<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑568/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0568</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:154">EU:C:2017:154</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>schenbacjeSENTENZA TAT-<DATE ISO="20170302">2.3.2017</DATE> – KAWŻA C-568/15</P><P>ZENTRALE ZUR BEKÄMPFUNG UNLAUTEREN WETTBEWERBS FRANKFURT AM MAIN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/83/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni permezz tat-telefon</KEYWORD><KEYWORD>Użu ta’ linja tat-telefon minn kummerċjant sabiex il-konsumatur ikun jista’ jikkuntattjah fir-rigward ta’ kuntratt konkluż</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni milli tiġi applikata tariffa ogħla mit-tariffa bażika</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑568/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Stuttgart (qorti reġjonali ta’ Stuttgart, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20151105">5 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">comtech GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal (Relatur), President tal-Awla, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV, minn M. Ross u M. Hammer, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Estonjan, minn K. Kraavi-Käerdi, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Litwan, minn D. Kriaučiūnas u K. Mickutė, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. J. Langer u M. Bulterman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn S. Hartikainen, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Roussanov u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2011">ĠU L 304, p. 64</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main eV, assoċjazzjoni għall-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, jiġifieri assoċjazzjonijiet u impriżi, u comtech GmbH, kumpannija Ġermaniża li għandha bħala attività il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti elettroniċi u elettriċi, fir-rigward tat-tariffa għat-telefonati li din il-kumpannija titlob fil-kuntest tas-servizz tagħha ta’ wara l-bejgħ.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/83 jiddefinixxi l-għan ta’ din tal-aħħar kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa, permezz tal-ksib ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, li tikkontribwixxi għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi tagħmel approssimazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar kuntratti konklużi bejn konsumaturi u kummerċjanti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal kuntratti mill-bogħod u lil hinn mill-post tan-negozju<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Qabel ma l-konsumatur jintrabat b’kuntratt mill-bogħod jew lil hinn mill-post tan-negozju, jew bi kwanlunkwe offerta korrispondenti, il-kummerċjant għandu jipprovdi lill-konsumatur l-informazzjoni li ġejja b’mod ċar u komprensibbli:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>l-ispiża tal-użu tal-mezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt meta tali kost huwa kkalkolat fuq bażi differenti mit-tariffa bażika;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-kummerċjant għandu jagħti rimbors għall-pagamenti kollha li rċieva mingħand il-konsumatur, inkluż jekk ikun il-każ, l-ispejjeż tal-kunsinna mingħajr dewmien mhux dovut u f’kull każ mhux aktar tard minn 14-il jum minn dak li fih ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-konsumatur li jirreċedi mill-kuntratt skont l-Artikolu 11.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tad-Direttiva 2011/83 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jimponu lill-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament, tariffi li jaqbżu dawk imġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Komunikazzjoni bit-telefon<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li, fejn il-kummerċjant juża linja telefonika għall-iskop li jikkuntattja lill-konsumatur bit-telefon dwar il-kuntratt konkluż, il-konsumatur mhuwiex marbut iħallas aktar mit-tariffa bażika, meta jikkuntattja lill-kummerċjant.</ALINEA><ALINEA>L-ewwel subparagrafu […] huwa bla ħsara għad-dritt tal-operaturi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni li japplikaw tariffa għal dawn it-telefonati.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Bürgerliches Gesetzbuch (kodiċi ċivili) jiddikjara fl-Artikolu 312a tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Obbligi u prinċipji ġenerali applikabbli għall-kuntratti konklużi minn konsumaturi; limiti tal-Ftehim ta’ Remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Kwalunkwe ftehim li jobbliga lill-konsumatur iħallas remunerazzjoni b’korrispettiv tat-telefonata li huwa jagħmel lill-kummerċjant permezz ta’ numru li dan tal-aħħar iqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex jirrispondi l-mistoqsijiet jew jipprovdi spjegazzjonijiet dwar il-kuntratt li huma kkonkludew huwa null meta r-remunerazzjoni miftiehma teċċedi r-remunerazzjoni dovuta fir-rigward tas-sempliċi użu tas-servizz tat-telekomunikazzjoni. Jekk skont l-ewwel sentenza l-ftehim huwa null, il-konsumatur lanqas ma għandu jħallas lill-fornitur tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni korrispettiv għat-telefonata. Il-fornitur tas-servizz tat-telekomunikazzjoni għandu d-dritt jitlob lill-kummerċjant li kkonkluda l-ftehim ivvizzjat b’nullità mal-konsumatur remunerazzjoni li tikkorrispondi għal sempliċi użu ta’ servizz ta’ telekomunikazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-sit internet tagħha, comtech tesponi numru tat-telefon li jippermetti li persuna jkollha aċċess għal servizz ta’ assistenza, b’mod partikolari għal klijenti li diġà kkonkludew kuntratt ta’ xiri u li jixtiequ jiksbu informazzjoni jew jippreżentaw ilment. Dan in-numru tat-telefon jibda bil-prefiss 0180, ġeneralment użat, fil-Ġermanja, għal servizzi ta’ assistenza suġġetti għal tariffa nazzjonali. Il-prezz ta’ telefonata lejn dan in-numru, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>mhux ġeografiku<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, hija ogħla minn dik ta’ telefonata standard lejn numru ta’ linja fissa, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ġeografiku<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jew lejn numru ta’ telefon mobbli. Mid-deċiżjoni ta’ rinviju jirriżulta li l-prezz ta’ telefonata lejn in-numru tat-telefon ta’ comtech li jibda bil-prefiss 0180 huwa ta’ EUR 0.14 kull minuta min-netwerk tat-telefon fiss u ta’ EUR 0.42 kull minuta minn netwerk tat-telefon mobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ linja tat-telefon ta’ assistenza b’tariffa ogħla minn dak tat-telefonati standard jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali, bi ksur tal-Artikolu 312a(5) tal-kodiċi ċivili. Għal din ir-raġuni, hija ordnat lil comtech sabiex ittemm il-prattika kkontestata u ressqitha quddiem il-Landgericht Stuttgart (qorti reġjonali ta’ Stuttgart, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Quddiem din il-qorti, comtech sostniet li l-Artikolu 312a(5) tal-kodiċi ċivili, moqri fid-dawl tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 jimponi li l-kummerċjant ikkonċernat ma jagħmilx qligħ permezz ta’ linja ta’ assistenza bit-telefon. Dawn id-dispożizzjonijiet ma jipprekludux, għalhekk, li t-tariffa tat-telefonati lejn linja ta’ assistenza tkun ogħla minn dik tat-telefonati msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u dan sabiex il-kummerċjant jikkumpensa l-ispejjeż sostnuti għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ din il-linja, mingħajr madankollu ma jagħmel qligħ minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi li, għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali, interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>remunerazzjoni dovuta fir-rigward tas-sempliċi użu tas-servizz tat-telekomunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> li jinsab fl-Artikolu 312a(5) tal-kodiċi ċivili, hija neċessarja. Peress li t-tariffi tal-linji tat-telefon ta’ assistenza bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu suġġetti għal armonizzazzjoni fuq livell Ewropew, skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, hemm ukoll lok li jiġi interpretat dan l-aħħar artikolu. Issa, dan jipprevedi, skont din il-qorti, li l-konsumatur ma għandux obbligu jħallas iktar mit-tariffa bażika għal kuntatt bit-telefon li jseħħ wara l-konklużjoni ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-leġiżlatur Ġermaniż kellu bħala għan li jevita li l-kummerċjant jagħmel qligħ mit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ linja ta’ assistenza mhux ġeografika. Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 u, għalhekk, tal-Artikolu 312a(5) tal-kodiċi ċivili ma teskludix li l-konsumatur iħallas iktar għal telefonata lejn linja mhux ġeografika meta mqabbel ma’ telefonata standard, bil-kundizzjoni li d-dħul korrispondenti ma jeċċedix l-ispiża għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tali linja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk interpretazzjoni iktar restrittiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> minn dik esposta fil-punt preċedenti hijiex meħtieġa, sabiex jiġi ggarantit livell ta’ protezzjoni ogħla tal-konsumaturi. F’dan il-każ, l-assenza ta’ profitt ma hijiex suffiċjenti, ġaladarba t-telefonati lejn linja bħal dik f’din il-kawża jistgħu dejjem ikunu ogħla minn dawk lejn linji standard. Il-formulazzjoni tal-imsemmi Artikolu 21 kif ukoll l-għan tiegħu imorru fis-sens ta’ tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Stuttgart (qorti reġjonali ta’ Stuttgart) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva [2011/83] għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-konsumatur jikkuntattja lill-kummerċjant bit-telefon, fil-każ fejn dan tal-aħħar ikun qiegħed linja telefonika għad-dispożizzjoni tal-konsumatur sabiex dan ikun jista’ jikkuntattjah dwar il-kuntratt konkluż, l-ispejjeż li jiġu ffatturati lill-konsumatur ma jistgħux jaqbżu l-prezz li kien ikollu jħallas għal telefonata standard lejn numru tal-linja fissa (ġeografiku) jew mobbli?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva [2011/83] jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li, meta l-kummerċjant ikun qiegħed servizz ta’ assistenza b’numru tat-telefon speċjali (bil-prefiss 0180) għat-telefonati dwar il-kuntratt konkluż, il-konsumatur għandu jħallas l-ispejjeż li jiġu ffatturati lilu mill-fornitur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni bħala korrispettiv għall-użu tas-servizz ta’ telekomunikazzjoni, anki meta dawn l-ispejjeż jaqbżu l-prezz li kien ikollu jħallas għal telefonata standard lejn numru tal-linja fissa (ġeografiku) jew mobbli?</TXT><P>L-Artikolu 21(1) tad-Direttiva [2011/83], f’kull każ, għandu jiġi kkunsidrat bħala li ma jostakolax tali dispożizzjoni nazzjonali meta l-fornitur tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni ma jħallas lill-kummerċjant ebda parti mir-remunerazzjoni mħallsa mill-konsumatur bħala korrispettiv għat-telefonata lejn in-numru speċjali?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, għandux jiġi interpretat fis-sens li l-prezz ta’ telefonata fir-rigward ta’ kuntratt konkluż u lejn linja tat-telefon ta’ assistenza operata minn professjonist ma jistax jeċċedi l-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli standard, u jekk huwiex rilevanti, f’dan ir-rigward, li l-kummerċjant jagħmilx qligħ jew le permezz ta’ din il-linja tat-telefon ta’ assistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, l-Istati Membri għandhom iħarsu sabiex, meta l-kummerċjant jopera linja tat-telefon biex jiġi kkuntattjat fir-rigward ta’ kuntratt konkluż, il-konsumatur ma jkollux iħallas iktar mit-tariffa bażika għat-telefonati lejn din il-linja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Issa, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, imsemmi f’dan l-artikolu, ma huwiex iddefinit mid-Direttiva 2011/83.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tifsira u l-portata ta’ dan il-kunċett għandhom jiġu stabbiliti konformement mat-tifsira abitwali tiegħu fil-lingwaġġ kurrenti, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintuża l-imsemmi kunċett u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li tagħha jagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>TMD</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑412/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:738">EU:C:2016:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tifsira abitwali tiegħu, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jindika t-tariffa prevista għal telefonata standard. Hemm lok li jiġi vverifikat jekk il-kuntest u l-għan tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83 jippermettux li jiġi kkonstatat li dan il-kunċett jintuża f’dan l-artikolu skont din it-tifsira abitwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest li fih jidħol dan l-artikolu, għandu jiġi osservat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jinsab ukoll fl-Artikolu 6(1)(f) tal-imsemmija direttiva. Din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-kummerċjant għandu l-obbligu li jinforma lill-konsumatur jekk l-ispiża tat-teknika ta’ komunikazzjoni mill-bogħod għall-konklużjoni tal-kuntratt hijiex ikkalkolata skont rata li ma hijiex dik tat-tariffa bażika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ indikazzjonijiet kuntrarji, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li t-tariffa bażika msemmija f’din id-dispożizzjoni tikkorrispondi għall-prezz standard ta’ komunikazzjoni abitwali mistenni mill-konsumatur u li ma jirrikjedix li l-kummerċjant jinforma lil dan tal-aħħar fir-rigward tal-prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Anki jekk l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/83 jirrigwarda l-fażi prekuntrattwali, xorta jibqa’ l-fatt li din l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tinkludi indikazzjonijiet għall-interpretazzjoni tal-istess kunċett, imsemmi fl-Artikolu 21 ta’ din id-direttiva, dwar il-fażi li tiġi wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Fil-fatt, huwa importanti l-konsumatur ikun jista’ juża l-linja tat-telefon imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-kummerċjant billi jħallas prezzijiet normali, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> wara l-konklużjoni tal-kuntratt, sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn numru ta’ artikoli tad-Direttiva 2011/83 jirriżulta li, bħala prinċipju, ma huwiex il-konsumatur li għandu jsostni l-ispejjeż minbarra l-ispejjeż abitwali, jekk jeżerċita d-drittijiet tiegħu stabbiliti minn din id-direttiva, u li spejjeż addizzjonali eventwali għandhom, konsegwentement, jaqgħu fuq il-kummerċjant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva jipprovdi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz ta’ ħlas speċifiku, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[l]-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-kummerċjanti milli jimponu lill-konsumaturi, fir-rigward tal-użu ta’ mezz speċifiku ta’ pagament, tariffi li jaqbżu dawk imġarrba mill-kummerċjant għall-użu tat-tali mezzi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi, min-naħa tiegħu, li, fil-każ fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rexissjoni, il-ħlasijiet kollha mwettqa minnu, inklużi l-ispejjeż ta’ kunsinna, għandhom jiġu rrimborsati lilu mill-kummerċjant. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fir-rigward tad-dritt ta’ rexissjoni, hekk kif kien jirriżulta fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19970520">20 ta’ Mejju 1997</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 319), li ppreċediet id-Direttiva 2011/83, li, bħala prinċipju, il-bejjiegħ ma għandux il-possibbiltà li jitlob kumpens mingħand il-konsumatur minħabba l-użu tal-beni akkwistat permezz ta’ kuntratt mill-bogħod fil-każ fejn dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rexissjoni qabel l-iskadenza tat-termini (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Messner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑489/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:502">EU:C:2009:502</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, kummerċjant ma huwiex awtorizzat jattribwixxi l-ispejjeż ta’ spedizzjoni tal-merkanzija lill-konsumatur, fil-każ fejn dan tal-aħħar jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ rexissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100415">15 ta’ April 2010</DATE>, <NAME.CASE>Heinrich Heine</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑511/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:189">EU:C:2010:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, point 59).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-kuntest li fih jidħol l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jinkludi tariffa abitwali ta’ komunikazzjoni tat-telefon, mingħajr spejjeż addizzjonali għall-konsumatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-interpretazzjoni tirrifletti wkoll l-għan, segwit mid-Direttiva 2011/83, li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, hekk kif imsemmi fil-premessi 3 sa 5 u 7 ta’ din id-direttiva kif ukoll fl-Artikolu 1 tagħha. Barra minn hekk, il-protezzjoni tal-konsumaturi fil-politiki tal-Unjoni Ewropea hija stabbilita fl-Artikolu 169 TFUE kif ukoll fl-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens li l-kummerċjanti jkunu awtorizzati jiffatturaw tariffi ogħla mit-tariffa ta’ komunikazzjoni standard lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli tkun tali li tiddiswadi lill-konsumaturi milli jużaw linja tat-telefon ta’ assistenza sabiex jiksbu informazzjoni relatata mal-kuntratt konkluż jew li jinvokaw id-drittijiet tagħhom f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, ta’ garanzija jew ta’ rexissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-fatt li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 21, tad-Direttiva 2011/83, il-persuni li jipprovdu servizzi bit-telefon għandhom id-dritt jiffatturaw lill-konsumaturi t-telefonati huwa mingħajr effett fuq il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, bil-kundizzjoni li l-ammonti ffatturati ma jeċċedux il-prezzijiet abitwali li dawn tal-aħħar ikunu ħallsu għal telefonata standard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk il-kummerċjant jista’ jattribwixxi lill-konsumatur biss l-ispejjeż li ma jeċċedux l-ispiża ta’ komunikazzjoni bit-telefon standard. B’hekk, sakemm dan il-limitu jiġi osservat, iċ-ċirkustanza li l-kummerċjant jagħmilx qliegħ jew le billi juża linja ta’ assistenza mhux ġeografika hija nieqsa minn rilevanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, imsemmi fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 2011/83, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz ta’ telefonata fir-rigward ta’ kuntratt konkluż u lejn linja tat-telefon ta’ assistenza operata minn kummerċjant ma jistax jeċċedi l-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli standard. Sakemm dan il-limitu jiġi osservat, iċ-ċirkustanza li l-kummerċjant ikkonċernat jagħmilx qliegħ jew le permezz ta’ din il-linja tat-telefon ta’ assistenza hija nieqsa minn rilevanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>tariffa bażika<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, imsemmi fl-Artikolu 21 tad-tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20111025">25 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz ta’ telefonata fir-rigward ta’ kuntratt konkluż u lejn linja tat-telefon ta’ assistenza operata minn kummerċjant ma jistax jeċċedi l-prezz ta’ telefonata lejn linja tat-telefon fissa ġeografika jew mobbli standard. Sakemm dan il-limitu jiġi osservat, iċ-ċirkustanza li l-kummerċjant ikkonċernat jagħmilx qliegħ jew le permezz ta’ din il-linja tat-telefon ta’ assistenza hija nieqsa minn rilevanza.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>