<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-183/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0183</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:153">EU:C:2020:153</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200304">4.3.2020</DATE> – Kawża C‑183/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bank BGŻ BNP Paribas</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200304">4 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ penali finanzjarji imposti fuq persuni ġuridiċi</KEYWORD><KEYWORD>Traspożizzjoni inkompleta ta’ deċiżjoni qafas</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑183/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Qorti Distrettwali tan-naħa ta’ isfel ta’ Gdańsk, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20180226">26 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180309">9 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bank BGŻ BNP Paribas S.A.,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Prokuratura Rejonowa Gdańsk-Śródmieście w Gdańsku,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J. ‑C. Bonichot, President tal-Awla, M. Safjan, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur) u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Bank BGŻ BNP Paribas S.A., minn M. Konieczny u M. Cymmerman, radcowie prawni,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Koós u R. D. Gesztelyi, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u P. Huurnink, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20191112">12 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(3) u tal-Artikolu 20(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti 2006, L 159M, p. 256, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="081" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 81, p. 24</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija mis-Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) (l-Uffiċċju Ċentrali ta’ Rkupru Ġudizzjarju tal-Ministeru tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja (CJIB), il-Pajjiżi l-Baxxi) dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni finanzjarja imposta mill-Adm. Verwerking Flitsgegevens CJIB HA Leeuwarden (is-Servizz inkarigat mill-ipproċessar tad-data dwar kontravenzjonijiet ta’ veloċità taċ-CJIB f’Leeuwarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) fuq il-fergħa, stabbilita f’Gdańsk (il-Polonja), tal-Bank BGŻ BNP Paribas S.A. li għandu s-sede tiegħu f’Varsavja (il-Polonja).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni Qafas</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 2 and 4 tad-Deċiżjoni Qafas huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.P><TXT>Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere [(Il-Finlandja)] fil-15 u fis-<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE> approva l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li għandu jsir il-pedament ta’ koperazzjoni ġudizzjarja kemm f’materji ċivili kif ukoll f’materji kriminali fl-Unjoni [Ewropea].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għandu japplika għal penali finanzjarji mposti minn awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi sabiex jiġi faċilitat l-infurzar ta’ tali penali fi Stat Membru li ma jkunx dak l-Istat li fih ġew imposti l-penali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tkopri wkoll penali finanzjarji mposti għal reati tat-traffiku tat-triq.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi kif ġej fil-punt (a):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser deċiżjoni finali li teħtieġ il-ħlas ta’ penali finanzjarja minn persuna fiżika jew ġuridika […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Trasmissjoni ta’ deċiżjonijiet u rikors għall-awtorità ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Deċiżjoni, flimkien ma’ ċertifikat kif previst f’dan l-Artikolu, jista’ jiġi trasmess lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li fih għandha l-proprjetà jew id-dħul il-persuna fiżika jew ġuridika, li kontriha ttieħdet deċiżjoni, hija normalment residenti jew, fil-każ ta’ persuna ġuridika, għandha l-uffiċċju reġistrata tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-ambitu ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ir-reati li ġejjin, jekk huma kastigabbli fl-Istat emittenti u kif inhuma definiti mill-liġi ta’ l-Istat emittenti, għandhom, skond l-istipulazzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u mingħajr verifikazzjoni tal-kriminalità doppja ta’ l-att, jagħtu lok għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>[…]</P></ITEM><ITEM><P>kondotta li tikser ir-regolamenti tat-traffiku tat-triq, inklużi l-ksur tar-regolamenti dwar il-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ u tar-regolamenti dwar merkanzija perikoluża,</P></ITEM><ITEM><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Rikonoxximent u esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandhom jirrikonoxxu deċiżjoni li ġiet trasmessa skond l-Artikolu 4 mingħajr ma tkun neċessarja kwalunkwe formalità oħra u għandhom minnufiħ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-esekuzzjoni tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ esekuzzjoni previsti fl-Artikolu 7.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-liġi li tirregola l-infurzar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, l-Artikolu 9(1) u (3) tad-Deċiżjoni Qafas jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u għall-Artikolu 10, l-infurzar tad-deċiżjoni għandu jkun regolat mill-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni bl-istess mod ta’ penali finanzjarja ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. L-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni biss għandhom ikunu kompetenti biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-infurzar u biex jiddeterminaw il-miżuri kollha relatati miegħu, inklużi r-raġunijiet għat-terminazzjoni ta’ l-infurzar.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Penali finanzjarja mposta fuq persuna ġuridika għandha tiġi nfurzata anki jekk l-Istat ta’ esekuzzjoni ma jirrikonoxxix il-prinċipju tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuni ġuridiċi.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru sat-<DATE ISO="20070322">22 ta’ Marzu 2007</DATE>.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, jillimita l-applikazzjoni tagħha għal:</ALINEA><ALINEA><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, deċiżjonijiet relatati ma kondotta li għaliha strument Ewropew jipprovdi għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva (UE) 2015/413</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-premessi 1 u 2 tad-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20150311">11 ta’ Marzu 2015</DATE> li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 68, p. 9</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>(1)</NO.P><TXT>It-titjib tas-sikurezza fit-toroq huwa objettiv primarju tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. L-Unjoni qed issegwi politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bl-objettiv li jitnaqqsu l-imwiet, il korrimenti u l-ħsarat materjali. Element importanti ta’ dik il politika huwa l-infurzar konsistenti tal-penali għal dawk ir-reati tat-traffiku magħmulin fl-Unjoni li jipperikolaw b’mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>[…]Din id-Direttiva għandha l-għan li […] tiġi żgurata l-effettività tal-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit‑toroq.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprevedi li din tapplika b’mod partikolari f’każ ta’ sewqan b’veloċità eċċessiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Proċedura għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi, fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu, taħt din id-Direttiva, juża d-data miksuba sabiex jiġi stabbilit min hu personalment responsabbli għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kapitoli 66a u 66b tal-Kodeks postępowania karnego (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali) (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>CPP<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) ittrasponew fl-ordinament ġuridiku Pollakk id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Talba ta’ Stat Membru tal-[Unjoni] marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi, b’mod definittiv, sanzjoni finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, il-Kapitolu 66b taċ-CPP jipprovdi, fl-Artikolu 611ff tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="611.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta Stat Membru tal-[Unjoni], imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Stat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> jitlob l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni finali li timponi penali finanzjarji, il-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-awtur tal-ksur għandu beni jew dħul, jew ir-residenza permanenti jew temporanja tiegħu għandha timplimenta dik id-deċiżjoni. Fis-sens tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu, it‑termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>penali finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ikopru l-obbligu fuq l-awtur tal-ksur li jħallas l-ammonti segwenti msemmija fid-deċiżjoni:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>somma flus rappreżentanti l-penali għal ksur kriminali kommess li ma humiex kontravenzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="611.006"><NO.PARAG>§ 6.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu ma jipprevedux mod ieħor, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-dritt Pollakk […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 611fg taċ-CPP jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 611ff(1) tista’ tiġi rrifjutata fil-każijiet segwenti:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>l-att, li għalih ingħatat id-deċiżjoni, ma jikkostitwixxix ksur kriminali li ma huwiex kontravenzjoni fid-dritt Pollakk, ħlief jekk, fid-dritt tal-Istat emittenti, dan huwa ksur kriminali msemmi fl-Artikolu 607w jew huwa ksur kriminali:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>kontra s-sigurtà fit-trasport,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 611fh taċ-CPP:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="611.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>§ 1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti għandha teżamina l-kwistjoni tal-eżekuzzjoni tal-penali finanzjarji wara seduta li fiha jistgħu jipparteċipaw il-Prosekutur, l-awtur tal-ksur, jekk ikun jinsab fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, u l-avukat tiegħu jekk jidher. Jekk l-awtur tal-ksur, li ma jinsabx fit-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, ma għandux avukat, il-President tal-qorti kompetenti jista’ jinnominalu wieħed <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="611.002"><NO.PARAG>§ 2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-digriet tal-qorti li tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni tal-penali finanzjarja jista’ jiġi appellat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="611.003"><NO.PARAG>§ 3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni finali dwar il-penali finanzjarji, akkumpanjata miċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 611ff(2) tikkostitwixxi titolu eżekuttiv u hija eżegwibbli fil-Polonja wara l-għoti tad-digriet dwar l-eżekuzzjoni tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="611.004"><NO.PARAG>§ 4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-informazzjoni trażmessa mill-Istat emittenti ma hijiex suffiċjenti sabiex tkun tista’ tingħata deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-penali finanzjarji, il-Qorti għandha titlob lill-qorti jew lil awtoritajiet oħra tal-Istat emittenti sabiex jagħtu l-informazzjoni neċessarja f’terminu stabbilit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="611.005"><NO.PARAG>§ 5.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ nuqqas ta’ osservazzjoni tat-terminu msemmi fil-paragrafu 4, għandu jingħata digriet dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni abbażi ta’ informazzjoni trażmessa preċedentement.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Entitajiet Kollettivi fil-Qasam ta’ Atti Illegali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Ustawa o odpowiedzialności podmiotów zbiorowych za czyny zabronione pod groźbą kary (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Entitajiet Kollettivi fil‑Qasam ta’ Atti Illegali), tat-<DATE ISO="20021028">28 ta’ Ottubru 2002</DATE> (Dz. U. n<HT TYPE="SUP">o</HT> 197, pożizzjoni 1661), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, tipprovdi fl-Artikolu 2 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Tikkostitwixxi entità kollettiva […] persuna ġuridika jew entità organizzazzjonali, li ma għandhiex personalità ġuridika li l-kapaċità legali tagħha hija rrikonoxxuta minn dispożizzjonijiet partikolari, bl-eċċezzjoni tat-Teżor Pubbliku, kollettivitajiet territorjali u assoċjazzjonijiet ta’ tali kollettivitajiet.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Tikkostitwixxi wkoll entità kollettiva fis-sens tal-liġi kumpannija kummerċjali bil-parteċipazzjoni tat-Teżor Pubbliku, ta’ kollettività territorjali jew ta’ assoċjazzjoni ta’ tali kollettivitajiet, kumpannija b’kapital, entità fi stralċ jew kummerċjant li ma huwiex persuna fiżika kif ukoll entità organizzazzjonali barranija.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali japplikaw b’analoġija għall-proċedura għal responsabbiltà ta’ entitajiet kollettivi għall-atti punibbli, dment li d-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ma jkunux jipprovdu mod ieħor. […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Proċedura fil-Qasam tal-Kontravenzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kodeks postępowania w sprawach o wykroczenia (il-Kodiċi ta’ Proċedura fil-Qasam tal-Kontravenzjonijiet) jipprovdi, fl-Artikolu 116b(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 66a u 66b taċ-[CPP] japplikaw b’analoġija għat-talbiet maħruġa mill-Istati Membri tal-[Unjoni] u li jirrigwardaw l-eżekuzzjoni ta’ multi, ta’ penali finanzjarji addizzjonali, ta’ obbligu ta’ kumpens jew ta’ eżekuzzjoni ta’ penali finanzjarja deċiża minn qorti jew minn awtorità oħra ta’ Stat Membru tal-[Unjoni].<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 92a tal-Kapitolu XI, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Kontravvenzjonijiet fil-Qasam tas-Sigurtà u tal-Ordni fit-Trasporti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, tal-Kodeks Wykroczeń (il-Kodiċi tal-Kontravenzjonijiet) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Kull min ma josservax il-limitu tal-veloċità stabbilita bil-liġi jew bis-sinjali tat-traffiku fit-toroq waqt li jkun qiegħed isuq vettura huwa suġġett għal penali finanzjarja.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi Ċivili</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33 tal-Kodeks cywilny (il-Kodiċi Ċivili) jikkostitwixxu persuni legali t-Teżor Pubbliku u l-organi li l-personalità ġuridika tagħhom hija rrikonoxxuta minn dispożizzjonijiet partikolari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 64(1) tal-Kodeks postępowania cywilnego (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) jipprovdi li kull persuna fiżika jew legali għandha d-dritt tintervjeni fi proċess bħala parti (<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>). Dan jipprovdi wkoll li għandhom ukoll <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> l-organi li ma għandhomx personalità ġuridika li lilhom il-liġi tagħti din il-kapaċità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi dwar l-Eżerċizzju Liberu tal-Attività Ekonomika</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-punt 4 tal-Artikolu 5 tal-Ustawa o swobodzie działalności gospodarczej (il-Liġi dwar l-Eżerċizzju Liberu tal-Attività Ekonomika), tat-<DATE ISO="20040702">2 ta’ Lulju 2004</DATE> (Dz. U. n<HT TYPE="SUP">o</HT> 173, pożizzjoni 1807), jiddefenixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>fergħa<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> bħala “parti distinta u indipendenti fuq livell organizzazzjonali tal-attività ekonomika tal-imprenditur, ġestita minnu barra mis-sede tiegħu jew mill-post fejn huwa prinċiparjament stabbilit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20170709">9 ta’ Lulju 2017</DATE>, iċ-CJIB ressaq quddiem is-Sąd Rejonowy Gdańsk–Południe w Gdańsku (il-Qorti Distrettwali tan-naħa ta’ isfel ta’ Gdańsk, il-Polonja) talba għal rikonoxximent u għal eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, tal-<DATE ISO="20161125">25 ta’ Novembru 2016</DATE>, tas-servizz inkarigat mill-ipproċessar tad-data dwar kontravenzjonijiet ta’ veloċità taċ-CJIB f’Leeuwarden (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161125">25 ta’ Novembru 2016</DATE><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>) li timponi multa ekwivalenti għal EUR 36 fuq il-Bank BGŻ BNP Paribas S.A., stabbilit f’Gdańsk (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Bank BGŻ BNP Paribas Gdańsk<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>), fergħa tal-Bank BGŻ BNP Paribas li għandu s-sede tiegħu f’Varsavja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-att issanzjonat kien twettaq f’Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi), fit-<DATE ISO="20161113">13 ta’ Novembru 2016</DATE>, u kien jikkonsisti fil-qbiż b’6 km/h tal-veloċità awtorizzata minn sewwieq ta’ vettura rreġistrata f’isem Bank BGŻ BNP Paribas Gdańsk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Miċ-ċertifikat anness mad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161125">25 ta’ Novembru 2016</DATE> miċ-CJIB jirriżulta li Bank BGŻ BNP Paribas Gdańsk ma ġiex mismugħ fil-kuntest tal-proċedura li tat lok għal dik id-deċiżjoni iżda li ġie informat bid-dritt tiegħu li jikkontesta l-fondatezza tal-ilmenti invokati kontra tiegħu mingħajr madakollu ma ppreżenta ebda rikors fit-terminu stabbilit. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161125">25 ta’ Novembru 2016</DATE> saret definittiva fis-<DATE ISO="20170106">6 ta’ Jannar 2017</DATE> u li, skont id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi, l-eżekuzzjoni tas-sanzjoni imposta minn din id-deċiżjoni ser tkun preskritta fis-<DATE ISO="20220106">6 ta’ Jannar 2022</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju organizzat seduta bil-ħsieb li tiġi eżaminata t-talba taċ-CJIB, imsemmija fil-punt 24 tas-sentenza odjerna, li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma dehrux għaliha u lanqas ma ppreżetaw osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din il-qorti ssostni li l-Kapitolu 66b taċ-CPP, li ttraspona fid-dritt Pollakk id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas, japplika kemm għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-qasam tar-reati kriminali kif ukoll għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija fil-qasam tal-kontravenzjonijiet, minħabba r-riferiment għal dan il-kapitolu mill-Artikolu 116b(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura fil-Qasam tal-Kontravenzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija qorti tqis li t-traspożizzjoni fid-dritt Pollakk tad-Deċiżjoni Qafas ma hijiex kompluta, sa fejn ma jeżistix fid-dritt Pollakk l-obbligu impost fuq l-Istat ta’ eżekuzzjoni, mill-Artikolu 9(3) ta’ din tal-aħħar, li jeżegwixxi s-sanzjonijiet finanzjarji imposti fuq persuna ġuridika anki jekk dan l-Istat ma jkunx jirrikonoxxi l-prinċipju ta’ responsabbiltà kriminali ta’ persuni legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 611ff taċ-CPP jagħmel riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tal-att issanzjonat kif ukoll għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>residenza permanenti jew temporanja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tiegħu. Għalkemm is-sens komun tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> seta’ jingħata interpretazzjoni wiesgħa, li tkun tinkludi kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll il-persuni legali, interpretazzjoni kuntestwali ta’ dan il-kunċett, fid-dawl tal-istruttura taċ-CPP, kif ukoll tal-assenza ta’ kull riferiment għas-sede statutorju twassal għall-konklużjoni li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 611ff taċ-CPP, ikopri biss il-persuni fiżiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikoli 611ff <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. taċ-CPP ma kinux jipprevedu l-possibbiltà li d-deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja tiġi eżegwita fuq persuna ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, tali possibbiltà lanqas ma hija prevista mil-liġi fuq ir-responsabbiltà tal-entitajiet kollettivi fil-qasam tal-atti illegali, sa fejn din il-liġi ma tapplikax għal kontravenzjonijiet imwettqa minn entitajiet kollettivi, billi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa limitat għall-ksur ta’ natura kriminali jew fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-traspożizzjoni inkompleta tad-Deċiżjoni Qafas fl-ordinament ġuridiku Pollakk wasslet għal assenza tar-regoli dwar il-possibbiltà li jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti s-sanzjonijiet finanzjarji imposti fuq persuni legali, fatt li għandu l-konsegwenza r-rifjut sistematiku tal-qrati Pollakki li jirrikonoxxu u jeżegwixxu deċiżjonijiet li jimponu tali sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari mis-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑579/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:503">EU:C:2017:503</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, anki jekk id-deċiżjonijiet qafas ma għandhomx effett, l-awtoritajiet nazzjonali u b’mod partikolari il-qrati nazzjonali għandhom, meta jiddeċiedu l-kawżi li jkunu aditi bihom, li jinterpretaw id-dritt nazzjonali b’mod konfromi mad-dispożizzjonijiet tagħhom, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni. Madankollu, il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali ma jistax iservi bħala bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, il-qorti tar-rinviju ssostni li interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> ta’ natura li tinkludi l-persuni legali, bil-ħsieb li tiżgura l-konformità tad-dritt Pollakk mad-Deċiżjoni Qafas, twassal għal tali interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, din il-qorti tistaqsi, fil-kuntest tal-ewwel domanda, fuq il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mad-dritt Pollakk mad-Deċiżjoni Qafas u, b’mod iktar partikolari, jekk, f’tali każ, hijiex obbligata li twarrab l-applikazzjoni tar-regola nazzjonali meta din tal-aħħar ma tkunx tista’ tiġi ssuġġettata għal interpretazzjoni konformi jew li tissostitwixxiha, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali kompatibbli, bir-regola li tinsab f’din id-deċiżjoni qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. F’dan ir-rigward, hija tirrileva li, skont id-dritt Pollakk, il-fergħa ta’ persuna ġuridika tissemma’ fir-reġistru tal-kummerċ, mingħajr madankollu ma għandha sede tagħha. Minkejja l-indipendenza organizzazzjonali tagħha, il-fergħa ma għandhiex personalità ġuridika distinta mill-kumpannija omm u ma għandhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>. Għall-kuntrarju, jidher li fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi l-unitajiet organizzazzjonali ta’ persuna ġuridika jaqgħu wkoll taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk jeħtieġx li l-kunċett jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(a) u tal-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas, bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni jew jekk jeħtieġx li dan jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-Istat tal-ħruġ jew b’mod konformi mad-dritt tal-Istat tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, dan il-kunċett għandu jiġi interpretat b’mod konformi mad-dritt tal-Istat tal-ħruġ sa fejn huwa dan l-Istat li għandu jimponi sanzjoni finanzjarja skont ir-regoli legali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy Gdańsk-Południe w Gdańsku (il-Qorti Distrettwali tan-naħa ta’ isfel ta’ Gdańsk) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 1(a), 9(3) u 20(1) u (2)(b) tad-Deċiżjoni Qafas […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita, li imponiet sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika, għandha tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni minkejja li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw din id-deċiżjoni qafas ma jipprovdux għall-possibbiltà ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi tali sanzjoni fuq persuna ġuridika?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> msemmi fl-Artikoli 1(a) u 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas […] għandu jiġi interpretat:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat emittenti [Artikolu 1(c) tad-Deċiżjoni Qafas],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat ta’ eżekuzzjoni [Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni Qafas],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ.</NO.P><TXT>bħala kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="9"?><P>u konsegwentement, dan jinkludi wkoll fergħa ta’ persuna ġuridika, minkejja li tali fergħa ta’ persuna ġuridika ma għandhiex personalità ġuridika fl-Istat ta’ eżekuzzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li jeħtieġ li tiġi ttrattata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li jinsab b’mod partikolari fl-Artikolu 1(a) u fl-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas, għandux jiġi interpretat fid-dawl tad-dritt tal-Istat tal-ħruġ tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja jew ta’ dak tal-Istat tal-eżekuzzjoni, jew inkella jekk dan jikkostitwixxix kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li, għalkemm id-Deċiżjoni Qafas ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, id-dispożizzjonijiet tagħha jagħmlu riferiment għalih diversi drabi b’mod partikolari fil-kliem tal-Artikolu 1(a) tagħhom, u tal-Artikolu 9(3) tagħha, li l-interpretazzjoni tagħhom hija mitluba mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ tali definizzjoni, jeħtieġ li jsir riferiment, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett, għall-istruttura ġenerali u għall-finalità tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istruttura ġenerali tad-Deċiżjoni Qafas, l-Artikolu 5 ta’ din tal-aħħar jelenka l-ksur li jagħti lok għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, mingħajr stħarriġ tal-inkriminazzjoni doppja tal-fatt, u jispeċifika li d-definizzjoni ta’ dan il-ksur huwa previst mid-dritt tal-Istat tal-ħruġ. Kif ġie rrilevat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punti 66 u 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn dan l-artikolu jirriżulta li d-dritt tal-Istat tal-ħruġ jirregola l-elementi tar-responsabbiltà kriminali, b’mod partikolari s-sanzjoni applikabbli u l-entità prevista minn din is-sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja hija rregolata, skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Qafas, mil-liġi tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, fatt li jimplika, minn naħa, li l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat biss huma kompetenti sabiex jiddeċiedu fuq il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni u sabiex jiddetemrinaw il-miżuri kollha marbuta magħhom, inklużi r-raġunijiet għat-twaqqif tal-eżekuzzjoni, u, min-naħa l-oħra, li sanzjoni finanzjarja imposta fuq persuna ġuridika għandha tiġi eżegwita anki jekk l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma jirrikonoxxix il-prinċipju tar-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, skont l-istruttura ġenerali tad-Deċiżjoni Qafas, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> għandu jiġi interpretat b’konformità mad-dritt tal-Istat tal-ħruġ tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-finalità tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ jitfakkar, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikoli 1 u 6 tagħha kif ukoll mill-premessi 1 u 2 tagħha, li d-Deċiżjoni Qafas għandha l-għan li timplimenta mekkaniżmu effikaċi ta’ rikonoxximent u ta’ eżekuzzjoni transkonfinali tad-deċiżjonijiet li jimponu b’mod definittiv sanzjoni finanzjarja fuq persuna fiżika jew fuq persuna ġuridika wara t-twettiq ta’ wieħed mill-ksur elenkati fl-Artikolu 5 ta’ din tal-aħħar (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Justitieel Incassobureau (rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑671/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1054">EU:C:2019:1054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġie rrilevat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punt 68 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Deċiżjoni Qafas hija intiża, mingħajr l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw id-dritt kriminali, li tiżgura l-eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji fi ħdan dawnl-Istati permezz tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li huwa l-bażi tal-istruttura tad-Deċiżjoni Qafas, timplika, skont l-Artikolu 6 ta’ din tal-aħħar, li l-Istati Membri huma fil-prinċipju obbligati jirrikonoxxu deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja li ġiet trażmessa b’mod konformi mal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas, mingħajr ma hija meħtieġa ebda formalità oħra, u li mingħajr dewmien jadottaw il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tagħha, flwaqt li r-raġunijiet għal rifjut ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Baláž</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑60/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:733">EU:C:2013:733</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191205">5 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Centraal Justitieel Incassobureau (rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑671/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1054">EU:C:2019:1054</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-sanzjoni li ntalbet l-eżekuzzjoni tagħha miċ-CJIB ġiet imposta formalment fuq Bank BGŻ BNP Paribas Gdańsk, li hija fergħa ta’ Bank BGŻ BNP Paribas, li għandu s-sede tiegħu f’Varsavja, u li, skont id-dritt Pollakk, la għandha personalità ġuridika u lanqas <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>. Skont il-qorti tar-rinviju, din iċ-ċirkustanza tista’ twassal, fil-prattika, għall-impossibbiltà li tiġi eżegwita sanzjoni finanzjarja abbażi tad-Deċiżjoni Qafas fuq it-talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu hemm lok li jiġi osservat li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, fid-dritt Pollakk, fergħa ma għandhiex personalità ġuridika distinta mill-kumpannija li tappartjeni lilha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, b’riżerva għal verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, jidher li l-atti ta’ Bank BGŻ BNP Paribas Gdańsk kienu imputabbli lil Bank BGŻ BNP Paribas, b’tali mod li s-sanzjoni tista’ titqies li ġiet applikata għal dan tal-aħħar. Għaldaqstant, l-eżekuzzjoni tas-sanzjoni tidher li tista’ ssir, skont id-dritt tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, kontra Bank BGŻ BNP Paribas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi l-fergħa u l-kumpannija li hija l-proprjetarja tagħha jikkostitwixxu entità legali waħda taħt id-dritt Pollakk, in-notifika tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja fuq l-ewwel waħda tista’ titqies bħala li tiswa bħala notifika lit-tieni waħda, li għandha l-kapaċità legali ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT>, inkluż fil-fażi tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi rrilevat b’mod iktar ġenerali li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2015/413, applikabbli f’każ ta’ ksur fil-qasam tas-sigurtà fit-triq u b’mod partikolari f’każ ta’ veloċità eċċessiva, jipprovdu li l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw, fi spirtu ta’ koperazzjoni leali, l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar dan il-ksur sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet, meta l-imsemmi ksur ikun twettaq fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun irreġistrata l-vettura inkwistjoni u li b’hekk jikkontribwixxu għat-twettiq tal-għan segwit minn din id-direttiva li huwa dak li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-utenti kollha tat-triq fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għal dawn l-għanijiet, l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni jimplika, kif diġà ġie rrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 73 tal-konklużjonijiet tiegħu, li d-data pprovduta mill-Istat Membru ta’ reġistrazzjoni, f’dan il-każ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, jippermetti li jiġi identifikat mhux biss id-detentur tar-reġistrazzjoni ta’ vettura iżda wkoll il-persuna li hija responsabbli skont id-dritt nazzjonali f’każ ta’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku, sabiex tiġi ffaċilitata l-eżekuzzjoni tal-eventwali sanzjonijiet finanzjari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok li tingħata risposta għat-tieni domanda li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li jinsab b’mod partikolari fl-Artikolu 1(a) u fl-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dritt tal-Istat tal-ħruġ tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Deċiżjoni Qafas għandhiex tiġi interpretata f’dan is-sens li hija tobbliga lil qorti ta’ Stat Membru sabiex ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mal-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda flimkien tad-Deċiżjoni Qafas, b’mod partikolari tal-Artikolu 1(a) u tal-Artikolu 9(3) ta’ din tal-aħħar, sanzjoni finanzjarja, fis-sens ta’ din id-deċiżjoni qafas, imposta fuq persuna ġuridika għandha tiġi eżegwita mill-Istat ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, id-Deċiżjoni Qafas, li n-natura vinkolanti tagħha ġiet enfasizzata mill-ġurisprudenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Pupino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑105/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:386">EU:C:2005:386</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tobbliga lill-Istati Membri li jeżegwixxu tali sanzjoni finanzjarja indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali humiex konsapevoli mill-prinċipju ta’ responsabbiltà kriminali ta’ persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk hijiex obbligata, skont il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni, li twarrab l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meta din tal-aħħar ma tkunx tista’ tiġi interpretata b’mod konformi jew, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali kompatibbli, li tissostitwixxiha bid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni, il-prinċipju ta’ supremazija jobbliga, b’mod partikolari, lill-qrati nazzjonali li jinterpretaw, sa fejn huwa possibbli, id-dritt intern tagħhom b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Jekk ma tkunx tista’ tagħti interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tkun konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, kull qorti nazzjonali, adita fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħha hija obbligata, bħala organu ta’ Stat Membru, li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li għandha effett dirett fil-kawża li tkun adita biha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma għandhiex effett dirett ma tistax tiġi invokata, bħala tali, fil-kuntest ta’ kawża li taqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni, sabiex titwarrab l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun kuntrarja għaliha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li l-obbligu, għal qorti nazzjonali, li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt intern tagħha, li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għalkemm jirriżulta mis-supremazija rrikonoxxuta lil din id-dispożizzjoni tal-aħħar, huwa madankollu suġġett għall-effett dirett tal-imsemmija dispożizzjoni fit-tilwima li biha tkun adita din il-qorti nazzjonali. Għaldaqstant, qorti nazzjonali ma hijiex meħtieġa li, fuq il-bażi biss tad-dritt tal-Unjoni, ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha li tmur kontra dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-każ li din id-dispożizzjoni tal-aħħar ma jkollhiex effett dirett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-Deċiżjoni Qafas, din ġiet adottata abbażi tat-tielet pilastru l-antik tal-Unjoni, notament, b’applikazzjoni tal-Artikolu 31(1)(a) tat-Trattat UE u tal-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE. Ġaladarba d-Deċiżjoni Qafas ma ġietx imħassra, annullata jew emendata wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, mill-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 36) fuq id-dispożizzjonijiet tranżitorji, annessa mat-Trattati, li l-effetti tagħhom għadhom irregolati mit-Trattat tal-UE u li b’hekk ma għandhiex effett dirett (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li, għalkemm id-deċiżjonijiet qafas ma jistgħux jipproduċu effett dirett, in-natura vinkolanti tagħhom madankollu toħloq għall-awtoritajiet nazzjonali obbligu li jinterpretaw id-dritt intern tagħhom b’mod konformi b’effett mid-data tal-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet qafas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għaldaqstant meta japplikaw id-dritt nazzjonali, dawn l-awtoritajiet huma obbligati jinterpretaw lil dan tal-aħħar, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tat-test u tal-finalità tad-Deċiżjoni Qafas, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni r-regoli kollha tad-dritt nazzjonali u billi japplikaw metodi ta’ applikazzjoni rrikonoxxuti minnu sabiex jiggarantixxu l-effettività totali tad-Deċiżjoni Qafas u sabiex jaslu għal soluzzjoni konformi mal-finalità segwita minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jitfakkar li l-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali huwa suġġett għal ċerti limiti li jirriżultaw, minn naħa, mill-impossibbiltà li tiġi ddeterminata jew aggravata, abbażi ta’ deċiżjoni qafas u indipendentement minn liġi adottata għall-implimentazzjoni ta’ din tal-aħħar, ir-responsabbiltà kriminali ta’ dawk li wettqu ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑554/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:835">EU:C:2016:835</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:503">EU:C:2017:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, mill-impossibbiltà li tingħata interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:503">EU:C:2017:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-qorti nazzjonali ma tistax tqis b’mod validu li huwa impossibbli għaliha li tinterpreta dispożizzjoni nazzjonali konformement mad-dritt tal-Unjoni għas-sempliċi raġuni li din id-dispożizzjoni ġiet interpretata, b’mod kostanti, f’sens li ma huwiex kompatibbli ma’ dan id-dritt jew hija applikata b’dan il-mod mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190624">24 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:530">EU:C:2019:530</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħoddu, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, għall-pożizzjonijiet dottrinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jiġi osservat, fl-ewwel lok, li għalkemm il-qorti tar-rinviju tindika li l-impossibbiltà li d-dritt Pollakk jiġi interpretat b’mod konformi mal-għanijiet tad-Deċiżjoni Qafas tirriżulta wkoll mill-ġurisprudenza nazzjonali, inkluża dik li tirriżulta mill-qrati tal-appell, u mill-pożizzjoni ta’ parti mid-duttrina, din il-qorti ma tistax tistrieħ fuq dawn l-elementi biss sabiex tqis li hija tinsab fl-impossibbiltà li tinterpreta dan id-dritt b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssuġġerixxew il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea, il-qorti tar-rinviju hija tal-opinjoni li interpretazzjoni tad-dritt Pollakk biex tiġi żgurata l-konformità tiegħu mad-Deċiżjoni Qafas tkun twassal għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> ta’ dan id-dritt. Skont din il-qorti, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, użat fl-Artikolu 611ff(1) taċ-CPP, ma jistax jingħata interpretazzjoni wiesgħa, ta’ natura li tkun tinkludi wkoll il-persuni ġuridiċi. Barra minn hekk, l-ebda dispożizzjoni nazzjonali, inkluża l-liġi fuq ir-responsabbiltà tal-entitajiet kollettivi fil-qasam tal-atti illegali li ma tapplikax għall-kontravenzjonijiet, ma tippermetti li tiġi żgurata l-konformità tad-dritt Pollakk mad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija bħala prinċipju marbuta li tibbaża lilha nnifisha fuq id-dikjarazzjonijiet li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>ET</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:7">EU:C:2019:7</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju biss li għandha tevalwa jekk id-dritt Pollakk jistax jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li ssir l-eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji imposti fuq persuni ġuridiċi, b’mod konformi mar-rekwiżit impost mill-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja, mitluba tagħti lill-qorti nazzjonali risposti utli fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, tista’ tagħti indikazzjonijiet, ibbażati fuq il-proċess tal-kawża prinċipali kif ukoll fuq osservazzjonijiet bil-miktub u orali sottomessi lilha, li jkunu tali li jippermettu lill-qorti nazzjonali tiddeċiedi (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Popławski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:503">EU:C:2017:503</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-kawża odjerna, hemm lok li jiġi rrilevat, li, skont l-osservazzjonijiet tal-Gvern Pollakk u tal-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 66b taċ-CPP kienu jikkostitwixxu bażi legali adegwata bil-ħsieb li jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet finanzjarji fuq persuni ġuridiċi minħabba t-twettiq ta’ kontravenzjoni, sa fejn xejn ma jipprekludi interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. B’mod partikolari, il-Gvern Pollakk iqis li l-assenza ta’ riferiment għas-sede statutorja fid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu ma tikkostitwixxix ostaklu li ma jingħelibx għal tali interpretazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa jsostni li l-Artikolu 611ff(1) taċ-CPP jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni sabiex titwettaq l-eżekuzzjoni ta’ sanzjoni finanzjarja wkoll favur qorti li fit-territorju tagħha l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> għandu beni jew dħul, billi dan il-kriterju huwa applikabbli b’mod sħiħ għall-persuni ġuridiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni, l-Avukat Ġenerali rrileva, fil-punt 54 tal-konklużjonijiet tiegħu, li, sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> fis-sens tad-dispożizzjonijiet taċ-CPP marbuta mal-eżekuzzjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji, ma għandux isir riferiment għal dan il-kunċett fis-sens tad-dritt kriminali sostantiv u li dan il-kunċett jista’ jiġi interpretat bħala li jagħmel riferiment għall-entità milquta minn sanzjoni finanzjarja definittiva, kemm jekk din tkun persuna ġuridika kif ukoll jekk persuna fiżika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-proċess li għandha f’idejha l-Qorti tal-Ġustizzja, diversi qrati Pollakki diġà laqgħu talbiet ta’ eżekuzzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji imposti fil-Pajjiżi l-Baxxi fuq persuni ġuridiċi għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>B’hekk, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jekk hijiex possibbli tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>awtur<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fil-kuntest tal-Kapitolu 66b taċ-CCP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Finalment, hemm lok li jiġi rrilevat li tali interpretazzjoni ma twassalx għal aggravazzjoni eventwali tar-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi, peress li l-portata ta’ din ir-responsabbiltà hija ddeterminata mil-liġi tal-Istat tal-ħruġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda li d-Deċiżjoni Qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tobbligax lil qorti ta’ Stat Membru sabiex ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun inkompatibbli mal-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas, peress li din id-dispożizzjoni ma għandhiex effett dirett. Madankollu, il-qorti tar-rinviju hija obbligata li twettaq, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali bil-ħsieb li tiżgura riżultat kompatibbli mal-finalità segwita minn din id-deċiżjoni qafas.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>persuna ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> li jinsab b’mod partikolari fl-Artikolu 1(a) u 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/ĠAI tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20050224">24 ta’ Frar 2005</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE>, għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-dritt tal-Istat tal-ħruġ tad-deċiżjoni li timponi sanzjoni finanzjarja.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni Qafas 2005/214, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tobbligax lil qorti ta’ Stat Membru sabiex ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun inkompatibbli mal-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214 kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299/ĠAI, peress li din id-dispożizzjoni ma għandhiex effett dirett. Madankollu, il-qorti tar-rinviju hija obbligata li twettaq, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt nazzjonali bil-ħsieb li tiżgura riżultat kompatibbli mal-finalità segwita minn din id-deċiżjoni qafas.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>