|
20.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/21 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1589
tad-19 ta' Settembru 2017
li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur wieħed skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/367 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (5), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (6), u b'mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu,
Infurmat lill-Istati Membri,
Billi:
A. IMPENN U MIŻURI EŻISTENTI OĦRAJN
|
(1) |
Permezz tar-Regolament (UE) Nru 513/2013 (7), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin (“moduli”) u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ”). |
|
(2) |
Grupp ta' produtturi esportaturi ta mandat lill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products, “CCCME”) sabiex tippreżenta impenn fuq il-prezz f'isimhom lill-Kummissjoni, kif fil-fatt għamlet. Huwa ċar mit-termini ta' dan l-impenn fuq il-prezz li huwa jikkostitwixxi ġabra ta' impenji individwali fuq il-prezz għal kull produttur esportatur, li hija, għal raġunijiet ta' prattiċità tal-amministrazzjoni, ikkoordinata mis-CCCME. |
|
(3) |
Permezz tad-Deċiżjoni 2013/423/UE (8), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. Permezz tar-Regolament (UE) Nru 748/2013 (9), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament (UE) Nru 513/2013 sabiex tintroduċi l-bidliet tekniċi meħtieġa minħabba l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tad-dazju antidumping proviżorju. |
|
(4) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' moduli u ta' ċelloli fl-Unjoni li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ (“il-prodotti kkonċernati”). Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, il-Kunsill impona wkoll dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodotti kkonċernati. |
|
(5) |
Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi (“il-produtturi esportaturi”) flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (10), li aċċettat l-impenn fuq il-prezz kif emendat (“l-impenn”) għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi. L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jelenka b'mod partikolari l-produtturi esportaturi li għalihom ġie aċċettat l-impenn, fost l-oħrajn:
|
|
(6) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/657/UE (11), il-Kummissjoni aċċettat proposta mill-produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn għall-prodotti kkonċernati koperti mill-impenn, jiġifieri l-moduli u ċ-ċelloli li joriġinaw jew li jintbagħtu mir-RPĊ u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8541 40 90 (il-kodiċijiet TARIC 8541409021, 8541409029, 8541409031 u 8541409039) magħmula mill-produtturi esportaturi (“il-prodott kopert”). Id-dazji antidumping u kumpensatorji msemmija fil-premessa (4) iktar 'il fuq, flimkien mal-impenn, huma flimkien imsejħa, minn hawn 'il quddiem, “miżuri”. |
|
(7) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866 (12) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi. |
|
(8) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403 (13) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(9) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2018 (14) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri antidumping permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (15) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (16) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u l-miżuri kumpensatorji permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (17) fil-5 ta' Diċembru 2015. |
|
(13) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/115 (18) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(14) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (19), il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le. |
|
(15) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/184 (20), il-Kummissjoni estendiet id-dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew ikkunsinjati minnha għal importazzjonijiet tal-prodott ikkunsinjati mill-Malasja u mit-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le. |
|
(16) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1045 (21) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(17) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1382 (22) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra. |
|
(18) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402 (23) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi oħra. |
|
(19) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1998 (24) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal ħames produtturi esportaturi oħra. |
|
(20) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2146 (25) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra. |
|
(21) |
Wara l-iskadenza u r-rieżami interim imsemmija fil-premessi (10) sa (12), il-Kummissjoni żammet il-miżuri fis-seħħ bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni bdiet ukoll rieżami interim parzjali dwar il-forma tal-miżuri permezz ta' Notifika ta' Bidu ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (26) fit-3 ta' Marzu 2017. |
|
(23) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/454 (27) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal erba' produtturi esportaturi. |
|
(24) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/615 (28), il-Kummissjoni aċċettat proposta mingħand grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME rigward l-implimentazzjoni tal-impenn. |
|
(25) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/941 (29) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi. |
|
(26) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1408 (30) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi oħra. |
|
(27) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1497 (31) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal produttur esportatur ieħor. |
|
(28) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1524 (32) il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn għal żewġ produtturi esportaturi. |
B. TERMINI TAL-IMPENN
|
(29) |
Il-produtturi esportaturi qablu, fost l-oħrajn, li ma jbigħux il-prodott kopert lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni inqas minn ċertu prezz minimu tal-importazzjoni (minimum import price, “l-MIP”), sal-limitu tal-livell annwali assoċjat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni (“il-livell annwali”) stipulat fl-impenn. L-MIP huwa stabbilit fuq bażi ekwivalenti ta' flus. Jekk it-terminu ta' pagament huwa differenti mill-bażi ekwivalenti ta' flus, jiġi applikat ċertu tnaqqis għall-valur tal-fattura meta titqabbel il-konformità mal-MIP. |
|
(30) |
Il-produtturi esportaturi qablu wkoll li jbigħu l-prodott kopert biss permezz ta' bejgħ dirett. Għall-fini tal-impenn, bejgħ dirett huwa ddefinit bħala bejgħ jew lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta' parti relatata fl-Unjoni elenkata fl-impenn. |
|
(31) |
L-impenn jistabbilixxi, f'lista mhux eżawrjenti, il-ksur tal-impenn. Il-lista ta' ksur tinkludi bejgħ indirett lejn l-Unjoni minn kumpaniji oħra għajr dawk elenkati f'dan l-impenn. |
|
(32) |
L-impenn jobbliga wkoll lill-produtturi esportaturi sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b'informazzjoni dettaljata dwar il-bejgħ kollu tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni, u l-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni, fuq bażi trimestrali (“ir-rapporti trimestrali”). Dan ifisser li d-dejta ppreżentata f'dawn ir-rapporti trimestrali trid tkun kompluta u korretta u li t-tranżazzjonijiet irrappurtati jkunu totalment konformi mat-termini tal-impenn. Ir-rappurtar ta' bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni huwa obbligu partikolari meta l-prodott ikkonċernat jinbiegħ lill-ewwel klijent indipendenti permezz ta' importatur relatat. Huma biss dawn ir-rapporti li jippermettu lill-Kummissjoni tissorvelja jekk il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat lill-ewwel klijent indipendenti ikunx skont l-MIP. |
|
(33) |
Il-produttur esportatur huwa responsabbli għall-ksur ta' kwalunkwe parti relatata, sew jekk tkun elenkata fl-impenn kif ukoll jekk le. |
|
(34) |
L-impenn jistipula wkoll li l-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni hija bbażata fuq il-fiduċja u jenħtieġ li kwalunkwe azzjoni li tista' tagħmel ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni tiġġustifika l-irtirar tal-impenn. |
C. MONITORAĠĠ TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI
|
(35) |
Filwaqt li għamlet monitoraġġ tal-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata minn Chinaland li kienet rilevanti għall-impenn. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-informazzjoni disponibbli pubblikament dwar l-istruttura korporattiva ta' Chinaland. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni rċeviet ukoll evidenza mill-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikoli 8(9) u 14(7) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikoli 13(9) u 24(7) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(37) |
Il-konklużjonijiet elenkati fil-premessi minn (38) sa (40) jindirizzaw il-problemi identifikati għal Chinaland, li jobbligaw lill-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal dan il-produttur esportatur. |
D. RAĠUNIJIET GĦALL-IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN
|
(38) |
Fir-rapporti tagħha ta' kull tliet xhur, Chinaland kienet irrappurtat tranżazzjonijiet ta' bejgħ tal-prodott kopert lil importatur allegatament mhux relatat fl-Unjoni u ħarġet fatturi ta' impenn. Il-valur ta' dawn it-tranżazzjonijiet ammonta għal madwar 20 % tat-total tal-bejgħ tagħha lill-Unjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, l-importatur involut fit-tranżazzjonijiet imsemmija hawn fuq kien relatat ma' Chinaland. B'mod partikolari, diversi tranżazzjonijiet ta' bejgħ ta' dan l-importatur allegatament mhux relatat twettqu minn tnejn mill-persuni awtorizzati ta' Chinaland. Fil-komunikazzjoni tagħhom mal-konsumaturi finali, dawn il-persuni awtorizzati ddikkjaraw li dan il-konsumatur allegatament mhux relatat kien kumpanija tal-Unjoni li tappartjeni għal Chinaland. Il-kontijiet tal-email ta' dawn il-persuni awtorizzati wkoll issuġġerew rabta' ma' Chinaland. Il-Kummissjoni analizzat din it-tendenza ta' negozju. Billi dan l-importatur mhuwiex elenkat bħala parti relatata fl-impenn, Chinaland kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessa (30). |
|
(39) |
Barra minn hekk, il-bejgħ li sar minn dan l-importatur lill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Unjoni twettaq fi prezzijiet inqas mill-MIP. Chinaland, għalhekk, kisret it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (29) u (33). |
|
(40) |
L-ebda mill-bejgħ mill-ġdid mill-importatur relatat ma kien rappurtat lill-Kummissjoni. Għalhekk, Chinaland kisret ukoll it-termini tal-impenn kif deskritt fil-premessi (32) u (33). |
|
(41) |
Il-Kummissjoni analizzat is-sejbiet stabbiliti fil-premessi minn (38) sa (40) u kkonkludiet li dawn għamlu wkoll ħsara lir-relazzjoni ta' fiduċja stabbilita mal-Kummissjoni. |
E. INVALIDAZZJONI TAL-FATTURI TAL-IMPENN
|
(42) |
It-tranżazzjonijiet ta' bejgħ indirett magħmula minn Chinaland huma marbutin mal-fatturi ta' impenn li ġejjin:
|
|
(43) |
Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, dawn il-fatturi huma ddikjarati invalidi. Id-dejn doganali mġarrab fiż-żmien tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont l-Artikolu 105(3)-(6) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, meta jidħol fis-seħħ l-irtirar tal-impenn fir-rigward tal-produttur esportatur. L-awtoritajiet doganali nazzjonali responsabbli għall-ġbir tad-dazji se jiġu infurmati kif xieraq. |
|
(44) |
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 3(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu (2)(1)(b) moqri flimkien mal-Anness III, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Artikolu 2(1)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, l-Artikolu 2(2)(b) moqri flimkien mal-Anness 2, Nru 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366, l-importazzjonijiet huma eżenti mid-dazji biss jekk il-fattura tindika l-prezz u tnaqqis possibbli għall-prodott kopert. Meta ma jinżammux dawn il-kundizzjonijiet, id-dazji huma dovuti, anki meta l-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti ma tkunx ġiet invalidata mill-Kummissjoni. |
F. VALUTAZZJONI TAL-PRATTIKABBILTÀ TAL-IMPENN ĠENERALI
|
(45) |
L-impenn jistipula li ksur minn produttur esportatur individwali ma jwassalx awtomatikament għal irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn għall-produtturi esportaturi kollha. F'każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dak il-ksur partikolari fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni, għaldaqstant, ivvalutat l-impatt tal-ksur minn Chinaland fuq il-prattikabbiltà tal-impenn bl-effett għall-produtturi esportaturi kollha u s-CCCME. |
|
(47) |
Dan il-każ huwa simili għal każijiet ta' irtirar preċedenti. F'dawn l-okkażjonijiet, il-Kummissjoni kienet diġà infurmat lis-CCCME li jekk ksur b'xejra simili jippersisti fil-futur, il-Kummissjoni tista' tivvaluta mill-ġdid il-prattikabbiltà ġenerali tal-impenn (34). Il-Kummissjoni tkompli tirriżerva d-dritt tagħha li tagħmel dan. |
G. SOTTOMISSJONIJIET BIL-MIKTUB U SEDUTI TA' SMIGĦ
|
(48) |
Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jinstemgħu u li jippreżentaw kummenti skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku. |
|
(49) |
Chinaland ressqet kummenti wara d-divulgazzjoni. Hija kkontestat ir-relazzjoni mal-importatur fl-Unjoni. |
|
(50) |
Chinaland kompliet tallega li l-importatur fl-Unjoni kien proprjetà ta' persuna oħra li mhijiex il-produttur esportatur. Chinaland allegat ukoll li ż-żewġ persuni awtorizzati (ara l-premessa (38) hawn fuq) kienu qed isegwu l-interessi personali tagħhom mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' Chinaland meta rreferew għall-affiljazzjoni bejn l-importatur u Chinaland. Il-Kummissjoni, madankollu, tikkunsidra li l-komunikazzjonijiet mill-persuni awtorizzati tal-esportatur lil partijiet terzi li saru fl-ambitu tal-attivitajiet kummerċjali normali tagħhom, għandhom jiġu attribwiti lil Chinaland. Peress li Chinaland ma rribattietx din il-preżunzjoni, din l-affermazzjoni hija miċħuda. |
|
(51) |
Chinaland ikkontestat ukoll l-invalidazzjoni tal-fatturi. Hija sostniet li l-Kummissjoni ma tistax timponi dazji/tordna lid-dwana biex timponi dazji fuq importazzjonijiet rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera qabel id-data tal-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn jekk l-importazzjonijiet ma jkunux ġew irreġistrati. Din l-affermazzjoni hija magħmula b'referenza għall-Artikoli 8 u 13 tar-Regolamenti antidumping u antisussidji bażiċi. Din l-interpretazzjoni, madankollu, mhijiex korretta. Skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(10) tar-Regolament antisussidji bażiku, jista' jiġi impost dazju proviżorju b'mod retraoattiv għal perjodu limitat li fih saret ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet, madankollu, jirreferu għal żmien differenti matul l-investigazzjoni antidumping jew antisussidji. L-artikoli ma japplikawx għall-każ inkwistjoni, peress li l-investigazzjonijiet kienu diġà tlestew fl-2013 bl-impożizzjoni ta' dazji antidumping u kompensatorji definittivi u bl-impenn volontarju, minn xi produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, inkluż Chinaland, għal impenn fuq il-prezz minflok il-pagament ta' dawk id-dazji biex jeliminaw il-ħsara li tirriżulta mill-prattiki ta' dumping tagħhom. Fi kwalunkwe każ, dispożizzjonijiet bħal dawn ma jipprevedux l-annullament retroattiv tal-fatturi u ma jaffettwawx it-talba relatata għal pagament tad-dazji pendenti. L-affermazzjoni, għalhekk, hija miċħuda. |
|
(52) |
Chinaland sostniet ukoll li l-Kummissjoni ma setgħetx timponi dazji b'mod retroattiv mingħajr ma tagħmel ksur tal-prinċipju tan-non-retroattività, peress li allegatament hija stess rrikonoxxiet f'każ ieħor, li ma kien hemm ebda bażi ġuridika għal revoka retroattiva bħal din (35). Chinaland tikkwota wkoll deċiżjoni preċedenti li skont tagħha allegatament għandha dritt għal trattament simili (36). L-ewwel nett, jenħtieġ li jkun innutat li d-deċiżjonijiet kollha tal-Kummissjoni li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn huma meħuda fuq bażi ta' każ b'każ. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu f'dawn il-każijiet individwali huma limitati u speċifiċi għaċ-ċirkostanzi partikolari u għalhekk mhuwiex possibbli li jiġu applikati serje ta' raġunamenti simili għal każ differenti. Fi kwalunkwe każ, Chinaland ma ppreżentat ebda argument dwar kif il-każ tagħha jixbah lil dak tal-produttur esportatur kkonċernat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866. It-tieni nett, huwa minnu li l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet Ewropej huma soġġetti għal prinċipji ġuridiċi ġenerali, b'mod partikolari dawk ta' ċertezza ġuridika u non-retroattività. Madankollu, il-Kummissjoni tfakkar li l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li operatur ekonomiku ma jistax ikollu aspettattivi leġittimi li tinżamm “sitwazzjoni attwali” li tista' tiġi modifikata permezz ta' deċiżjonijiet meħuda minn istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-ambitu tad-diskrezzjoni tagħhom (37). Il-prinċipju tal-aspettativa leġittima ma jipproteġix sitwazzjonijiet li fihom ma kienet teżisti l-ebda aspettiva leġittima, speċjalment meta l-operatur ekonomiku ġie avżat mill-bidu nett dwar il-konsegwenzi ta' ksur ta' impenn permezz ta' tranżazzjonijiet partikolari. Meta jitqies dan l-isfond, isir ovvju li f'xenarji fejn jiġu ppreżentati fatturi ta' impenn inkorretti jew mhux kompluti, id-dazju antidumping/kompensatorju ordinarju normalment dovut mill-produttur esportatur inkwistjoni jiġi applikat daqs li kieku dan tal-aħħar ma ppreżentax fattura ta' impenn u li d-dazji li ma tħallsux minħabba din il-preżentazzjoni ta' fatturi ta' impenn huma dovuti daqs li kieku ma kinitx teżisti eżenzjoni tagħhom. It-tielet nett, dan it-tip ta' annullament ta' fatturi ta' impenn u l-esponiment relatat tad-dazji mhux imħallsa ma jikkostitwixxix impożizzjoni retroattiva ta' miżuri skont it-tifsira tad-dritt tal-Unjoni u ma jaqax taħt l-Artikoli 10(5) u 16(5) tar-Regolamenti antidumping u antisussidji bażiċi. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li Chinaland ma toffri ebda definizzjoni ta' “retroattività” li tiddevja mill-prinċipju ġenerali stabbilit tad-dritt tal-Unjoni Ewropea msemmi b'referenza għall-ġurisprudenza msemmija aktar 'il fuq. Fid-dawl tar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-argumenti imressqa min Chinaland kontra l-irtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn huma miċħuda. |
H. IRTIRAR TAL-AĊĊETTAZZJONI TAL-IMPENN U IMPOŻIZZJONIJIET TA' DAZJI DEFINITTIVI
|
(53) |
Għalhekk, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, kif wkoll skont it-termini tal-impenn, il-Kummissjoni kkonkludiet li jenħtieġ li l-aċċettazzjoni tal-impenn għal Chinaland tiġi rtirata. |
|
(54) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament antisussidji bażiku, id-dazju antidumping definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u d-dazju kumpensatorju definittiv impost mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u miżmum mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 japplikaw awtomatikament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati mir-RPĊ u li huma magħmula minn Chinaland mill-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat f'fattura tal-impenn ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz li fil-fatt tħallas, jenħtieġ li huma jinvestigaw jekk kienx hemm ksur tar-rekwiżit li jiġi inkluż kwalunkwe tnaqqis fl-irċevuti tal-impenn jew jekk il-prezz minimu tal-importazzjoni (MIP) ma jkunx ġie rispettat. Jekk l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jikkonkludu li kien hemm ksur bħal dan jew jekk l-MIP ma ġiex rispettat, jenħtieġ li jiġbru d-dazji bħala konsegwenza ta' dan. Fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tat-Trattat, sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jenħtieġ li f'sitwazzjonijiet bħal dawn il-Kummissjoni taqsam it-test kunfidenzjali u informazzjoni oħra dwar l-impenn għall-iskop uniku ta' proċedimenti nazzjonali. |
|
(56) |
Għal skopijiet ta' informazzjoni, it-tabella fl-Anness II ta' dan ir-Regolament telenka lill-produtturi esportaturi li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE mhijiex affettwata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward tal-kumpanija li ġejja hija b'dan irtirata:
|
Isem tal-kumpanija |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD |
B808 |
Artikolu 2
1. Il-fatturi tal-impenn elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament jiġu ddikjarati invalidi.
2. Id-dazji antidumping u kumpensatorji dovuti fil-ħin tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 għandhom jinġabru.
Artikolu 3
1. Meta l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkollhom indikazzjonijiet li l-prezz ippreżentat fuq fattura tal-impenn skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, u l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366, maħruġa minn waħda mill-kumpaniji li l-impenn ġie inizjalment aċċettat minnha permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE, ma jkunx jikkorrispondi mal-prezz imħallas u li għalhekk il-kumpaniji setgħu kisru l-impenn, l-awtoritajiet doganali jistgħu, jekk ikun meħtieġ għall-fini tat-twettiq ta' proċedimenti nazzjonali, jitolbu lill-Kummissjoni tiżvelalhom kopja tal-impenn u informazzjoni oħra sabiex jivverifikaw il-prezz ta' importazzjoni minimu (“MIP”) applikabbli fil-jum meta nħarġet il-fattura tal-impenn.
2. Meta din il-verifika tiżvela li l-prezz imħallas huwa anqas mill-MIP, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u l-Artikolu 13(9) tar-Regolament (UE) 2016/1037, għandhom jinġabru.
Meta din il-verifika tiżvela li skontijiet u tnaqqis ma ġewx inklużi fil-fattura kummerċjali, id-dazji dovuti bħala konsegwenza skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 għandhom jinġabru.
3. L-informazzjoni skont il-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-iskop tal-infurzar tad-dazji dovuti skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367, l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 u l-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jistgħu jipprovdu lid-debitur ta' dawn id-dazji b'din l-informazzjoni għall-iskop uniku tas-salvagwardja tad-drittijiet ta' difiża tagħhom. Din l-informazzjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha tiġi żvelata lil partijiet terzi.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(3) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1.
(4) ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131.
(5) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66.
(8) ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26.
(10) ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214.
(11) ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6.
(12) ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30.
(13) ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1.
(14) ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23.
(15) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 8.
(16) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 20.
(17) ĠU C 405, 5.12.2015, p. 33.
(18) ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47.
(19) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76.
(20) ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56.
(21) ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5.
(22) ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10.
(23) ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16.
(24) ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8.
(25) ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4.
(26) ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16.
(27) ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5.
(28) ĠU L 86, 31.3.2017, p. 14.
(29) ĠU L 142, 2.6.2017, p. 43.
(30) ĠU L 201, 2.8.2017, p. 3.
(31) ĠU L 218, 24.8.2017, p. 10.
(32) ĠU L 230, 6.9.2017, p. 11.
(33) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(34) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1402, premessa 37.
(35) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1403, il-premessi 30 sa 32.
(36) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/866, il-premessi 88-89.
(37) Is-Sentenza tas-17 ta' Ottubru 1996, Konservenfabrik Lubella Friedrich Büker GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Cottbus, C-64/95, EU:1996:388, paragrafu 31 Ara wkol, aktar riċenti, is-Sentenza tal-10 ta' Diċembru 2015, SIA Veloserviss, Kawża C-427/14, EU:C:2015:803, fil-paragrafu 39.
ANNESS I
Lista ta' fatturi tal-impenn maħruġa minn CHINALAND SOLAR ENERGY CO. LTD li huma ddikjarati invalidi:
|
Numru tal-Fattura kummerċjali li takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn |
Data |
|
CHN160765 |
8.10.2016 |
|
CHN160839 |
18.8.2016 |
|
CHN160759 |
18.8.2016 |
|
CHN160739 |
27.7.2016 |
|
CHN160608 |
25.7.2016 |
|
CHN160743 |
27.7.2016 |
|
CHN160815 |
18.8.2016 |
|
CHN160730 |
9.8.2016 |
|
CHN160760 |
18.8.2016 |
|
CHN160833-2 |
20.8.2016 |
|
CHN160648 |
9.8.2016 |
|
CHN160818 |
18.8.2016 |
|
CHN160828 |
22.8.2016 |
|
CHN160834 |
13.8.2016 |
|
CHN160755 |
13.8.2016 |
|
CHN160738 |
27.7.2016 |
|
CHN160737 |
9.8.2016 |
|
CHN160764 |
16.8.2016 |
|
CHN160803 |
27.9.2016 |
|
CHN160804 |
9.8.2016 |
|
CHN160719 |
22.7.2016 |
|
CHN160736 |
13.7.2016 |
|
CHN160631 |
6.7.2016 |
|
CHN160901 |
20.8.2016 |
|
CHN160731 |
9.8.2016 |
|
CHN160822 |
22.8.2016 |
|
CHN160718 |
13.7.2016 |
|
CHN160835 |
13.8.2016 |
|
CHN160314 |
7.4.2016 |
|
CHN160528 |
16.6.2016 |
|
CHN160628 |
25.6.2016 |
|
CHN160436 |
27.4.2016 |
|
CHN160632 |
29.6.2016 |
|
CHN160513 |
2.6.2016 |
|
CHN160622 |
12.6.2016 |
|
CHN160430 |
3.5.2016 |
|
CHN160405 |
7.4.2016 |
|
CHN160507-1 |
25.4.2016 |
|
CHN160505 |
29.4.2016 |
|
CHN160551 |
18.6.2016 |
|
CHN150739 |
6.1.2016 |
|
CHN151131 |
15.1.2016 |
|
CHN160322 |
25.3.2016 |
|
CHN160337 |
24.3.2016 |
|
CHN160313 |
28.3.2016 |
ANNESS II
Lista ta' kumpaniji:
|
Isem il-kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd |
B798 |
|
Anhui Chaoqun Power Co. Ltd |
B800 |
|
Anji DaSol Solar Energy Science Technology Co. Ltd |
B802 |
|
Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd. |
B801 |
|
Arhui Titan PV Co. Ltd |
B803 |
|
Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited TBEA SOLAR CO. LTD XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT |
B804 |
|
Changzhou NESL Solartech Co. Ltd |
B806 |
|
Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd |
B807 |
|
ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B811 |
|
CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD HUOSHAN KEBO ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B812 |
|
CSG PVtech Co. Ltd |
B814 |
|
China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd |
B809 |
|
Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd |
B816 |
|
EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD JIANGSU EOPLLY IMPORT EXPORT CO. LTD |
B817 |
|
Zheijiang Era Solar Co. Ltd |
B818 |
|
GD Solar Co. Ltd |
B820 |
|
Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd |
B821 |
|
Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd |
B822 |
|
“Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd |
B824 |
|
Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd |
B826 |
|
Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd |
B827 |
|
HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD |
B828 |
|
Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd |
B829 |
|
Jiangsu Green Power PV Co. Ltd |
B831 |
|
Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd |
B832 |
|
Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B833 |
|
Jiangsu Runda PV Co. Ltd |
B834 |
|
Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd |
B835 |
|
Jiangsu Shunfeng Photovoltic Technology Co. Ltd Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd |
B837 |
|
Jiangsu Sinski PV Co. Ltd |
B838 |
|
Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd |
B839 |
|
Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd |
B840 |
|
Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd |
B841 |
|
Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd.; LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd |
B793 |
|
Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd |
B843 |
|
Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd |
B795 |
|
Juli New Energy Co. Ltd |
B846 |
|
Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd |
B847 |
|
King-PV Technology Co. Ltd |
B848 |
|
Kinve Solar Power Co., Ltd (Maanshan) |
B849 |
|
Lightway Green New Energy Co. Ltd Lightway Green New Energy (Zhuozhou) Co. Ltd |
B851 |
|
”Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd |
B853 |
|
NICE SUN PV CO. LTD LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD |
B854 |
|
Ningbo Jinshi Solar Electrical Science Technology Co. Ltd |
B857 |
|
Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd |
B858 |
|
Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd |
B861 |
|
Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd |
B862 |
|
Ningbo Ulica Solar Science Technology Co. Ltd |
B863 |
|
Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd |
B864 |
|
Perlight Solar Co. Ltd |
B865 |
|
SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE TECHNOLOGY CO. LTD SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD |
B870 |
|
Shanghai Chaori Solar Energy Science Technology Co. Ltd |
B872 |
|
Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B873 |
|
SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD |
B874 |
|
Shanghai ST Solar Co. Ltd Jiangsu ST Solar Co. Ltd |
B876 |
|
Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd |
B878 |
|
Sopray Energy Co. Ltd Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd |
B881 |
|
SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd. |
B882 |
|
SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD |
B883 |
|
TDG Holding Co. Ltd |
B884 |
|
Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd |
B885 |
|
Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd |
B886 |
|
Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd |
B877 |
|
Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd |
B879 |
|
Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd |
B889 |
|
Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd |
B891 |
|
Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd |
B892 |
|
Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd China Machinery Engineering Wuxi Co. Ltd Wuxi Taichen Machinery Equipment Co. Ltd |
B893 |
|
Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B896 |
|
Yuhuan Sinosola Science Technology Co. Ltd |
B900 |
|
Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd |
B902 |
|
Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd |
B903 |
|
Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B904 |
|
Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd |
B905 |
|
Zhejiang Jiutai New Energy Co. Ltd Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B906 |
|
Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd |
B907 |
|
Zhejiang Koly Energy Co. Ltd |
B908 |
|
Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B910 |
|
Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd |
B911 |
|
Zhejiang Shinew Photoeletronic Technology Co. Ltd |
B912 |
|
Zhejiang Sunflower Light Energy Science Technology Limited Liability Company Zhejiang Yauchong Light Energy Science Technology Co. Ltd |
B914 |
|
Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd |
B915 |
|
Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd |
B916 |
|
Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd |
B917 |
|
Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd WANXIANG IMPORT EXPORT CO LTD |
B918 |
|
ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD |
B920 |