31983D0473



Official Journal L 260 , 21/09/1983 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0021
Spanish special edition: Chapter 11 Volume 18 P. 0289
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0021
Portuguese special edition Chapter 11 Volume 18 P. 0289


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' Lulju 1983

li tippreskrivi metodi ta' koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istat Ċivili

(83/473/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 229 tiegħu,

Billi l-Komunitajiet Ewropej stabbilew relazzjonijiet xierqa ma' diversi organizzazzjonijiet internazzjonali; billi d-diversi Ftehim korrispondenti, konklużi mill-Kummissjoni, jikkonċernaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u jistabbilixxu sistema ta' koperazzjoni maħsuba biex tiżgura t-tħaddim bla nkwiet tagħhom;

Billi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istat Ċivili għandhom interessi komuni f'diversi oqsma ta' l-approssimazzjoni ta' liġijiet, notevolment fis-setturi tal-liġi tal-familja u l-liġi dwar l-istat ċivili u l-kapaċità ġuridika ta' l-individwi;

Billi hu rakkomandabbli li jkunu preskritti l-metodi ta' koperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Il-Ftehim dwar metodi ta' kooperazzjoni li jirriżulta minn bdil ta' ittri bejn il-Komunita' Ekonomika Ewropea u l-Kummissjoni Internazzjonali dwar l-Istat Ċivili hu hawnhekk approvat.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 1983.

Għall-Kummissjoni

Karl-Heinz Narjes

Membru tal-Kummissjoni

--------------------------------------------------