31983L0029



Official Journal L 032 , 03/02/1983 P. 0028 - 0028
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0120
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0083
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 4 P. 0120
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 4 P. 0083


Id-Direttiva tal-Kunsill

ta’ l-24 ta’ Jannar 1983

li temenda d-Direttiva 78/176/KEE dwar skart mill-industrija tat-titanju diossidu

(83/29/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-Kummissjoni kellha xi diffikultajiet biex tissottometti, fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 78/176/KEE [3], proposti adattati għall-armonizzazzjoni tal-programmi għat-tnaqqis progressiv tat-tniġġis; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-limitu ta’ żmien ikkonċernat jiġi estiż,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 78/176/KEE, il-frażi "Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 1980 sabiex tkun tista', fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li tirċievi l-programmi nazzjonali kollha, tissottometti proposti adattati lill-Kunsill …" għandha tinbidel b' "Sa mhux aktar mill-1 ta’ Lulju 1980 il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, li, qabel il-15 ta’ Marzu 1983, għandha tissottometti proposti adattati lill-Kunsill …."

L-Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-24 ta’ Jannar 1983.

Għall-Kunsill

Il-President

H. W. Lautenschlager

[1] ĠU C 292, tat-8.11.1982, p. 101.

[2] ĠU C 326, tat-13.12.1982, p. 1.

[3] ĠU L 54, tal-25.2.1978, p. 19.

--------------------------------------------------