02016R0184 — MT — 09.11.2017 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/184

tal-11 ta' Frar 2016

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le

(ĠU L 037 12.2.2016, p. 56)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1997 tas-7 ta' Novembru 2017

  L 289

1

8.11.2017




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/184

tal-11 ta' Frar 2016

li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le



Artikolu 1

1.  Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” impost permezz tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, sakemm mhumiex fi transitu skont it-tifsira tal-Artikolu V GATT, huwa b'dan estiż għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8501 31 00 , ex 8501 32 00 , ex 8501 33 00 , ex 8501 34 00 , ex 8501 61 20 , ex 8501 61 80 , ex 8501 62 00 , ex 8501 63 00 , ex 8501 64 00 u ex 8541 40 90 (kodiċijiet TARIC 8501310082 , 8501310083 , 8501320042 , 8501320043 , 8501330062 , 8501330063 , 8501340042 , 8501340043 , 8501612042 , 8501612043 , 8501618042 , 8501618043 , 8501620062 , 8501620063 , 8501630042 , 8501630043 , 8501640042 , 8501640043 , 8541409022 , 8541409023 , 8541409032 , 8541409033 ) bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

▼M1



Il-pajjiż

Il-kumpanija

Kodiċi TARIC addizzjonali

Il-Malasja

AUO — SunPower Sdn. Bhd.

Flextronics Shah Alam Sdn. Bhd.

Hanwha Q CELLS Malaysia Sdn. Bhd.

Panasonic Energy Malaysia Sdn. Bhd.

TS Solartech Sdn. Bhd.

Jinko Solar Technology SDN.BHD

C073

C074

C075

C076

C077

C203

It-Tajwan

ANJI Technology Co., Ltd.

AU Optronics Corporation

Big Sun Energy Technology Inc.

EEPV Corp.

E-TON Solar Tech. Co., Ltd.

Gintech Energy Corporation

Gintung Energy Corporation

Inventec Energy Corporation

Inventec Solar Energy Corporation

LOF Solar Corp.

Ming Hwei Energy Co., Ltd.

Motech Industries, Inc.

Neo Solar Power Corporation

Perfect Source Technology Corp.

Ritek Corporation

Sino-American Silicon Products Inc.

Solartech Energy Corp.

Sunengine Corporation Ltd.

Topcell Solar International Co., Ltd.

TSEC Corporation

Win Win Precision Technology Co., Ltd.

C058

C059

C078

C079

C080

C081

C082

C083

C084

C085

C086

C087

C088

C089

C090

C091

C092

C093

C094

C095

C096

▼B

2.  L-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji speċifikament imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(2) se tkun tiddependi fuq il-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri, ta' fattura kummerċjali valida maħruġa mill-produttur jew l-ispeditur, li fuqha se tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed joħroġ tali fattura, identifikati minn ismu/isimha u l-funzjoni. Fil-każ ta' ċellola fotovoltajka tas-siliċju kristallin, din id-dikjarazzjoni għandha titfassal kif ġej:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fil-(pajjiż ikkonċernat); Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Fil-każ ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin, din id-dikjarazzjoni għandha titfassal kif ġej:

“Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat

(i)   minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fil-(pajjiż ikkonċernat); JEW

(ii)   minn parti terzi sottokuntrattata għal (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fil-(pajjiż ikkonċernat)

(neħħi kif xieraq waħda miż-żewġ għażliet ta' hawn fuq)

bil-ċelloli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin immanifatturati minn (isem u indirizz il-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC [li għandha tkun miżjuda jekk il-pajjiż ikkonċernat hu suġġett għal miżuri ta' kontra ċirkomvenzjoni fis-seħħ]) fil-(pajjiż ikkonċernat).

Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”

Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata u/jew waħda jew iż-żewġ kodiċijiet addizzjonali TARIC mhijiex/mhumiex ipprovduta/i fid-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, ir-rata ta' dazju applikabbli lill-“kumpaniji l-oħra kollha” se tapplika u se teħtieġ id-dikjarazzjoni tal-kodiċi addizzjonali TARIC B999 fid-dikjarazzjoni tad-dwana.

3.  Id-dazju estiż mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, irreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/832 u l-Artikoli 23(4) u 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 1.

4.  Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.  It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju, estiżi permezz tal-Artikolu 1, isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta lill-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/39

1049 Brussels

Belgium

2.  F'konformità mal-Artikolu 23(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009, il-Kummissjoni tista' tawtorizza, b'deċiżjoni, l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet mill-kumpaniji li ma jevadux il-miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1239/2013, mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 1.

Artikolu 3

L-awtoritajiet doganali huma b'dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2015/832.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.