|
13.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/15 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 877/2014
tat-8 ta' Awwissu 2014
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness hija kklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Awwissu 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Martine REICHERTS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||
|
Apparat (hekk imsejjaħ “Ħajt li juri vidjo LCD”) magħmul minn moniter tal-kulur tat-teknoloġija LCD u makkinarju awtomatiku tal-ipproċessar tad-dejta (ADP), b'dimensjonijiet ta' madwar 91 × 53 × 12 cm. Il-moniter b'kejl dijagonali tal-iskrin ta' madwar 102 cm (40 pulzier) għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Il-makkinarju ADP integrat fih mikroproċessur, memorja ta' 1 GB u hard-disk drive ta' 40 GB. L-apparat jinkludi wkoll amplifikatur tal-awdjo, żewġ lawdspikers u buttuni biex tixgħel u titfi u dawk ta' kontroll u huwa ppreżentat b'kontroll mill-bogħod. L-apparat għandu l-interfaċċji segwenti: Dħul VGA, dħul/ħruġ tad-DVI-D, HDMI, CVBS (AV), dħul/ħruġ tar-RS 232c, dħul/ħruġ tal-Awdjo u LAN. L-apparat hu ppreżentat għall-użu bħala komponent f'ħitan tal-vidjo LCD. Il-makkinarju ADP integrat huwa użat bħala proċessur tal-ħajt tal-vidjo biex jipprovdi kontrol tal-ħajt tal-vidjo fuq netwerk ta' massimu ta' 5 × 5 konfigurazzjonijiet tal-ħitan tal-vidjo. L-apparat jista' jaħdem b'mod awtonomu bħala moniter jew makkinarju ADP. |
8528 59 31 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 31 . L-apparat huwa mfassal sabiex iwettaq iż-żewġ funzjonijiet tat-Taqsima XVI (l-ipproċessar ta' dejta tal-intestatura 8471 u juri l-vidjo tal-intestatura 8528 ). Permezz tan-Nota 3 ta' din it-Taqsima, għandu jiġi kklassifikat bħala l-apparat li jwettaq il-funzjoni prinċipali. Minħabba fil-kunċett u d-disinn tiegħu, bħall-fatt li l-makkinarju ADP jintuża bħala proċessur tal-ħajt vidjo li jipprovdi kontroll fuq netwerk ta' massimu ta' 5 × 5 konfigurazzjonijiet ta' ħitan tal-vidjo, l-apparat huwa maħsub biex jintuża bħala komponent tal-moniter ta' ħajt tal-vidjo LCD. Konsegwentement, il-funzjoni prinċipali tal-apparat hija dik ta' moniter tal-intestatura 8528 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8471 bħala makkinarju ADP hija għalhekk eskluża. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, il-modi ta' vidjo sostnuti, pixel pitch li mhix adatta għal wiri mill-qrib fit-tul, luminożità għolja, il-preżenza ta' apparat tal-kontroll mill-bogħod, ċirkwiti ta' awdjo bl-amplifikazzjoni u l-funzjoni PIP, il-moniter mhuwiex meqjus bħala tip użat biss jew prinċipalment f'sistema ADP tal-intestatura 8471 . Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża. Minħabba li l-moniter huwa kapaċi juri sinjali minn makkinarju ADP f'livell suffiċjenti għal użu prattiku mal-makkinarju ADP, huwa kkunsidrat li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi tal-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità. L-apparat għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 8528 59 31 bħala skrin tal-pannell ċatt li kapaċi juri sinjali minn makkinarji għall-ipproċessar awtomatiku tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità bi skrin b'teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD). |