|
9.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2009
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/493/KE li tistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza
(2009/434/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 2006/493/KE (2) tistabbilixxi l-ammont ta’ appoġġ Komunitarju għall-iżvilupp rurali għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, it-tqassim annwali tiegħu u l-ammont minimu li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008, approva Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (PEIE) li jipprevedi l-bidu ta’ azzjonijiet prijoritarji biex l-ekonomiji tal-Istati Membri jkunu jistgħu jaġġustaw b’rata aktar mgħaġġla għall-isfidi kurrenti. |
|
(3) |
Il-PEIE huwa bbażat fuq ekwivalent ta’ sforz totali ekwivalenti ta’ madwar 1,5 % tal-PGD tal-Unjoni Ewropea, ċifra ta’ madwar EUR 200 biljun. Minn dak l-ammont, għandhom ikunu disponibbli EUR 1 020 miljun għall-Istati Membri kollha permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali bil-għan li jiġi żviluppat l-Internet tal-broadband f’żoni rurali, u li jissaħħu l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet stipulati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Skont id-Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-Internet tal-broadband kif ukoll il-Verifika tas-Saħħa tal-PAK fil-qafas tal-Pjan Ewropew ta’ Rilanċ Ekonomiku (3), EUR 600 miljun għandhom ikunu disponibbli fl-2009 filwaqt li EUR 420 miljun għandhom ikunu żgurati permezz ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens fil-konċiljazzjoni tal-proċedura baġitarja Komunitarja tal-2010 u għandhom ikunu disponibbli fl-2010. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2006/493/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/493/KE jinbidel bit-test li jidher fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ŠEBESTA
(1) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.
(2) ĠU L 195, 15.7.2006, p. 22. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 370.
ANNESS
“ANNESS
L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet tal-impenji għall-2007–2013 (prezzijiet kostanti tal-2004), tqassim annwali u ammont annwali li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza (*1)
|
Prezzijiet tal-2004 f’EUR (*2) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
|
L-ammont totali għall-UE-25 flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija |
9 325 497 783 |
10 788 767 263 |
11 058 446 242 |
10 651 531 634 |
9 824 886 713 |
9 588 187 168 |
9 356 225 581 |
70 593 542 384 |
|
L-ammont minimu għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza |
27 676 975 284 |
|||||||
L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet tal-impenji għall-2007–2013 (prezzijiet attwali), tqassim annwali u ammont annwali li għandu jiġi kkonċentrat f’reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza (*3)
|
Prezzijiet Kurrenti f’EUR (*4) |
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
|
L-ammont totali għall-UE-25 flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija |
9 896 292 851 |
11 678 108 653 |
12 209 418 209 |
11 995 354 634 |
11 285 706 554 |
11 234 089 442 |
11 181 555 662 |
79 480 526 005 |
|
L-ammont minimu għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza |
31 232 644 963 |
|||||||
(*1) Qabel il-modulazzjoni u t-trasferimenti oħrajn minn infiq marbut mas-suq u l-ħlasijiet diretti tal-politika agrikola komuni għall-iżvilupp rurali.
(*2) L-ammonti huma approssimati għall-eqreb euro
(*3) Qabel il-modulazzjoni u t-trasferimenti oħrajn minn infiq marbut mas-suq u l-ħlasijiet diretti tal-politika agrikola komuni għall-iżvilupp rurali.
(*4) L-ammonti huma approssimati għall-eqreb euro”