European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1208

2.5.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1208

tas-16 ta’ Novembru 2023

li jemenda d-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodi tal-kejl tal-istorbju fl-arja li jagħmel it-tagħmir ta’ barra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(a) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/14/KE, l-Istati Membri jridu jiżguraw li t-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) ma jitqigħedx fis-suq jew fis-servizz sakemm il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni jiżgura li t-tagħmir ikollu l-indikazzjoni tal-livell ta’ potenza akustika garantita, li skont l-Artikolu 3(f) irid jiġi determinat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III.

(2)

Skont it-Taqsima 1.5.8, it-tieni paragrafu, tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi jivvalutaw il-livell tal-emissjonijiet tal-istorbju tal-magni. Skont it-Taqsima 1.7.4.2, il-punt (u) ta’ dak l-Anness, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi jipprovdu informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-istorbju fl-arja, inkluż informazzjoni dwar il-metodu użat biex jitkejjel l-istorbju fl-arja, li jrid ikun l-aktar metodu xieraq għall-makkinarju meta ma jiġux applikati standards armonizzati, sakemm il-metodu ma jkunx speċifikat f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u l-użu tiegħu jkun obbligatorju, bħalma hu l-każ tad-Direttiva 2000/14/KE. Għalhekk, il-manifatturi tat-tagħmir li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/42/KE u tad-Direttiva 2000/14/KE jeħtieġ ikejlu l-emissjonijiet tal-istorbju ta’ dak it-tagħmir f’konformità mal-metodi stabbiliti fid-Direttiva 2000/14/KE.

(3)

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/14/KE fih Tabella li tistabbilixxi l-livell permissibbli tal-potenza akustika tat-tagħmir ta’ barra. Dik it-Tabella ġiet aġġornata bid-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Madankollu, il-metodi tal-kejl tal-istorbju stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 2000/14/KE ma ġewx aġġornati minn kemm ilha li ġiet adottata. Għalhekk, dawn il-metodi jeħtieġ jinġiebu f’konformità mal-progress tekniku u l-progress fl-istandardizzazzjoni Ewropea.

(4)

Metodi differenti tal-kejl jista’ jkollhom kundizzjonijiet jew limitazzjonijiet differenti li jistgħu jħallu impatt fuq il-livell tal-potenza akustika kkalkolat. Il-livelli permissibbli tal-potenza akustika fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/14/KE ġew stabbiliti bil-metodi tal-kejl adottati fis-sena 2000. Jekk il-livelli tal-potenza akustika garantita tat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 12 jiġu kkalkolati bil-metodi l-ġodda tal-kejl, u l-livelli permissibbli tal-potenza akustika ma jkunux ġew aġġornati kif xieraq, iż-żewġ valuri tal-istorbju jaf ma jkunux komparabbli għalkollox u l-varjazzjoni tal-livell tal-potenza akustika garantita kkalkolat minħabba l-bidla fil-metodu tal-kejl tal-istorbju tista’ twassal għal bidla fil-konformità tat-tagħmir. Meta jkun hemm dubji dwar il-konformità tat-tagħmir minħabba bidla fil-metodi tal-kejl tal-istorbju, ikun meħtieġ li għall-finijiet tal-komparabbiltà jiġi previst il-kalkolu tal-livelli tal-potenza akustika bl-istess metodi tal-kejl użati biex jiġu stabbiliti l-livelli permissibbli tal-potenza akustika.

(5)

Għalhekk, id-Direttiva 2000/14/KE jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.

(6)

L-operaturi ekonomiċi jeħtieġ jingħataw żmien biżżejjed biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tiġi differita.

(7)

Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u l-kost relatat tiegħu fuq l-operaturi ekonomiċi, jeħtieġ ukoll li jiġi previst perjodu tranżitorju biżżejjed wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament li matulu t-tagħmir ta’ barra li diġà jkun introdott fis-suq u li jikkonforma mal-Anness III tad-Direttiva 2000/14/KE xorta jkun jista’ jitqiegħed fis-suq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tad-Direttiva 2000/14/KE huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn 22 ta’ Mejju 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).

(3)  Id-Direttiva 2005/88/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Direttiva 2000/14/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 44).


ANNESS

““ANNESS III

METODI TAL-KEJL TAL-ISTORBJU FL-ARJA LI JIRRIŻULTA MIT-TAGĦMIR TA’ BARRA

Introduzzjoni

Dan l-Anness fih il-metodi tal-kejl tal-istorbju fl-arja li għandhom jintużaw sabiex jiġu determinati l-livelli tal-potenza akustika tat-tagħmir ta’ barra.

Il-Parti A ta’ dan l-Anness tistabbilixxi l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u s-supplimenti ġenerali għall-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju biex jitkejjel il-livell tal-pressjoni akustika fuq wiċċ tal-kejl li jinkorpora s-sors tal-istorbju u biex jiġi kkalkulat il-livell tal-potenza akustika minn dak is-sors.

Il-Parti B ta’ dan l-Anness tistabbilixxi l-kodiċi tat-test tal-istorbju speċifiku għat-tagħmir li huwa ppreżentat bħala referenza għal standard speċifiku jew bħala deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet applikabbli tal-ittestjar u tal-operat, inkluż:

(a)

l-ambjent tat-test;

(b)

il-valur tal-korrezzjoni ambjentali (K2 A);

(c)

il-forma u d-dimensjonijiet tal-wiċċ tal-kejl;

(d)

l-għadd u l-pożizzjoni tal-mikrofoni li jridu jintużaw;

(e)

ir-rekwiżiti relatati mal-immuntar u l-installazzjoni tat-tagħmir;

(f)

metodu tal-kalkolu tal-livelli tal-potenza akustika li jirriżultaw meta jkunu jridu jintużaw diversi testijiet b’kundizzjonijiet differenti tal-operat.

Meta jittestjaw tipi speċifiċi ta’ tagħmir, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u s-supplimenti ġenerali stabbiliti fil-Parti A ta’ dan l-Anness, u l-kodiċi tat-test tal-istorbju speċifiku għat-tagħmir stabbilit fil-Parti B. Il-kodiċijiet tat-test tal-istorbju fil-Parti B huma maħsuba biex jissupplimentaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti A filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-kategoriji differenti tat-tagħmir. Meta l-kodiċijiet tat-test tal-istorbju fil-Parti B jipprevedu l-possibbiltà ta’ għażla bejn soluzzjonijiet tekniċi alternattivi differenti, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw dawk konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti A. F’każ ta’ kunflitt bejn il-Parti A u l-Parti B, id-dispożizzjonijiet tal-Parti B għandhom jieħdu preċedenza.

Meta l-kodiċijiet tat-test tal-istorbju stabbiliti fil-Parti B, jew fl-istandards imsemmija fil-Parti B, ma jkunux applikabbli għal xi mudelli tat-tagħmir fil-kategorija tat-tagħmir, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika garantita skont l-istandard bażiku tal-emissjonijiet tal-istorbju u s-supplimenti applikabbli indikati fil-Parti A.

Għat-tagħmir elenkat fl-Artikolu 12, meta l-użu tal-metodi tal-kejl tal-istorbju stabbiliti fl-Anness jew dawk stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kien applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025, iwassal għal żewġ sitwazzjonijiet differenti ta’ konformità tal-prodott, jiġifieri l-livell tal-potenza akustika garantita tat-tagħmir ikkalkulat b’metodu wieħed ikun jaqbeż il-livell tal-potenza akustika permissibbli rispettiv fl-Artikolu 12 iżda mhux meta jintuża l-metodu l-ieħor, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika mkejla u l-livell tal-potenza akustika garantita bil-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienet applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025 sakemm jiġu emendati l-livelli tal-potenza akustika permissibbli fl-Artikolu 12. F’dik is-sitwazzjoni, il-korpi notifikati u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jużaw ukoll il-metodu stabbilit fil-verżjoni tal-Anness III li kien applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025, biex iwettqu t-testijiet tal-istorbju meta jkun meħtieġ fil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità applikabbli.

PARTI A

STANDARD BAŻIKU TAL-EMISSJONI TAL-ISTORBJU

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw l-istandard bażiku tal-emissjoni tal-istorbju EN ISO 3744:2010 biex jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika LWA, soġġett għas-supplimenti ġenerali stabbiliti f’din il-Parti A. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom japplikaw il-klawżoli kollha f’EN ISO 3744:2010 sakemm ma jkunx dikjarat mod ieħor f’din il-Parti A, jew fil-kodiċi applikabbli tat-test tal-istorbju stabbilit fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

1.   Tħaddim tas-sors tal-istorbju waqt it-test

1.1.   Veloċità tal-fann

Waqt it-test għandu jitħaddem kull fann imqabbad mal-magna tat-tagħmir jew mas-sistema idrawlika tiegħu. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu l-veloċità tal-fann skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) sa (d), kif applikabbli, u għandhom jiddikjaraw dik il-veloċità tal-fann fir-rapport tat-test u jużawha f’kejl ulterjuri. Il-fannijiet ma għandhomx jitħaddmu b’lura waqt it-testijiet.

(a)

Mutur tal-fann imqabbad direttament mal-magna jew mas-sistema idrawlika tagħha:

Waqt it-test għandu jitħaddem mutur tal-fann li jkun imqabbad direttament mal-magna jew mat-tagħmir idrawliku tagħha.

(b)

Mutur tal-fann b’diversi veloċitajiet distinti:

Fann li jista’ jaħdem b’diversi veloċitajiet distinti għandu jiġi ttestjat b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(i)

bil-veloċità operatorja massima tiegħu;

(ii)

fl-ewwel test bil-fann issettjat fuq veloċità żero, u fit-tieni test bil-fann issettjat fuq veloċità massima.

Għall-finijiet tal-punt (ii), il-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ LpA ponderat bil-valur A li jirriżulta għandu jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati ż-żewġ riżultati tat-test permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

L pA = 10 lg (0,3 × 100,1 LpA,0 % + 0,7 × 100,1 LpA,100 %)

fejn:

—

LpA,0 % hu l-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ ponderat bil-valur A determinat bil-fann issettjat fuq veloċità żero;

—

LpA,100 % hu l-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ ponderat bil-valur A determinat bil-fann issettjat fuq veloċità massima;

(c)

Mutur tal-fann b’veloċità varjabbli kontinwa:

Fann li jista’ jaħdem b’veloċità varjabbli kontinwa għandu jiġi ttestjat skont il-punt 1.1(b) jew bil-veloċità tal-fann issettjata b’mhux inqas minn 70% tal-veloċità massima.

Il-fannijiet viskostatiċi regolati awtomatikament mit-temperatura tal-magna għandhom jitqiesu li jaħdmu b’veloċità varjabbli kontinwa irrispettivament mill-oriġini tal-kontroll;

(d)

Tagħmir b’aktar minn fann wieħed:

Meta magna jkollha aktar minn fann wieħed, il-fannijiet kollha għandhom jaħdmu bil-kundizzjonijiet speċifikati f’(a), (b) jew (c), kif applikabbli.

1.2.   Test ta’ tagħmir bil-mutur bla tagħbija

Qabel ma jitkejjel l-istorbju li joħroġ minn tagħmir bil-mutur bla tagħbija, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom isaħħnu l-magna u s-sistema idrawlika tat-tagħmir skont l-istruzzjonijiet tal-użu u jimxu mar-rekwiżiti tas-sikurezza.

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom ikejlu l-istorbju bit-tagħmir meta jkun f’pożizzjoni stazzjonarja, mingħajr ma jitħaddmu t-tagħmir operabbli jew il-mekkaniżmu li jkun miexi. Għall-finijiet tal-kejl, il-magna għandha tieqaf topera (1) b’mhux inqas mill-veloċità nominali li tikkorrispondi għall-potenza netta (2).

Jekk il-magna titħaddem b’ġeneratur jew mal-mejns, il-frekwenza tal-provvista tal-kurrent, speċifikata għall-mutur mill-manifattur, għandha tkun stabbli għal ± 1Hz jekk il-magna jkollha mutur bl-induzzjoni, u l-provvista tal-vultaġġ għal ± 1 % tal-vultaġġ nominali jekk il-magna jkollha mutur kommutatur. Il-provvista tal-vultaġġ għandha titkejjel fil-plakka ta’ kejbil jew wajer li ma jinqalax, jew fl-iżbokk tad-dħul tal-magna jekk jingħata kejbel li jista’ jinqala’. Il-forma tal-mewġa tal-kurrent fornut mill-ġeneratur għandha tkun bħal dik miksuba mill-mejns.

Meta fil-magna jiġu ttikkettati bosta firxiet tal-vultaġġ, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jieħdu l-kejl fl-ogħla firxa tal-vultaġġ tikkettata. Jekk il-firxa tal-vultaġġ tkun 220-240 V, it-test għandu jsir b’230 V.

Jekk il-magna titħaddem b’batterija waħda jew aktar, il-batteriji għandhom jiġu ċċarġjati għal mill-inqas 70 % tal-kapaċità tagħhom.

Il-veloċità nominali użata u l-potenza netta korrispondenti għandhom jiġu dikjarati mill-manifatturi jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni fir-rapport tat-test.

Meta t-tagħmir ikollu diversi magni, dawk il-magni għandhom jaħdmu simultanjament waqt il-kejl, iżda jekk dan ma jkunx possibbli, għandhom jitkejlu l-emissjonijiet tal-istorbju ta’ kull kombinazzjoni possibbli tal-magni.

1.3.   Test ta’ tagħmir bil-mutur b’tagħbija

Qabel ma jitkejjel l-istorbju li joħroġ mit-tagħmir bil-mutur b’tagħbija, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom isaħħnu l-magna (l-apparat tas-sewqan) u s-sistema idrawlika tat-tagħmir skont l-istruzzjonijiet tal-użu u jimxu mar-rekwiżiti tas-sikurezza. Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni ma għandhomx joperaw apparat tas-sinjalar, bħal ħorn ta’ twissija jew allarm tar-rivers, waqt il-kejl.

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jirreġistraw il-veloċità tat-tagħmir waqt il-kejl u jiddikjaraw dik il-veloċità fir-rapport tat-test.

Meta t-tagħmir ikollu diversi magni jew aggregati, dawk il-magni jew l-aggregati għandhom jaħdmu simultanjament waqt il-kejl, iżda jekk dan ma jkunx possibbli, il-manifatturi għandhom ikejlu l-istorbju ta’ kull kombinazzjoni possibbli tal-magni jew tal-aggregati.

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet tal-operat speċifiċi għal kull tip ta’ tagħmir b’ tagħbija. Il-kundizzjonijiet tal-operat speċifiċi għandhom, kemm jista’ jkun, jipproduċu effetti u pressjonijiet simili għal dawk miksuba waqt kundizzjonijiet operatorji reali.

1.4.   Test ta’ tagħmir imħaddem bl-idejn

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet operatorji konvenzjonali għal kull tip ta’ tagħmir imħaddem bl-idejn li jipproduċi effetti u stress simili għal dawk maħluqa waqt kundizzjonijiet oepratorji reali.

2.   Determinazzjoni tal-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ mill-inqas tliet darbiet. Jekk mill-anqas tnejn mill-valuri determinati ma jvarjawx b’aktar minn 1dB, ma jkunx hemm bżonn isir aktar kejl. Meta dan ma jkunx il-każ, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom ikomplu l-kejl sakemm jiksbu żewġ valuri li jvarjaw b’mhux aktar minn 1dB. Il-livell tal-pressjoni akustika tal-wiċċ ponderat bil-valur A li l-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni jridu jużaw biex jikkalkolaw il-livell tal-potenza akustika għandu jkun il-medja aritmetika tal-ogħla żewġ valuri li ma jvarjawx b’aktar minn 1dB.

Meta possibbli, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jieħdu l-kejl tal-istorbju fil-pożizzjonijiet kollha tal-mikrofonu simultanjament. Dan hu partikolarment importanti għat-testijiet dinamiċi. Meta dan ma jkunx possibbli, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw kundizzjonijiet stabbli fl-ambjent tat-test u biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji li jinkludu varjazzjonijiet mhux mixtieqa fl-istorbju li joħroġ mill-magna jew minn xi fatturi oħra, inkluż storbju mill-madwar u ħsejjes tar-riħ.

3.   Informazzjoni li trid tiġi rapportata

Ir-rapport tat-test, li hu meħtieġ fid-dokumentazzjoni teknika prevista fl-Anness V, il-punt 3, l-Anness VI, il-punt 3, l-Anness VII, il-punt 2 u l-Anness VIII, il-punti 3.1 u 3.3, għandu jkun fih id-data teknika meħtieġa biex jiġi identifikat is-sors tal-istorbju li jkun qed jiġi ttestjat, il-kodiċi tat-test tal-istorbju u d-data akustika użata għat-test u miksuba minnu.

Il-valur tal-livell tal-potenza akustika ponderat bil-valur A tas-sors tal-istorbju li jkun qed jiġi ttestjat li jrid jiġi rrapportat għandu jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ (anqas minn 0,5 jużaw in-numru sħiħ aktar baxx; jekk ikun 0,5 jew iżjed, uża l-akbar numru sħiħ).

Meta, minħabba u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-aħħar paragrafu tal-introduzzjoni ta’ dan l-Anness, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni jużaw il-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienet applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025 biex jiddeterminaw il-livell tal-potenza akustika, il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom iżommu rekord fir-rapport tat-test tad-data relatata mal-kejl imwettaq biż-żewġ metodi: il-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienu applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025 u l-metodi stabbiliti f’dan l-Anness.

Għall-mudelli tat-tagħmir, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u l-korpi notifikati għandhom jaċċettaw li l-ewwel oġġett ta’ dak it-tagħmir imqiegħed fis-suq jew fis-servizz qabel 22 ta’ Mejju 2025, ir-rapporti tekniċi tal-kejl tal-istorbju mwettqa bil-metodi stabbiliti fil-verżjoni tal-Anness III li kienet applikabbli qabel 22 ta’ Mejju 2025, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-Direttiva u għall-finijiet tar-rekwiżiti rigward id-dokumentazzjoni teknika għal tali prodotti kif previst fl-Anness V, il-punt 3, l-Anness VI, il-punt 3, l-Anness VII, il-punt 2, l-Anness VIII, il-punti 3.1 u 3.3 ta’ din id-Direttiva sa 22 ta’ Mejju 2028.

4.   Korrezzjoni ambjentali K2 A

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jiddeterminaw il-korrezzjoni ambjentali K2A skont EN ISO 3744:2010, it-Taqsima 4.3.

Jekk K2A ≤ 0,5dB, dan jista’ jiġi injorat.

Jekk K2A > 4 dB, l-ambjent tat-test ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u għandu jiġi modifikat.

Il-manifatturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom fl-Unjoni għandhom jużaw l-ispeċifikazzjonijiet għall-korrezzjoni ambjentali stabbiliti fil-kodiċi tat-test tal-istorbju għat-tagħmir speċifiku msemmi fil-Parti B ta’ dan l-Anness fejn jeżistu tali speċifikazzjonijiet.

PARTI B

KODIĊIJIET TAT-TEST TAL-ISTORBJU GĦAT-TAGĦMIR SPEĊIFIKU

0.   TAGĦMIR ITTESTJAT BLA TAGĦBIJA

Żona tat-test

Wiċċ riflettiv tal-konkrit jew tal-asfalt mhux poruż

Korrezzjoni ambjentali K2 A

K2 A = 0

Wiċċ tal-kejl/numru ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl

(a)

Jekk l-akbar tal-parallelepipedika ta’ referenza tkun inqas minn 8 m:

il-pożizzjonijiet tal-emisferu/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F.

(b)

Jekk l-akbar dimensjoni tal-parallelepipedika ta’ referenza tkun iżjed minn 8 m: parallelepipedika skont ISO 3744:2010 bid-distanza tal-kejl

d = 1 m.

Test bla tagħbija

It-testijiet tal-istorbju għandhom isiru skont il-Parti A ta’ dan l-Anness, il-punt 1.2.

Perjodu/i tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta jekk tintuża aktar minn kundizzjoni tal-operat waħda

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun mill-inqas 15-il sekonda jew mill-inqas 3 ċikli operatorji tal-magna.

1.   PJATTAFORMI TAL-AĊĊESS FL-ARJA B’MAGNI TAL-KOMBUSTJONI

EN 280-1:2022, il-klawżola 4.12.2.

2.   MAGNI GĦALL-QTUGĦ TAL-ĦAXIX BIL-LENZA

EN ISO 22868:2021

3.   TALJOLA TAL-BENNEJJA GĦALL-ĠARR TAL-OĠĠETTI

Ara Nru 0.

Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed ’il fuq miċ-ċentru tal-emisfera. Il-lift għandu jiċċaqlaq bla tagħbija u jħalli l-emisfera — jekk meħtieġ — fid-direzzjoni tal-punt 1.

4.   MAGNI TAT-TIP BAND SAW LI JINTUŻAW FIS-SITI TAL-BINI

EN ISO 19085-16:2021, il-klawżola 6.2.2.

Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010

5.   BANKIJIET TAS-SEGI ĊIRKULARI LI JINTUŻAW FIS-SITI TAL-BINI

Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl

ISO 7960:1995, l-Anness A, id-distanza tal-kejl d = 1 m.

Test b’tagħbija

ISO 7960:1995, l-Anness A (il-punt A2(b) biss).

Perjodu tal-osservazzjoni

ISO 7960:1995, Annex A

6.   CHAIN SAWS PORTABBLI

(a)   Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni

EN ISO 22868:2021

(b)   Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku

EN 62841-4-1:2020, l-Anness I

7.   VETTURI TA’ FLUSHERS U TAL-ĠBID BL-ARJA BI PRESSJONI GĦOLJA KKOMBINATA

Meta ż-żewġ apparati jkunu jistgħu jitħaddmu flimkien, dawn għandhom jitħaddmu skont in-Nri 26 u 52 ta’ din il-Parti B. Jekk le, l-emissjonijiet tal-istorbju taż-żewġ apparati għandhom jitkejlu separatament u għandhom jinżammu l-ogħla valuri.

8.   MAGNI LI JIKKUMPATTAW

(a)   Pjanċi vibratorji u rammers vibratorji

EN 500-4: 2011, il-klawżola 5.10.1

(b)   Rombli

EN 474-13:2022, il-klawżola 4.6

9.   KOMPRESSURI

EN ISO 2151:2008

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

10.   TAGĦMIR TAL-IDEJN LI JKISSER IL-KONKRIT U BQAQEN

(a)   Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni

Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl

Il-pożizzjonijiet tal-emisfera/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F u t-tabella li ġejja, skont il-massa tat-tagħmir kif mogħtija fit-tabella li ġejja:

Massa tat-tagħmir m (f’kg)

Raġġ tal-emisferu (f’m)

z għall-pożizzjonijiet tal-mikrofonu 2, 4, 6 u 8 (f’m)

m < 10

m ≥ 10

2

4

0,75

1,50

Immuntar tat-tagħmir

It-tagħmir kollu għandu jiġi ttestjat f’pożizzjoni vertikali.

Jekk it-tagħmir tat-test ikollu żbokk tal-ħruġ tal-arja, l-assi tiegħu għandhom ikunu ekwidistanti minn żewġ pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Il-ħoss tal-provvista tal-elettriku ma għandux jinfluwenza l-kejl tal-emissjoni tal-istorbju tat-tagħmir ittestjat.

Sapport tat-tagħmir

It-tagħmir għandu jkollu s-sapport waqt it-test ta’ għodda ingastata fi blokka tal-konkrit b’forma ta’ kubu mqiegħda f’fossa tal-konkrit, midfuna fl-art.

Waqt it-testijiet, bejn it-tagħmir u l-għodda ta’ sapport tista’ tiddaħħal biċċa azzar intermedjarja. Din il-biċċa intermedjarja għandha tifforma struttura stabbli bejn it-tagħmir u l-għodda ta’ sapport. L-Illustrazzjoni 10.1 tinkludi dawn ir-rekwiżiti.

Karatteristiċi tal-blokka

Il-blokka għandha tieħu l-forma ta’ kubu ta’ 0,60 m ± 2 mm twil fit-tarf u regolari kemm jista’ jkun. Din għandha tkun magħmula mill-konkrit rinforzat u vvibrat bir-reqqa f’saffi sa 0,20 m biex tiġi evitata sedimentazzjoni eċċessiva.

Kwalità tal-konkrit

Il-kwalità tal-konkrit għandha tikkorrispondi għal C50/60 ta’ EN 206:2013+A2:2021.

Il-kubu għandu jiġi rinforzat b’vireg tal-azzar ta’ 8 mm dijametru mingħajr irbit, u kull virga tkun indipendenti mill-oħra. Il-kunċett tad-disinn jinsab fl-Illustrazzjoni 10.2.

Għodda ta’ sapport

L-għodda għandha tiġi ssiġillata fil-blokka u għandha tkun magħmula minn rammer b’dijametru ta’ bejn 178 mm u 220 mm u minn komponent tal-mandrin tat-torn identiku għal dak li użat normalment mal-apparat li jkun qed jiġi ttestjat u konformi ma’ ISO 1180:1983/Add 1:1985, iżda twil biżżejjed biex iħalli t-test prattiku jsir.

Għandu jsir trattament xieraq biex iż-żewġ komponenti jiġu integrati. L-għodda għandha titwaħħal fil-blokka biex il-qiegħ tar-rammer ikun 0,30 m mill-wiċċ ta’ fuq tal-blokka (ara l-illustrazzjoni 10.2).

Il-blokka għandha tibqa’ taħdem mekkanikament, partikolarment fil-punt meta jiltaqgħu l-għodda ta’ sapport u l-konkrit. Qabel u wara kull test, għandu jiġi vverifikat li l-għodda ssiġillata fil-blokka tal-konkrit tkun integrata ġo fiha.

Pożizzjonar tal-kubu

Il-kubu għandu jitqiegħed f’toqba bis-siment kullimkien, mgħottija bi lqugħ ta’ mill-inqas 100 kg/m2, kif indikat fl-Illustrazzjoni 10.3, biex il-wiċċ ta’ fuq tal-ilqugħ ikun lixx mal-art. Biex jiġi evitat storbju parasitiku, il-blokka għandha tkun insulata mill-qiegħ u mill-ġnub tat-toqba bi blokok elastiċi, li l-frekwenza cut-off tagħhom ma għandhomx ikunu iżjed minn nofs ir-rata tad-daqqa tat-tagħmir ittestjat, espressa bħala daqqiet fis-sekonda.

Il-fetħa tal-ilqugħ li minnha jgħaddi l-mandarin tat-torn għandha tkun żgħira kemm jista’ jkun u ssiġillata b’ġonta flessibbli li tilqa’ l-ħsejjes.

Test b’tagħbija

It-tagħmir ittestjat għandu jkun konness mal-għodda ta’ sapport.

It-tagħmir ittestjat għandu jitħaddem f’kundizzjonijiet stabbli bl-istess stabbilità akustika bħal waqt servizz normali.

It-tagħmir ittestjat għandu jitħaddem bil-potenza massima speċifikata fl-istruzzjonjiet fornuti lix-xerrej.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

Illustrazzjoni 10.1

Dijagramma skematika tal-biċċa intermedjarja

Image 1

Illustrazzjoni 10.2

Blokka tat-test

Image 2

Illustrazzjoni 10.3

Tagħmir ittestjat

Image 3

Il-valur ta’ A għandu jkun tali li l-ilqugħ li jserraħ fuq il-ġonta elastika J ikun lixx mal-art.

(b)   Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku:

EN IEC 62841-2-6:2020, EN IEC 62841-2-6:2020/A11:2020, l-Anness I, il-klawżola I.2

(c)   Tagħmir imħaddem b’mod pnewmatiku jew idrawliku:

L-istess bħat-tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni.

11.   MIKSERS TAL-KONKRIT JEW TAT-TAJN

Test b’tagħbija

L-apparat tat-taħlit (drum) għandu jimtela sal-kapaċità nominali tiegħu b’ramel bi granulazzjoni ta’ 0 sa 3 mm, u l-umdità għandha tkun 4 sa 10 %.

It-tagħmir tat-taħlit għandu jitħaddem tal-inqas bil-veloċità nominali.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu ta’ osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

12.   TALJOLI TAL-BINI

(a)   Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni:

Ara Nru 0.

Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed ’il fuq miċ-ċentru tal-emisfera; it-taljola għandha titqabbad iżda mingħajr tagħbija.

(b)   Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku:

EN 14492-2:2019, l-Anness M.

13.   MAGNI GĦAT-TWASSIL U L-ISPREJJAR TAL-KONKRIT U TAT-TAJN

EN 12001:2012, l-Anness C

14.   ĊINEG TRASPORTATURI

Ara Nru 0.

Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed ’il fuq miċ-ċentru tal-emisfera. Iċ-ċinga għandha tiċċaqlaq bla tagħbija u għandha tħalli l-emisfera, jekk ikun meħtieġ, fid-direzzjoni tal-punt 1.

15.   TAGĦMIR TAT-TKESSIĦ FUQ IL-VETTURI

Test b’tagħbija

It-tagħmir tat-tkessiħ għandu jiġi installat fi spazju tal-merkanzija reali jew simulat u l-livell tal-ħoss għandu jitkejjel f’pożizzjoni stazzjonarja fejn, skont l-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej, l-għoli tat-tagħmir tat-tkessiħ ikun rappreżentattiv tar-rekwiżiti tal-installazzjoni maħsuba. Is-sors tal-potenza tat-tagħmir tat-tkessiħ għandu jopera b’rata li tikkawża l-veloċità massima tal-kompressur tat-tkessiħ u tal-fann speċifikat fl-istruzzjonijiet. Jekk it-tagħmir tat-tkessiħ ikun maħsub biex jitħaddem bil-magna tas-sewqan tal-vettura, il-magna ma għandhiex tintuża waqt il-kejl u t-tagħmir tat-tkessiħ għandu jitqabbad ma’ sors xieraq tal-enerġija elettrika. L-unitajiet tat-trattur li jistgħu jitneħħew għandhom jitneħħew waqt il-kejl.

Il-livell tal-ħoss tat-tagħmir tat-tkessiħ installat fl-unitajiet tar-refriġerazzjoni tal-ispazju tat-tagħbija li joffru l-għażla ta’ sorsi differenti tal-enerġija elettrika għandu jitkejjel separatament għal kull sors tal-enerġija. Ir-riżultati tal-kejl irrapportati għandhom imqar ikunu jirriflettu l-mod tal-operat li jwassal għall-output massimu tal-ħoss.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

16.   DOŻERS

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness C ta’ dak l-istandard.

17.   RIGGIJIET TAT-TĦAFFIR

(a)   Riggijiet mobbli tat-tħaffir:

EN 16228-2:2014+A1:2021, il-klawżola 5.12

(b)   Tagħmir tat-tħaffir orizzontali f’direzzjoni partikolari:

EN 16228-3:2014+A1:2021, il-klawżola 5.15

(c)   Tagħmir tat-tħaffir awżiljarju interkambjabbli:

EN 16228-7:2014+A1:2021, il-klawżola 5.3

(d)   Tagħmir ieħor tat-tħaffir:

EN 16228-1:2014+A1:2021, il-klawżola 5.27.2.2

18.   DUMPERS

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness F ta’ dak l-istandard.

19.   TAGĦMIR TAT-TAGĦBIJA U TAL-ĦATT TAT-TANKIJIET JEW TAS-SILOS FUQ IT-TRAKKIJIET

Ara Nru 9 għall-kompressuri jew għall-pompi tal-vakwu.

Ara Nru 56 għall-pompi likwidi.

20.   SKAVATURI

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness B ta’ dak l-istandard.

21.   SKAVATURI LI JGĦABBU

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness E ta’ dak l-istandard.

22.   KONTENITURI TAR-RIĊIKLAĠĠ TAL-ĦĠIEĠ

Għall-għanijiet ta’ dan il-kodiċi tat-test tal-istorbju, il-livell tal-pressjoni akustika ta’ avveniment wieħed integrat fiż-żmien LE kif definit f’EN ISO 3744:2010 il-punt 3.4.2, għandu jintuża għall-kejl tal-livell tal-pressjoni akustika fil-pożizzjonijiet tal-mikrofonu.

Korrezzjoni ambjentali K2 A

Kejl fl-arja aperta

K2 A = 0

Kejl fuq ġewwa

Il-valur tal-kostant K2 A, determinat skont EN ISO 3744:2010, l-Anness A, għandu jkun ≤ 2,0 dB f’liema każ K2 A ma għandux jitqies.

Kundizzjonijiet opertorji waqt it-test

Il-kejl tal-istorbju għandu jsir waqt ċiklu sħiħ li jibda bil-kontenitur vojt u li jintemm meta 120 flixkun tal-ħġieġ ikunu ntefgħu ġol-kontenitur.

Il-fliexken tal-ħġieġ huma definiti kif ġej:

—

kapaċità: 75 cl;

—

massa: 370 ± 30 g.

L-operatur tal-ittestjar għandu jżomm kull flixkun tal-ħġieġ mill-għonq, u l-qiegħ tiegħu iħares lejn il-fetħa tal-mili u mbagħad għandu jimbuttah ġentilment tul il-fetħa tal-mili fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-kontenitur, filwaqt li jevita jekk possibbli li l-flixkun jaħbat mal-ġnub. Għat-tfigħ tal-fliexken, għandha tintuża fetħa waħda biss tal-mili, dik l-eqreb lejn il-pożizzjoni 12 tal-mikrofonu.

Perjodu/i tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta jekk tintuża aktar minn kundizzjoni tal-operat waħda

Il-livell tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A għandu jitkejjel fl-istess ħin fis-sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu għal kull flixkun tal-ħġieġ mitfuħ ġol-kontenitur.

Il-livell tal-potenza tal-ħoss f’każ wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A medju fuq il-wiċċ tal-kejl għandu jiġi kkalkulat skont EN ISO 3744:2010, il-punt 8.2.2.

Il-livell tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A medju fuq kull wieħed mill-120 tfigħ tal-fliexken tal-ħġieġ għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja logaritmika tal-livelli tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed ponderati bil-valur A, bħala medja fuq il-wiċċ tal-kejl.

23.   GRADERS

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness G ta’ dak l-istandard.

24.   TRIMJATURI TAL-ĦAXIX/TRIMJATURI TAT-TARF TAL-ĦAXIX

Ara Nru 2.

25.   TRIMJATURI TAL-ĦAXIX

(a)   Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni

EN ISO 22868:2021

(b)   Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku

EN IEC 62841-4-2:2019, l-Anness I, il-klawżola I.2

26.   FLUSHERS TA’ PRESSJONI GĦOLJA

Test b’tagħbija

Il-flusher tal-pressjoni għolja għandu jiġi ttestjat f’pożizzjoni stazzjonarja. Il-magna u l-unitajiet awżiljarji għandhom jitħaddmu bil-veloċità mogħtija mill-manifattur għat-tħaddim tat-tagħmir operatorju. Il-pompi bi pressjoni għolja għandhom jitħaddmu bil-veloċità massima u bil-pressjoni operatorja mogħtija mill-manifattur. B’żennuna adattata, il-valv tat-tnaqqis tal-pressjoni għandu jkun eżatt fil-punt ta’ reazzjoni. L-istorbju tal-fluss miż-żennuna ma għandu jkollu l-ebda effett fuq ir-riżultati tal-kejl.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun tal-inqas 30 sekonda.

27.   MAGNI TAL-ĠETTIJIET TAL-ILMA BI PRESSJONI GĦOLJA

(a)   Tagħmir bi klassifikazzjoni tal-pressjoni ≤ 35 MPa

EN 60335-2-79:2012, l-Anness CC

(b)   Tagħmir bi klassifikazzjoni tal-pressjoni > 35 MPa

EN 1829-1:2010, il-klawżola 6.8

28.   MARTELLI IDRAWLIĊI

Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl

Pożizzjonijiet tal-emisferu/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F/r = 10 m.

Immuntar tat-tagħmir

Għat-test, il-martell għandu jitwaħħal ma’ trasportatur u għandha tintuża struttura ta’ blokka speċjali tat-test. L-Illustrazzjoni 28.1 turi l-karatteristiċi ta’ din l-istruttura u l-Illustrazzjoni 29.2 turi il-pożizzjoni tat-trasportatur.

Trasportatur

It-trasportatur tal-martell tat-test għandu jilħaq ir-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-martell tat-test speċjalment fil-firxa tal-kejl, il-potenza tal-output idrawlika, il-fluss taż-żejt tal-forniment, u l-pressjoni lura tal-linja ta’ ritorn.

Immuntar

L-immuntar mekkaniku u l-konnessjonijiet (pajpijiet, eċċ.) għandhom jikkorrispondu mal-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fid-data teknika tal-martell. Għandu jitneħħa l-istorbju sinifikanti kollu kkawżat mill-pajpijiet u mid-diversi komponenti mekkaniċi meħtieġa għall-installazzjoni. Il-konnessjonijiet komponenti kollha għandhom jiġu ssikkati sew.

Stabbiltà tal-martell u forza ta’ żamma statika

Il-martell għandu jinżamm sod ’l isfel mit-trasportatur biex tingħata l-istess stabbilità bħal dik li jkun hemm waqt kundizzjonijiet operatorji normali. Il-martell għandu jitħaddem f’pożizzjoni wieqfa.

Għodda

Fil-kejl għandha tintuża għodda li ma taqtax. It-tul tal-għodda għandu jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Illustrazzjoni 28.1 (blokka tat-test).

Test b’tagħbija

Potenza tal-input idrawlika u fluss taż-żejt

Il-kundizzjonijiet operatorji tal-martell idrawliku għandhom jiġu aġġustati, imkejla u rrapportati flimkien mal-valuri tekniċi tal-ispeċifikazzjoni korrispondenti. Il-martell li jkun qed jiġi ttestjat għandu jintuża b’mod li tkun tista’ tintlaħaq 90 % jew aktar tal-potenza tal-input idrawlika massima u tal-fluss taż-żejt tal-martell.

Għandha tingħata attenzjoni li l-inċertezza totali tal-ktajjen tal-kejl ta’ ps u Q tinżamm fi ħdan ± 5 % biex tkun żgurata d-determinazzjoni tal-potenza tal-input idrawlika fl-eżattezza ta’ ±10 %. Meta wieħed jassumi korrelazzjoni lineari bejn il-potenza tal-input idrawlika u l-potenza tal-ħoss emessa, din għandha tfisser varjazzjoni ta’ anqas minn ± 0,4dB fid-determinazzjoni tal-livell tal-potenza tal-ħoss.

Komponenti aġġustabbli li jkollhom effett fuq il-potenza tal-martell

Il-konfigurazzjonijiet minn qabel tal-akkumulaturi kollha, tal-valvi ċentrali tal-pressjoni u ta’ komponenti aġġustabli possibbli oħra għandhom jilħqu l-valuri mogħtija fid-data teknika. Jekk aktar minn rata waħda tal-impatt fissa tkun fakultattiva, il-kejl għandu jsir bil-konfigurazzjonijiet kollha. Għandhom jiġu ppreżentati l-valuri minimi u massimi.

Kwantitajiet li jridu jitkejlu

ps

Il-valur medju tal-pressjoni fina tal-forniment idrawliku waqt l-operat tal-martell, inkluż tal-inqas 10 tismiriet.

Q

Il-valur medju tal-fluss taż-żejt tal-iżbokk tal-interruttur imkejjel fl-istess ħin ma’ ps.

T

It-temperatura taż-żejt għandha tkun bejn +40/+60 °C waqt il-kejl. It-temperatura tal-korp tal-interruttur idrawliku għandha tkun stabbilizzata għat-temperatura operatorja normali qabel jibda l-kejl.

Pa

Il-pressjonijiet tal-gass tal-mili minn qabel tal-akkumulaturi kollha għandhom jitkejlu f’qagħda statika (l-interruttur ma jkunx qed jaħdem) f’temperatura ambjentali stabbli ta’ +15/+25 °C. It-temperatura ambjentali mkejla għandha tiġi rreġistrata bil-pressjoni mkejla tal-gass tal-mili minn qabel tal-akkumulatur.

Parametri li jridu jiġu evalwati mill-parametri operatorji mkejla

Potenza idrawlika tal-input tal-interruttur, PIN = ps Q

Kejl tal-pressjoni tal-linja tal-provvista idrawlika, ps:

—

ps għandha titkejjel qrib kemm jista’ jkun tal-port-IN tal-interruttur;

—

ps għandha titkejjel b’gejġ tal-pressjoni (dijametru minimu: 100 mm; il-klassi tal-eżattezza +1,0 % FSO).

Fluss taż-żejt fil-bokka tal-interruttur, Q:

—

Q għandu jitkejjel mil-linja tal-pressjoni tal-provvista qrib kemm jista’ jkun tal-port-IN tal-interruttur;

—

Q għandu jitkejjel b’metru tal-fluss tal-elettriku (klassi tal-eżattezza ± 2,5 % tal-qari tal-fluss).

Punt tal-kejl tat-temperatura taż-żejt, T:

—

T għandu jitkejjel minn tank taż-żejt tat-trasportatur jew minn pajp idrawliku mqabbad mal-martell. Fir-rapport għandu jiġi speċifikat punt tal-kejl;

—

L-eżattezza tal-qari tat-temperatura għandha tkun fi ħdan ± 2 °C tal-valur reali.

Perjodu tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

Il-kejl għandu jiġi ripetut tliet darbiet, jew aktar jekk ikun meħtieġ. Ir-riżultat finali għandu jiġi kkalkulat bħala l-medja aritmetika tal-ogħla żewġ valuri li d-differenza bejniethom ma tkunx iżjed minn 1dB.

Illustrazzjoni 28.1

Image 4

Illustrazzjoni 28.2

Image 5

Definizzjonijiet

d

Dijametru tal-għodda (mm);

d1

Dijametru tal-inkwina, 1 200 ± 100 mm;

d2

Dijametru ta’ ġewwa ta’ struttura tas-sapport tal-inkwina, ≤ 1 800 mm;

d3

Dijametru tal-wiċċ tal-blokk tat-test, ≤ 2 200 mm;

d4

Dijametru tal-fetħa tal-għodda fil-wiċċ, ≤ 350 mm;

d5

Dijametru tas-siġill tal-għodda, ≤ 1 000 mm;

h1

Tul viżibbli tal-għodda bejn l-aktar parti baxxa tal-ilqugħ u l-wiċċ ta’ fuq tas-siġill tal-għodda (mm), h1 = d ± d/2;

h2

Ħxuna tas-siġill tal-għodda ’il fuq mill-wiċċ, ≤ 20 mm (jekk l-għodda tkun taħt il-wiċċ, il-ħxuna tagħha ma għandhiex tkun limitata; tista’ tkun magħmula minn lastiku tal-fowm);

h3

Distanza bejn il-wiċċ ta’ fuq tal-wiċċ u l-wiċċ ta’ fuq tal-inkwina, 250 ± 50 mm;

h4

Ħxuna tas-siġill tal-wiċċ tal-lastku tal-fowm insulanti, ≤ 30 mm;

h5

Ħxuna tal-inkwina, 350 ± 50 mm;

h6

Penetrazzjoni tal-għodda, ≤ 50 mm.

Jekk tintuża l-forma kwadratika tal-istruttura tal-blokka tat-test, it-tul massimu għandu jkun daqs 0,89 × dijametru korrespondenti.

L-ispazju vojt bejn il-wiċċ u l-inkwina jista’ jimtela b’lastku tal-fowm elastiku jew b’materjal assorbenti ieħor, densità < 220 kg/m3.

29.   PAKKETTI TAL-POTENZA IDRAWLIKA

Immuntar tat-tagħmir

Il-pakkett tal-potenza idrawlika għandu jiġi installat fuq il-pjan riflettiv; il-pakketti tal-potenza idrawlika mmuntati fuq rejls (skid-mounted) għandhom jitqiegħdu fuq sapport għoli 0,40 m, sakemm il-kundizzjonijiet tal-installazzjoni tal-manifattur ma jkunux jeżiġu mod ieħor.

Test b’tagħbija

Waqt l-ittestjar, l-ebda għodda ma għandha titwaħħal mal-pakkett tal-potenza idrawlika.

Il-pakkett tal-potenza idrawlika għandu jinġieb għall-istat wieqaf u stabbli tiegħu fil-firxa speċifikata mill-manifattur. Dan għandu jitħaddem bil-veloċità nominali tiegħu u bil-pressjoni nominali tiegħu. Il-veloċità u l-pressjoni nominali għandhom ikunu dawk li jidhru fl-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

30.   TAGĦMIR LI JAQTAL-ĠONOT

(a)   Magni tal-qtugħ tal-art ikkontrollati minn persuna miexja:

EN 13862:2021, il-klawżola 4.10.2

(b)   Tagħmir portabbli li jinżamm fl-idejn u li jaħdem b’magna tal-kombustjoni interna, immuntat fuq sapport mobbli, li jintuża bħala segi tal-art:

EN ISO 19432-1:2020, il-klawżola 4.19.2

(c)   Tagħmir ieħor li jaqtal-ġonot:

Test b’tagħbija

It-tagħmir li jaqtal-ġonot għandu jkollu l-iktar xafra kbira possibbli speċifikata mill-manifattur fl-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej. Il-magna għandha titħaddem bil-veloċità massima tagħha u bix-xafra ma tiċċaqlaqx.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

31.   KOMPATTURI TAL-MIŻBLIET

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness H ta’ dak l-istandard.

32.   MAGNI TAL-QTUGĦ TAL-ĦAXIX

(a)   Magni rotatorji u ċilindriċi tal-qtugħ tal-ħaxix imħaddma b’magna tal-kombustjoni:

EN ISO 5395-1:2013, EN ISO 5395-1:2013/A1:2018, il-klawżola 4.3, it-tieni inċiż.

Korrezzjoni ambjentali K2 A

Jekk K2 A ≤ 0,5 dB, dan jista’ jiġi injorat.

(b)   Magni rotatorji u ċilindriċi tal-qtugħ tal-ħaxix imħaddma b’mutur tal-elettriku kkontrollati minn persuna bilwieqfa, riekba fuqhom, jew miexja:

EN IEC 62841-4-3:2021, EN IEC 62841-4-3:2021/A11:2021, l-Anness I, il-klawżola I.2

33.   TRIMJATURI TAL-ĦAXIX/TRIMJATURI TAT-TRUF TAL-ĦAXIX

EN 50636-2-91:2014, l-Anness CC

34.   NEFFIEĦA TAL-WERAQ

(a)   Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni:

EN ISO 22868:2021

(b)   Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku:

EN 50636-2-100:2014, l-Anness CC

35.   ĠABBARA TAL-WERAQ

Ara Nru 34.

36.   TRAKKIJIET TAL-IRFIGĦ

EN 12053:2001+A1:2008

37.   MAKKINARJI LI JGĦABBU

ISO 6395:2008 bil-kundizzjonijiet tal-operat u tal-ittestjar stabbiliti fl-Anness D ta’ dak l-istandard.

38.   KREJNIJIET MOBBLI

EN 13000:2010+A1:2014, il-klawżola 5.3

39.   KONTENITURI TAL-ISKART MOBBLI

Żona tat-test

—

Wiċċ riflettiv tal-konkrit jew tal-asfalt mhux poruż;

—

Kamra f’laboratorju li tipprovdi żona ħielsa fuq wiċċ riflettiv.

Korrezzjoni ambjentali K2 A

Kejl fl-arja aperta:

K2 A = 0

Kejl fuq ġewwa:

Il-valur tal-kostant K2 A, determinat skont EN ISO 3744:2010, l-Anness A, għandu jkun ≤ 2,0dB, f’liema każ K2 A ma għandux jitqies.

Wiċċ tal-kejl/għadd ta’ pożizzjonijiet tal-mikrofonu/distanza tal-kejl

Il-pożizzjonijiet tal-emisfera/sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu skont EN ISO 3744:2010, l-Anness F/r = 3 m.

Kundizzjonijiet opertorji waqt it-test

Il-kejl kollu għandu jsir b’kontenitur vojt.

Test Nru 1: Għeluq ħieles tal-għatu tul il-korp tal-kontenitur

Biex titnaqqas kemm jista’ jkun l-influwenza tal-operatur fuq il-kejl, l-operatur għandu joqgħod fuq wara tal-kontenitur (in-naħa taċ-ċappetta). L-għatu għandu jinħall minn nofsu biex ikun evitat li jinbaram waqt il-waqgħa tiegħu.

Il-kejl għandu jsir tul iċ-ċiklu li ġej, ripetut 20 darba:

—

inizjalment, l-għatu għandu jittella’ vertikalment;

—

l-għatu għandu jinħall ’il quddiem, jekk possibbli mingħajr skossi, u l-operatur joqgħod fuq il-wara tal-kontenitur u ma jiċċaqlax sakemm jingħalaq l-għatu;

—

meta jingħalaq kollu, l-għatu għandu jintrefa’ għall-pożizzjoni inizjali tiegħu.

Nota:

Jekk meħtieġ, l-operatur jista’ jiċċaqlaq temporanjament biex jgħolli l-għatu.

Test Nru 2: Ftuħ sħiħ tal-għatu

Biex titnaqqas l-influwenza tal-operatur fuq il-kejl, l-operatur għandu joqgħod fuq wara tal-kontenitur (naħa taċ-ċappetta) għall-kontenituri b’erba’ roti, jew fuq il-lemin tal-kontenitur (bejn il-pożizzjoni 10 tal-mikrofonu u l-pożizzjoni 12 tal-mikrofonu) għall-kontenituri b’żewġ roti. L-għatu għandu jinħall minn nofsu jew ikun qrib kemm jista’ lejn nofsu.

Biex ikun evitat iċ-ċaqliq tal-kontenitur, ir-roti għandhom jissakkru waqt it-test. Għall-kontenituri b’żewġ roti, u biex tkun evitata xi skossjatura tal-kontenitur, l-operatur jista’ jżommu billi jpoġġi jdejh fuq il-burdura ta’ fuq.

Il-kejl għandu jsir waqt iċ-ċiklu li ġej:

—

inizjalment, l-għatu għandu jinfetaħ orizzontalment;

—

l-għatu għandu jinħall mingħajr skossi;

—

wara ftuħ sħiħ, u qabel xi qbiż possibbli, l-għatu għandu jintrefa’ għall-pożizzjoni inizjali tiegħu.

Test Nru 3: Irrumblar tal-kontenitur fuq trakka irregolari artifiċjali

Għal dan it-test, tintuża trakka tat-test artifiċjali, li tissimula art irregolari. It-trakka tat-test għandu jkollha żewġ faxex paralleli ta’ malja tal-azzar (6 m twila u 400 mm wiesgħa), imwaħħla sew fil-wiċċ riflettiv bejn wieħed u ieħor kull 20 cm. Id-distanza bejn iż-żewġ faxex għandha tkun adattata skont it-tip tal-kontenitur ħalli r-roti jkunu jistgħu jduru fuq it-tul kollu tat-trakka. Il-kundizzjonijiet tal-immuntar għandhom jiżguraw wiċċ ċatt. Jekk meħtieġ, it-trakka għandha titwaħħal mal-art b’materjal reżiljenti biex tiġi evitata emissjoni ta’ storbju parasitiku.

Nota:

Kull faxxa tista’ tkun magħmula minn ħafna elementi wesgħin 400 mm imwaħħlin flimkien.

Eżempju ta’ trakka adegwata jinsab fl-Illustrazzjonijiet 39.1 u 39.2. L-operatur għandu joqgħod fuq in-naħa taċ-ċappetta tal-għatu.

Il-kejl għandu jsir meta l-operatur jiġbed il-kontenitur tul it-trakka artifiċjali, b’veloċità kostanti ta’ bejn wieħed u ieħor 1 m/s, bejn il-punti A u B (distanza ta’ 4,24 m – ara l-Illustrazzjoni 39.3) meta l-fus tar-rota, għal kontenitur b’2 roti, jew il-fus tal-ewwel rota għal kontenitur b’4 roti, jilħaq il-punt A jew il-punt B. Din il-proċedura għandha tiġi ripetuta tliet darbiet f’kull direzzjoni.

Waqt it-test, għal kontenitur b’2 roti, l-angolu bejn il-kontenitur u t-trakka għandu jkun 45°. Għal kontenitur b’4 roti, l-operatur għandu jiżgura kuntatt sew tar-roti kollha mat-trakka.

Perjodi ta’ osservazzjoni/determinazzjoni ta’ livell ta’ potenza akustika li jirriżulta jekk tintuża aktar minn kundizzjoni ta’ operar waħda

Testijiet Nri 1 u 2: Għeluq ħieles tal-għatu tul il-parti ewlenija tal-kontenitur u ftuħ sħiħ tal-għatu

Jekk possibbli, il-kejl għandu jsir fl-istess ħin fis-sitt pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Inkella, il-livelli tal-ħoss imkejla f’kull pożizzjoni tal-mikrofonu għandhom jiġu kklassifikati f’ordni li tiżdied u l-livelli tal-potenza akustika għandhom jiġu kkalkulati billi l-valuri f’kull pożizzjoni tal-mikrofonu jiġu assoċjati skont ir-ringiela tagħhom.

Il-livell tal-pressjoni akustika f’avveniment wieħed integrat fiż-żmien ponderat bil-valur A għandu jitkejjel għal kull 20 għeluq u 20 ftuħ tal-għatu f’kull punt tal-kejl. Il-livelli tal-potenza akustika LWAshutting u LWAopening għandhom jiġu kkalkulati mill-medja kwadratika tal-ogħla ħames valuri fost dawk miksuba.

Test Nru 3: Irrumblar tal-kontenitur fuq trakka irregolari artifiċjali

Il-perjodu tal-osservazzjoni T għandu jkun daqs iż-żmien meħtieġ biex tiġi koperta d-distanza bejn il-punt A u l-punt B fuq it-trakka.

Il-livell tal-potenza akustika LWArolling għandu jkun daqs il-medja tas-sitt valuri li d-differenza bejniethom ma tkunx iżjed minn 2 dB. Jekk dan il-kriterju ma jiġix issodisfat b’kejl ta’ sitt darbiet, iċ-ċiklu għandu jiġi rripetut kemm ikun hemm bżonn.

Il-livell tal-potenza akustika li jirriżulta għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

LWA = 10 log 1/3 (100,1 LWAshutting + 100,1 LWAopening + 100,1 LWArolling)

Illustrazzjoni 39.1

Disinn tat-trakka tal-irrumblar

Image 6

Illustrazzjoni 39.2

Dettall tal-kostruzzjoni u tal-immuntar tat-trakka tal-irrumblar

Image 7

Illustrazzjoni 39.3

Distanza tal-kejl

Image 8

40.   MAGĦŻQA TAL-MUTUR

Ara Nru 32

L-għodda għandha tinqala’ jew titneħħa waqt il kejl.

41.   IRFINITURI TAL-PAVIMENTAR

EN 500-6:2006+A1:2008, il-klawżola 5.17

42.   TAGĦMIR TAL-PILING

(a)   Tagħmir għall-pedamenti

EN 16228-4:2014+A1:2021, il-klawżola 5.8

(b)   Tagħmir awżiljarju interkambjabbli użat għall-piling

EN 16228-7:2014+A1:2021, il-klawżola 5.3

(c)   Tagħmir ieħor tal-piling

EN 16228-1:2014+A1:2021, il-klawżola 5.27.2.2

43.   MAKKINARJI LI JIFIRXU L-PAJPIJIET

ISO 6393:2008

44.   CATERPILLARS TAL-PISTI

ISO 6393:2008, bl-istess proċeduri u kundizzjonijiet tal-operat deskritti għat-tratturidożers. Il-wiċċ tal-post tat-test għandu jkun il-wiċċ riflettiv iebes (5.3.2. f’ISO 6393:2008).

45.   ĠENERATURI TAL-ELETTRIKU

EN ISO 8528-10:2022

Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010

46.   KENNIESA MEKKANIĊI

(a)   Kenniesa tat-toroq

EN 17106-2:2021, il-klawżola 4.3

(b)   Kenniesa mekkaniċi oħra użati fuq barra

EN 60335-2-72:2012, l-Anness DD

47.   VETTURI GĦALL-ĠBIR TAŻ-ŻIBEL

EN 1501-4:2023

48.   MAGNI TAL-MILLING TAT-TOROQ

EN 500-2:2006+A1:2008, il-klawżola 5.17

49.   SCARIFIERS

(a)   Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni

EN 13684:2018, il-klawżola 5.16.2

(b)   Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku

EN IEC 62841-4-7:2022, EN IEC 62841-4-7:2022/A11:2022, l-Anness I, il-klawżola I.2

50.   SHREDDERS/CHIPPERS

(a)   Shredders/chippers tal-ġonna mitmugħa bl-idejn

(i)

Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni

EN 13683:2003+A2:2011, il-klawżola 5.10.2

EN 13683:2003+A2:2011/AC:2013

(ii)

Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku

EN 50434:2014, il-klawżola 20.107.2

(b)   Chippers tal-injam mitmugħa bl-idejn orizzontalment maħsuba għall-foresti

EN 13525:2020, il-klawżola 5.5

(c)   Chippers tal-injam mitmugħa bl-idejn vertikalment maħsuba għall-foresti, chippers tal-injam mitmugħa mekkanikament (vertikalment u orizzontalment) u shredders/chippers oħra

Test b’tagħbija

Ix-shredder/chipper għandhom jiġu ttestjati bi tlaqqix ta’ biċċa injama waħda jew aktar.

Iċ-ċiklu operatorju għandu jikkonsisti mit-tlaqqix ta’ biċċa injama tonda (arżnu niexef jew plywood) twila mill-inqas 1,5 m, imsinna fuq naħa u jkollha dijametru daqs bejn wieħed u ieħor il-massimu li x-shredder/chipper ikun iddisinjat li jaċċetta kif speċifikat fl-istruzzjonijiet mogħtija lix-xerrej.

Perjodu tal-osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell tal-potenza akustika li jirriżulta

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jintemm meta ma jkunx hemm aktar materjal fiż-żona tat-tlaqqix, iżda ma għandux jaqbeż l-20 sekonda. Jekk iż-żewġ kundizzjonijiet tal-operat ikunu possibbli, għandu jinżamm l-ogħla livell tal-potenza akustika.

51.   MAGNI LI JNEĦĦU L-BORRA B’GĦODOD ROTATORJI

(a)   Magni li jneħħu l-borra mħaddma fit-toroq

EN 17106-3-1:2021, il-klawżola 4.2

(b)   Magni li jneħħu l-borra kkontrollati minn persuna miexja jew riekba fuqhom

(i)

Tagħmir imħaddem b’magna tal-kombustjoni

EN ISO 8437-4:2021, l-Anness A

(ii)

Tagħmir imħaddem b’mutur elettriku:

Il-magna għandha titħaddem b’veloċità massima bla tagħbija għal 10 minuti qabel jibda t-test. Il-ġabbara u t-tagħmir tal-impeller għandhom jiddellku b’lubrikant skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

Waqt it-test, il-ġabbara jew l-impellers għandhom jiġu attivati bla tagħbija. It-test għandu jsir f’pożizzjoni stazzjonarja bil-veloċità massima bla tagħbija.

Il-magni għandhom jitkejlu billi jitqiegħdu fuq il-wiċċ b’mod li l-projezzjoni taċ-ċentru ġeometriku tal-partijiet ewlenin tagħhom (minbarra l-manku, eċċ.) tikkoinċidi mal-oriġini tas-sistema tal-koordinati tal-pożizzjonijiet tal-mikrofonu. Jekk jintuża wiċċ artifiċjali, dan għandu jitqiegħed b’mod li ċ-ċentru ġeometriku tiegħu jikkoinċidi wkoll mal-oriġini tas-sistema tal-koordinati tal-pożizzjonijiet tal-mikrofonu. L-assi lonġitudinali tal-magna għandu jkun fuq l-assi x. Il-kejl għandu jsir mingħajr operatur.

Waqt il-kejl, il-magna għandha titħaddem f’kundizzjonijiet stabbli. Ladarba l-emissjoni tal-istorbju tkun stabbli, l-intervall tal-ħin tal-kejl għandu jkun mill-inqas 15-il sekonda. Jekk il-kejl isir f’baned tal-frekwenzi ta’ ottava jew ta’ terz ta’ ottava, il-perjodu minimu tal-osservazzjoni għandu jkun 30 sekonda għall-baned tal-frekwenzi ċċentrati fuq jew inqas minn 160Hz, u 15-il sekonda għall-baned tal-frekwenzi ċċentrati fuq jew iżjed minn 200Hz.

52.   VETTURI TAL-ĠBID

Test b’tagħbija

Il-vettura tal-ġbid għandha tiġi ttestjata f’pożizzjoni stazzjonarja. Il-magna u l-unitajiet awżiljarji għandhom joperaw bil-veloċità mogħtija mill-manifattur biex jitħaddem it-tagħmir tax-xogħol. Il-pompi tal-vakwu għandhom jaħdmu bil-veloċità massima mogħtija mill-manifattur. It-tagħmir tal-ġbid għandu jintuża b’mod li l-pressjoni interna tkun daqs il-pressjoni atmosferika (0 % vakwu). Il-fluss tal-ħoss taż-żennuna tal-ġbid ma għandu jkollu l-ebda influwenza fuq ir-riżultati tal-kejl.

Perjodu tal-osservazzjoni

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

53.   KREJNIJIET TORRI

EN 14439:2006+A2:2009, il-klawżola 6.4.1

54.   TRENCHERS

ISO 6393:2008

55.   TRAKKIJIET TAT-TAĦLIT

EN 12609:2021, l-Anness B

56.   UNITAJIET TAL-POMPA TAL-ILMA

EN ISO 20361:2019, EN ISO 20361:2019/A11:2020

Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010.

Il-perjodu tal-osservazzjoni għandu jkun ta’ mill-inqas 15-il sekonda.

57.   ĠENERATURI TAL-IWWELDJAR

EN ISO 8528-10:2022

Għandu jiġi applikat il-metodu tal-kejl ta’ dan l-istandard abbażi ta’ EN ISO 3744:2010.

” ”

(1)  Il-waqfien ta’ magna jista’ jsir bl-aktar veloċità baxxa tal-magna (rilaxx kollu ta’ aċċelleratur) jew bl-aktar veloċità baxxa tal-magna meħtieġa biex twettaq funzjonijiet bażiċi, inkluż l-għoti ta’ pressjoni idrawlika suffiċjenti biex il-magna jew xi għodda tagħha tiċċaqlaq, kif applikabbli għall-kategorija tat-tagħmir speċifiku.

(2)  Potenza netta tfisser il-potenza tal-magna f’kW miksuba fuq bank tat-test fit-tarf tal-krankxaft, jew l-ekwivalenti tiegħu, imkejla skont il-metodu tal-kejl tal-potenza tal-magni tal-kombustjoni interna speċifikat fir-Regolament Nru 120, ir-Reviżjoni 2, tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-magni b’kombustjoni interna li jridu jiġu installati fit-tratturi agrikoli u forestali u fil-makkinarju mobbli mhux tat-triq, fir-rigward tal-kejl tal-potenza netta, it-torque nett u l-konsum speċifiku tal-fjuwil (ĠU L 166, 30.6.2015, p. 170).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1208/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)