proprji jkun ġie trasferit fir-riżerva. |
ARTIKOLU II.24. — DEĊIŻJONI DWAR RAPPORT ANNWALI
Sal-31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja N, il-Parlament Ewropew għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali, kif speċifikat fl-Artikolu II.23.1.
Jekk il-Parlament Ewropew ma jagħtix tweġiba bil-miktub fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li jirċievi r-rapport annwali, ir-rapport annwali għandu jitqies li jkun ġie approvat.
L-approvazzjoni tar-rapport annwali hija mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali skont l-Artikolu II.25 li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jieħu deċiżjoni finali dwar l-eliġibilità tal-ispejjeż.
Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju sabiex ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar ir-rapport annwali. Fil-każ ta’ tali talba, id-data ta’ skadenza għad-deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun estiża sakemm tali informazzjoni mitluba tkun waslet u ġiet evalwata mill-Parlament Ewropew. L-iskadenza tista’ tiġi estiża wkoll meta tkun intalbet informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Jekk ir-rapport annwali jkun fih nuqqasijiet sostanzjali, jew jekk l-awditur estern jikkonkludi li ma jistax jifforma opinjoni tal-awditjar minħabba nuqqas ta’ evidenza għall-awditjar, il-Parlament Ewropew jista’ jirrifjutah mingħajr ma jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju u jista’ jitlob li l-benefiċjarju jissottometti rapport ġdid fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.
Talbiet għal informazzjoni addizzjonali jew għal rapport ġdid għandhom isiru lill-benefiċjarju bil-miktub.
Jekk ir-rapport annwali li jkun ġie preżentat inizjalment jiġi rrifjutat u jintalab rapport ġdid, il-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu għandha tapplika għar-rapport il-ġdid.
ARTIKOLU II.25. — DEĊIŻJONI DWAR L-AMMONT TA’ FINANZJAMENT FINALI
II.25.1. Impatt tar-rapport annwali
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament finali għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport annwali approvat f’konformità mal-Artikolu II.24. F’każ ta’ rifjut definittiv tar-rapport annwali mill-Parlament Ewropew, jew f’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jippreżenta kwalunkwe rapport annwali fi żmien l-iskadenzi applikabbli, l-ispejjeż ineliġibbli jistgħu jiġu stabbiliti mid-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali.
II.25.2. Limitu
L-ammont ta’ finanzjament finali għandu jkun limitat għall-ammont stipulat fl-Artikolu I.4. u ma għandux jaqbeż il-95 % tal-ispejjeż eliġibblimġarrba verament.
II.25.3. Ir-riport tal-eċċess
Jekk, fi tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju jirreġistra eċċess ta’ dħul fuq in-nefqa, parti minn dak l-eċċess jista’ jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1, skont l-Artikolu 226(7) tar-Regolament Finanzjarju.
(a) Id-definizzjoni ta’ eċċess
L-eċċess tas-sena finanzjarja N għandu jkun id-differenza bejn l-ispejjeż eliġibbli totali u l-ammont totali ta’:
|
(i) |
l-ammont ta’ finanzjament proviżorju massimu, skont l-Artikolu I.4; |
|
(ii) |
ir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju allokati biex ikopru l-ispejjeż eliġibbli, il-benefiċjarju preċedentement ikun kopra l-ispejjeż ineliġibbli bl-użu ta’ riżorsi proprji biss; u |
|
(iii) |
kwalunkwe eċċess trasferit mis-sena finanzjarja N-1. |
L-eċċess tad-dħul li jista’ jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1 ma għandux jaqbeż il-25 % tad-dħul totali msemmi fil-punti (i) u (ii) imsemmija.
(b) Kontabilità tal-provvediment għal spejjeż eliġibbli
L-ammont li effettivament ikun ġie riportat għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja N bħala “provvediment biex ikopri l-ispejjeż eliġibbli tal-ewwel kwart tas-sena N+1”. Dan il-provvediment għandu jikkostitwixxi spiża eliġibbli għas-sena finanzjarja N.
Barra minn hekk, finalizzazzjoni interim tal-kontijiet li ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena N+1 għandha tiddetermina l-ispejjeż eliġibbli mġarrba veramentsa dik id-data. Dan il-provvediment ma għandux jaqbeż dawk l-ispejjeż.
Fis-sena N+1, il-provvediment għandu jiġi dissolt u għandu jiġġenera dħul li għandu jintuża biex ikopri l-ispejjeż eliġibbli fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja N+1.
II.25.4. Deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali
Kull sena, il-Parlament Ewropew jikkontrolla jekk in-nefqa tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, mar-Regolament Finanzjarju u mal-ftehim. Kull sena huwa għandu jieħu deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali, li għandha tiġi notifikata debitament lill-benefiċjarju.
L-approvazzjoni tal-prefinanzjament għandha ssir fil-mument li jiġi stabbilit l-ammont ta’ finanzjament finali.
II.25.5. Bilanċ tal-finanzjament
Jekk il-prefinanzjament imħallas jaqbeż l-ammont tal-finanzjament finali, il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-prefinanzjament imħallas indebitament.
Jekk l-ammont finali tal-finanzjament jaqbeż il-prefinanzjament imħallas, il-Parlament Ewropew għandu jħallas il-bilanċ.
II.25.6. Profitt
(a) Definizzjoni
Il-profitt huwa definit fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament Finanzjarju.
(b) Bini ta’ riżervi
Skont l-Artikolu 195(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju jista’ jibni riżervi mill-eċċess ta’ riżorsi proprji, li huma definiti fl-Artikolu II.1.
L-eċċess ta’ riżorsi proprji li jrid jiġi trasferit fil-kont ta’ riżerva għandu jkun, jekk applikabbli, l-ammont ta’ riżorsi proprji li jaqbeż is-somma ta’ riżorsi proprji meħtieġa biex jiġu koperti 5 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba verament fis-sena finanzjarja N u 5 % tal-ispejjeż fil-proviżjoni li għandhom jiġu riportati għas-sena finanzjarja N+1. Il-benefiċjarju għandu jkun kopra l-ispejjeż ineliġibbli minn qabel billi juża r-riżorsi proprji tiegħu biss.
Fil-każ ta’ riżorsi awtoġenerati, jekk il-benefiċjarju jaqbeż il-limitu stipulat skont l-Artikolu 25(13) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, l-ammont ta’ dħul li jaqbeż il-limitu ma għandux jiġi ddikjarat bħala dħul iżda għandu jitnaqqas mit-total tal-ispejjeż eliġibbli.
L-eċċess allokat għar-riżerva mhux se jitqies għall-kalkolu tal-profitt.
Ir-riżerva għandha tintuża biss biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-benefiċjarju.
(c) Irkupru
Il-finanzjament ma jistax jipproduċi profitt għall-benefiċjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli, bi qbil mal-Artikolu 195(4) tar-Regolament Finanzjarju.
ARTIKOLU II.26. — IRKUPRU
Jekk ammonti ġew imħallsa indebitament lill-benefiċjarju jew jekk proċedura ta’ rkupru tkun ġustifikata skont it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim, ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 jew ir-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jħallas lura l-ammonti kkonċernati lill-Parlament Ewropew, skont it-termini u l-kundizzjonijiet u sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew.
II.26.1. Imgħax ta’ inadempjenza
Jekk il-benefiċjarju jonqos milli jħallas lura sal-iskadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jimponi fuq l-ammonti dovuti l-imgħax ta’ inadempjenza bir-rata stabbilita fl-Artikolu II.16. L-imgħax ta’ inadempjenza għandu jkopri l-perjodu bejn l-iskadenza stabbilita għall-pagament lura u d-data li fiha l-Parlament Ewropew jirċievi pagament lura sħiħ, bl-inklużjoni ta’ din tal-aħħar.
Kull rimborż parzjali għandu l-ewwel jiddaħħal taħt l-ispejjeż u l-imgħax ta’ inadempjenza u biss imbagħad taħt il-kapital.
II.26.2. Tpaċija
Mingħajr preġudizzju għal mezzi oħra ta’ rkupru previsti fir-Regolament Finanzjarju, jekk ma jkun sar l-ebda pagament sad-data ta’ skadenza stipulata, l-ammonti dovutilill-Parlament Ewropew jistgħu jiġu rkuprati billi jitnaqqsu minn kwalunkweammont dovut lill-benefiċjarju għal kwalunkwe raġuni oħraf’konformità mar-Regolament Finanzjarju. F’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati bil-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirkupra permezz ta’ tpaċija qabel id-data ta’ meta jkun dovut il-pagament. Ma għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel tal-benefiċjarju.
II.26.3. Imposti bankarji
L-imposti bankarji ġġenerati mill-irkupru tal-ammonti dovuti lill-Parlament Ewropew għandhom jinġarru unikament mill-benefiċjarju.
ARTIKOLU II.27. — GARANZIJA FINANZJARJA
Jekk il-Parlament Ewropew jitlob garanzija finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-garanzija finanzjarja trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata jew, jekk dan jintalab mill-benefiċjarju u jkun aċċettat mill-Parlament Ewropew, minn parti terza; |
|
(b) |
il-garanti jrid joqgħod bħala garanti tal-ewwel sejħa u ma jkunx jeħtieġ li l-Parlament Ewropew l-ewwel jirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju konċernat); u |
|
(c) |
il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ b’mod espliċitu sakemm il-prefinanzjament ikun ikklerjatkontra pagamenti interim jew pagamenti tal-bilanċ mill-Parlament Ewropew; jekk il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru, il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ sakemm id-dejn ikun meqjus kompletament ikklerjat; u l-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-garanzija matul ix-xahar ta’ wara. |
ARTIKOLU II.28. — KONTROLL
II.28.1. Dispożizzjonijiet ġenerali
Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445, u mal-Artikolu 205(1) u l-Artikolu 204(2)(g) flimkien mal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-OLAF, l-UPPE fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f’kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (6) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll rispettivi tagħhom sabiex jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju huwiex f’konformità sħiħa mal-obbligi stabbiliti fil-ftehim, fir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 u fir-Regolament Finanzjarju.
Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u għandu jipprovdilhom l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli tagħhom.
Il-benefiċjarju għandu jiżgura li kwalunkwe parti terza, inklużi l-kuntratturi u s-sottokuntratturi, involuti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet iffinanzjati skont dan il-ftehim, jagħtu drittijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.28.1 kif previst fl-Artikolu 129(2) tar-Regolament Finanzjarju.
Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità jistgħu jiddelegaw il-kompitu ta’ kontroll lil korpi esterni debitament awtorizzati li jaġixxu għan-nom tagħhom (“il-korpi awtorizzati”). Id-dmir ta’ kooperazzjoni għandu japplika wkoll fir-rigward ta’ tali korpi awtorizzati fl-eżerċizzju tal-kompiti ta’ kontroll delegati lilhom.
II.28.2. Obbligu li jiġu pprovduti dokumenti u/jew informazzjoni
Il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Awtorità jew mill-korp awtorizzat (“l-awtorità kompetenti”).
Kwalunkwe dokument jew informazzjoni pprovduti mill-benefiċjarju għandhom jiġu pproċessati f’konformità mal-Artikolu II.6.
II.28.3. Verifiki fuq il-post mill-awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti tista’ twettaq verifiki fuq il-post fil-bini tal-benefiċjarju. Għal dan l-għan, hija tista’ titlob bil-miktub li l-benefiċjarju jagħmel l-arranġamenti xierqa għal tali verifika fi żmien skadenza xierqa li għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti.
Matul verifika fuq il-post, il-benefiċjarju għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti aċċess għas-siti u l-bini fejn l-operazzjoni tkun qiegħda titwettaq jew tkun ġiet imwettqa, kif ukoll għall-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluża informazzjoni f’format elettroniku.
Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli fil-mument tal-verifika fuq il-post u li l-informazzjoni mitluba tiġi mgħoddija f’forma xierqa.
II.28.4. Proċedura ta’ kontroll kontradittorja mill-Parlament Ewropew
Abbażi tas-sejbiet li jsiru waqt il-proċedura ta’ kontroll, il-Parlament Ewropew għandu jħejji rapport bil-konklużjonijiet preliminari li għandu jintbagħat lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jista’ jissottometti osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tar-riċevuta tar-rapport tal-awditjar proviżorju.
Abbażi tas-sejbiet tar-rapport ta’ konklużjonijiet preliminari u l-osservazzjonijiet possibbli tal-benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-konklużjonijiet finali tiegħu. Fin-nuqqas ta’ osservazzjonijiet fi żmien dik l-iskadenza, jew jekk il-benefiċjarju jaċċetta s-sejbiet preliminari, dawk is-sejbiet għandhom jitqiesu bħala finali.
II.28.5. Effetti tal-konklużjonijiet u s-sejbiet tal-kontroll
Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament li jieħu l-miżuri skont l-Artikolu II.12 sal-Artikolu II.14, il-konklużjonijiet finali għandhom jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali.
Każijiet possibbli ta’ frodi jew ksur serju tar-regoli applikabbli żvelati mill-konklużjonijiet finali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-Unjoni għal azzjoni ulterjuri.
Il-Parlament Ewropew jista’ b’mod retroattiv jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament fuq il-bażi ta’ kontrolli ex post, imwettqa f’konformità mal-Artikolu 74(6) tar-Regolament Finanzjarju.
II.28.6. Drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF
L-OLAF għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kontroll fil-konfront tal-benefiċjarju f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (7), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 29(4) u l-Artikolu 30(7) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445.
Il-benefiċjarju għandu jikkoopera debitament mal-OLAF u għandu jipprovdi lill-OLAF b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq ta’ kontroll tiegħu.
II.28.7. Drittijiet ta’ kontroll tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżerċita d-dritt ta’ kontroll tagħha f’konformità mar-regoli applikabbli, u b’mod partikolari l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445. L-Artikoli II.28.2 u II.28.3 għandhom japplikaw.
Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-Qorti tal-Awdituri u għandu jipprovdi lil dik il-Qorti l-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontroll tagħha.
II.28.8. Drittijiet ta’ kontroll tal-UPPE
L-UPPE għandu jeżerċita d-drittijiet ta’ kontroll tiegħu f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju.
Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-UPPE u għandu jipprovdi lill-UPPE kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq taL-kontroll tiegħu.
II.28.9. Kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-kontroll fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament finali
Il-Parlament Ewropew jista’ jqis, fi kwalunkwe ħin, is-sejbiet li jirriżultaw mill-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu II.28.1 biex jistabbilixxi jew jimmodifika l-ammont ta’ finanzjament finali filwaqt li jirrispetta d-dritt tal-benefiċjarju li jinstema’ tal-benefiċjarju skont l-Artikolu II.18 ta’ dan il-ftehim.
II.28.10. Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikolu II.28.1 sal-Artikolu II. 28.3
Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu II.28.1 sal-Artikolu II. 28.3, il-Parlament Ewropew jista’ jqis mhux rimborżabbli kwalunkwe spiża li ma tkunx ġiet sostanzjata b’mod suffiċjenti mill-benefiċjarju.
FIREM
|
Għall-Benefiċjarju [kunjom/isem/funzjoni] [firma] Magħmul fi [post], [data] |
Għall-Parlament Ewropew [kunjom/isem] [firma] Magħmul fi [post], [data] |
Duplikat bil-Malti.
ANNESS 1
ESTIMU BAĠITARJU
ANNESS 2
PROGRAMM TA’ ĦIDMA
[jiddaħħal skont l-applikazzjoni tal-finanzjament]
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2025/2445 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2025 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (ĠU L 2025/2445, 8.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2445/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1049/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(5) Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1939/oj).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità EwropeA kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra ( ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2185/oj ).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 ( ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1 , ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/883/oj ).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3956/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)