|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3773 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0347
It-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) (COM(2023)0314 – C9-0203/2023 – 2023/0177(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2025/3773)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0314), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0203/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2023 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2024, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0417/2023), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sostanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C, C/2023/1354, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1354/oj.
(2) ĠU C, C/2024/883, 6.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/883/oj.
P9_TC1-COD(2023)0177
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tal-24 ta' April 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG), u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/2088 u (UE) 2023/2859
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/3005.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3773/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)