32001R1370



Official Journal L 183 , 06/07/2001 P. 0018 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1370/2001

tal-5 ta’ Lulju 2001

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 174/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati speċjali fuq l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjonijiet fil-każ tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ l-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 fuq l-organiżżazzjoni tas-suq komuni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1670/2000 [2], u partikolarment l-Artikolu 26(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1202/2001 [4], jippreskrivi regoli dettaljati speċjali fuq l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [5] dwar il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjonijiet li jkopru il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Sabiex ikun żgurat li l-iskema tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjonijiet hija mmexxija sewwa u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ l-applikazzjonijiet spekulativi u tfixkil ta’ l-iskema rigward ċerti prodotti tal-ħalib, il-garanzija ffissata f’dak ir-Regolament għandha tiżdied.

(2) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni ta’ l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 huwa b’dan mibdul bli ġej:

"L- Artikolu 9

Il-garanzijamsemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 [6] għandha tkun daqs il-persentaġġ tar-rifużjoni fissata għal kull kodiċi tal-prodott u applikazzjoni fil-ġurnata meta ssir l-applikazzjoni għal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni, kif ġej:

(a) 5 % għall-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0405;

(b) 30 % għall-prodotti koperti mill-kodiċi NM 040210;

(ċ) 30 % għall-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0406;

(d) 20 % għal prodotti oħra.

Il-garanzija ma tistax, iżda, tkun inqas minn 6 EUR/100 kg.

L-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel paragrafu jinħadem għall-kwantità kollha tal-prodott konċernat, ħlief għall-prodotti tal-ħalib li fihom zokkor miżjud.

Għall-prodotti tal-ħalib li fihom zokkor miżjud, l-ammont tar-rifużjoni msemmi fl-ewwel paragrafu jkun daqs il-kwantità totali tal-prodott sħiħ konċernat, moltiplikat bir-rata tar-rifużjoni applikabbli għal kull kilogramma tal-prodott tal-ħalib."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jibda jseħħ mit-tielet ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

[2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 10.

[3] ĠU L 20, tas-27.1.1999, p. 8.

[4] ĠU L 163, ta’ l-20.6.2001, p. 10.

[5] ĠU L 148, tat-28.6.1998, p. 13.

[6] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

--------------------------------------------------