|
15.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 237/65 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1556
tat-12 ta' Settembru 2017
li japprova emenda mhux minuri għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta' denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ternera de Extremadura (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat t-talba ta' Spanja għal emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ternera de Extremadura”, reġistrata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 (2). |
|
(2) |
L-emenda konċernata mhix minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-Kummissjoni ppubblikat talba għall-emenda, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(a) tal-istess Regolament, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
(3) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Ternera de Extremadura” (IĠP), ġiet approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Settembru 2017.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1437/2004 tal-11 ta' Awwissu 2004 li jissupplementa l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 relattiv għar-reġistrazzjoni ta' ċerti denominazzjonijiet fir-Reġistru tad-Denominazzjonijiet tal-Oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Valençay, Scottish Farmed Salmon, Ternera de Extremadura u Aceite de Mallorca jew Aceite mallorquín jew Oli de Mallorca jew Oli mallorquí) (ĠU L 265, 12.8.2004, p. 3).