Official Journal L 144 , 27/05/1989 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0088
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 29 P. 0088
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1458/89 tas-26 ta’ Mejju 1989 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1963/79 li jesiġi regoli ddettaljati għall-applikar ta’ rifużjoni tal -produzjoni ta’ żejt taż-żebbuġa użat fil-manifattura ta’ ċertu ikel ippriservat. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, Wara li kkunsidrat ir-Regolament Nru 136/66/KEE tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqqif tal-organiżżazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1225/89 [2], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 591/79 tas-26 ta’ Marzu 1979 li jesiġi reġoli dettaljati li jikkonċernaw ir-rifużjoni tal-produzzjoni għal żjut taż-żebbuġa użati fil-manifattura ta’ ċertu ikel ippriservat [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3788/1999 [4], u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu; Billi, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 20 a tar-Regolament Nru 136/66/KEE, żejt taż-żebbuġa għall-manifattura ta’ ħut u ħxejjex ippreservati jikwalifika għal rifużjoni tal-produzzjoni; billi dawk ir-rifużjonijiet għandhom jgħinu biex li min jirċievi jkun jista jixtri żejt taż-żebbuġa mis-suq tal-Komunità bi prezzijiet li jkunu qrib dawk applikabbli fis-suq dinji; billi, għal dak il-għan, ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandha tkun iffissata fuq il-bażi tal-komponent varjabbli tal-imposta tal-importazzjoni fuq iż-żejt akkwistat bir-raffinar ta’ żejt taż-żebbuġa verġni; Billi d-dispożizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjoni tal-produzzjoni huma meħtieġa fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1963/79 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 393/87 [6]; Billi l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall irriżultat f’kalkolazzjonijiet varjabbli tar-rifużjoni tal-produzzjoni billi jittieħed akkont partikolarment tad-differenzi fil-livelli tal-prezzijiet; billi, biex jgħamlu tajjeb għal dawk id-differenzi fil-prezzijiet, ammonti kumpensatorji tal-adeżjoni kienu ġew introdotti; billi, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4 ta’ Regolament (EEC) Nru 591/79, ir-rifondi tal-produzjoni għandhom ikunu korreġuti għal Spanja ul-Portugallb’ammont kompensatorju tal-adeżjoni applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri; Billi, bis-saħħa tar- Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 296/86 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1981/88 [8], huwa possibbli li jkunu applikati arranġamenti għall-ipproċessar ’il ġewwa fil-kummerċ bejn l-Istati Membri ġodda u bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Istati Membri l-oħra; Billi, meta żejt taż-żebbuġa prodott fil-Komunità u wżat fil-manifattura ta’ certu ikel priservat ikun poġġut għall-arranġamenti ta’ proċessar ’il ġewwa sabiex żejt bħal dak ikun jista jakkwista rifużjoni tal-produzzjoni applikabbli fil-pajjiż tal-ipproċessar, ir-rifużjoni tal-produzzjoni għandhom ikunu ikkoreġuti bl-ammont kompensatorju tal-adeżjoni li fuqu ma tkun inġabret imposta; billi dan għandu jkun muri ċar u r-Regolament (KEE) Nru 1963/79 ikun emendat kif xieraq; Billi l-miżuri li hemm dispożizzjonijiet dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u Xaħmijiet, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 4 a li ġej huwa b’hekk miżjud fir-Regolament (KEE) Nru 1963/79: "L- Artikolu 4a F’dak li għandu x’jaqsam ma żejt prodott fil-Komunità, ir-rifużjoni tal-produzzjoni għal ċertu ikel ippriservat, meta ż-żejt taż-żebbuġa inkorporat ikun poġġut għall-arranġamenti ta’ proċessar ’il ġewwa, għandu jkun korreġut bl-ammonu kompensantorju tal-adeżjoni li ma jkun ġie suġġett għall-imposta." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol b’effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Mejju 1989. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66. [2] ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 15. [3] ĠU L 78, tat-30.3.1979, p. 2. [4] ĠU L 367, tal-31.12.1985, p. 1. [5] ĠU L 227, tad-9.9.1979, p. 1. [6] ĠU L 40, ta’ l-10.2.1987, p. 9. [7] ĠU L 36, tat-12.2.1986, p. 5. [8] ĠU L 174, tas-6.7.1988, p. 28. --------------------------------------------------