|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/854 |
12.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/854
tas-7 ta’ Marzu 2024
li testendi l-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 158(6) tiegħu,
Billi:
Fil-21 ta’ Novembru 2023, il-Bord tat-Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO ddeċieda li jipproponi lill-Kunsill l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Andrea DI CARLO bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, mill-1 ta’ Novembru 2024,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Andrea DI CARLO bħala Viċi Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO huwa b’dan estiż għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-1 ta’ Novembru 2024 u jintemm fil-31 ta’ Ottubru 2029.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
D. CLARINVAL
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/854/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)