<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-309/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0309</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:350">EU:C:2019:350</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190502">2.5.2019</DATE> – Kawża C‑309/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Lavorgna</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż ta’ manodopera</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni awtomatika tal-offerent li ma jkunx indika fl-offerta dawn l-ispejjeż b’mod distint</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑309/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180320">20 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180507">7 ta’ Mejju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lavorgna Srl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Montelanico,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Supino,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Sgurgola,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Trivigliano,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">GEA Srl,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, President tal-Awla, S. Rodin (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Gea Srl, minn E. Potena, avvocato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Santoro, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u P.Ondrůšek kif ukoll minn L. Haasbeek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Lavorgna Srl u l-Comune ta’ Montelanico (il-komun ta’ Montelanico, l-Italja), il-Comune di Supino (il-komun ta’ Supino, l-Italja), il-Comune di Sgurgola (il-komun ta’ Sgurgola, l-Italja) u l-Comune di Trivigliano (il-komun ta’ Trivigliano, l-Italja), dwar l-għoti ta’ kuntratt pubbliku lil kumpannija li kienet naqset milli tindika b’mod distint l-ispejjeż ta’ manodopera fl-offerta ekonomika tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 40 u 98 tad-Direttiva 2014/24 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(40)</NO.P><TXT>Il-kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet […] tax-xogħol, għandhom jitwettqu fl-istadji rilevanti tal-procedura ta’ akkwist, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti tal-kuntratti, meta jiġi applikat il-kriterju ta’ esklużjoni u meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw offerti baxxi b’mod anormali. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(98)</NO.P><TXT>[I]r-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet bażiċi ta’ ħidma regolati fid-Direttiva 96/71/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="016" PAGE.FIRST="66" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 16, p. 66</REF.DOC.OJ>)], bħar-rati minimi ta’ ħlas, għandhom jibqgħu fil-livell stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali jew minn ftehimiet kollettivi applikati f’konformità mad-dritt tal-Unjoni fil-kuntest ta’ dik id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2014/24 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti pubbliċi l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tal-ambjent, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 56(3) ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operaturi ekonomiċi tkun jew tidher li tkun mhux kompleta jew żbaljata jew fejn dokumenti speċifiċi huma nieqsa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, sakemm mhux previst mod ieħor mil-liġi nazzjonali li timplimenta din id-Direttiva, jesiġu lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jissottomettu, jissupplementaw, jikkjarifikaw jew jimlew l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien adatt, sakemm tali esiġenzi isiru b’konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 83(9) tad-decreto legislativo n. 50 – Codice dei contratti pubblici (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 dwar il-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi), tat-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 91, tad-<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, kif emendat bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 56 (Digriet Leġiżlattiv Nru 56), tad-<DATE ISO="20170419">19 ta’ April 2017</DATE>, (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 103, tal-<DATE ISO="20170505">5 ta’ Mejju 2017</DATE>), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Nuqqas li jaffettwa punt ta’ forma, kwalunkwe, tat-talba jista’ jkun suġġett għal regolarizzazzjoni permezz tal-proċedura ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl prevista f’dan il-paragrafu. B’mod partikolari, f’każ ta’ assenza jew ta’ natura inkompleta tal-punti u tad-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku msemmija fl-Artikolu 85, jew kwalunkwe irregolarità sostanzjali oħra li taffettwa dawn il-punti jew dikjarazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tad-difetti relatati mal-offerta teknika u ekonomika, l-awtorità kontraenti għandha tagħti lill-offerent terminu, li ma jaqbiżx għaxart ijiem, sabiex jippreżenta, jikkompleta jew jirregolarizza d-dikjarazzjonijiet meħtieġa, kif ukoll jindika x’għandu jkun il-kontenut tagħhom u liema huma l-persuni obbligati li jipproduċuhom […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 95(10) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-operaturi għandhom jindikaw fl-offerta ekonomika tagħhom l-ispejjeż ta’ manodopera tagħhom u l-ammont tal-ispejjeż ta’ impriża allokati għall-osservanza tal-obbligi tagħhom fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol, minbarra l-provvisti li ma jeħtiġux xogħlijiet ta’ tqegħid, servizzi ta’ natura intellettwali u kuntratti previsti fl-Artikolu 36(2)(a). F’dak li jikkonċerna l-ispejjeż ta’ manodopera, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw qabel l-għoti l-osservanza tad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 97(5)(d).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż tad-<DATE ISO="20170929">29 ta’ Settembru 2017</DATE>, il-komun ta’ Montelanico fetaħ proċedura ta’ sejħa għal offerti li l-valur tal-kuntratt tagħha qabeż il-limitu minimu previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24. Dan l-avviż ma fakkarx espressament l-obbligu impost fuq l-operaturi li fl-offerta ekonomika tagħhom jindikaw l-ispejjeż ta’ manodopera, previst fl-Artikolu 95(10) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Sitt offerenti, li kienu jinkludu Gea Srl u Lavorgna, ippreżentaw offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit għas-sottomissjoni tal-offerti, il-kumitat kontraenti, billi uża l-proċedura ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl (soccorso istruttorio), prevista fl-Artikolu 83(9) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, stieden lil uħud mill-offerenti, fosthom Gea, li jindikaw l-ispejjeż ta’ manodopera tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20171222">22 ta’ Diċembru 2017</DATE>, il-komun ta’ Montelanico ta l-kuntratt pubbliku lil Gea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Lavorgna, ikklassifikata fit-tieni post fit-tmiem il-proċedura ta’ selezzjoni, adixxiet lill-qorti tar-rinviju b’rikors intiż, b’mod partikolari, għall-annullament ta’ dik id-deċiżjoni, billi sostniet li Gea kellha tiġi eskluża mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti billi naqset milli tindika, fl-offerta tagħha, l-ispejjeż ta’ manodopera, mingħajr ma tiġi offruta l-possibbiltà li tibbenefika mill-proċedura ta’ assistenza fir-redazzjoni tal-fajl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio, l-Italja) tfakkar li, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Edra Costruzioni u Edilfac</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑140/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:868">EU:C:2016:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet esprimiet ruħha dwar il-kwistjoni jekk kompetituri jistgħux jiġu esklużi minn proċedura ta’ kuntratt pubbliku minħabba li ma kinux ippreċiżaw l-ispejjeż relatati mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jekk tali ommissjoni tistax tiġi rregolarizzata <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>. F’din l-okkażjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet sostniet li, fl-ipoteżi fejn kundizzjoni ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt, taħt piena ta’ esklużjoni tal-offerent, ma hijiex speċifikament prevista mid-dokumenti tal-kuntratt u fejn din il-kundizzjoni tista’ tiġi identifikata biss minn interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt nazzjonali, l-awtorità kontraenti tista’ tagħti lill-offerent eskluż terminu suffiċjenti sabiex jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, meta adotta l-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi sabiex jittrasponi d-Direttiva 2014/24 fl-ordinament ġuridiku Taljan, il-leġiżlatur nazzjonali espressament ippreveda l-obbligu għall-offerenti li jindikaw fl-offerta ekonomika l-ispejjeż ta’ manodopera tagħhom, filwaqt li eskluda minnu l-possibbiltà, għall-awtorità kontraenti, li tirrikorri għall-proċedura ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl sabiex tistieden lill-offerenti li ma kinux issodisfaw dan l-obbligu li jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio) tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, taċ-ċertezza legali u tal-proporzjonalità, b’mod partikolari fil-każ fejn, bħal fil-kawża li tressqet quddiemha, l-offerta ekonomika, li ma tinkludix l-indikazzjoni tal-ispejjeż ta’ manodopera, ġiet ifformulata mill-impriża parteċipanti fis-sejħa għal offerti konformement mad-dokumentazzjoni prestabbilita għal dan il-għan mill-entità kontraenti, u fejn ma hijiex inkwistjoni l-osservanza materjali tar-regoli li jikkonċernaw l-ispejjeż ta’ manodopera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ssostni li l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ twassal għal diskriminazzjonijiet fir-rigward tal-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra li jixtiequ jipparteċipaw f’sejħa għal offerti mnedija minn amministrazzjoni Taljana, għaliex ma jkunux jistgħu joqogħdu fuq in-natura korretta fil-formola prestabbilita pprovduta mill-entità kontraenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali għal-Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, assoċjati mal-prinċipji ta’ moviment liberu ta’ merkanziji, ta’ libertà tal-istabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbiliti fit-[Trattat FUE], kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, previsti fid-Direttiva [2014/24], jostakolaw l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-leġiżlazzjoni Taljana naxxenti mill-qari konġunt tad-dispożizzjonijiet tal-[Artikoli 95(10) u 83(9) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi], li skontha n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż tal-manodopera, fl-offerti ekonomiċi ppreżentati fi proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, iwassal fi kwalunkwe każ għall-esklużjoni tal-impriża offerenti mingħajr il-possibbiltà ta’ assistenza fl-istabbilment tal-fajl (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><HT TYPE="ITALIC">soccorso istruttorio</HT><QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), anki meta l-obbligu li jiġu indikati dawn l-ispejjeż b’mod separat ma jkunx ġie speċifikat fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti, u dan indipendentement mill-fatt li, mill-perpsettiva sostanzjali, l-offerta tkun tosserva l-ispejjeż minimi tal-manodopera, konformement barra minn hekk ma’ dikjarazzjoni speċifika f’dan is-sens mill-impriża offerenti?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, imsemmija fid-Direttiva 2014/24, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż ta’ manodopera, f’offerta ekonomika ppreżentata fi proċedura ta’ aġġudikazjoni ta’ kuntratt pubbliku, iwassal għall-esklużjoni ta’ din l-offerta mingħajr il-possibbiltà ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl, inkluż fil-każ fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ta’ dawn l-ispejjeż ma kienx speċifikat fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jimponi li l-offerenti jkollhom l-istess opportunitajiet fil-formulazzjoni tat-termini tal-offerti tagħhom u għaldaqstant jimplika li dawn l-offerti jkunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet għall-offerenti kollha. Min-naħa l-oħra, l-obbligu ta’ trasparenza, li jikkostitwixxi l-korollarju tiegħu, għandu bħala għan li jiggarantixxi l-assenza ta’ riskju ta’ favoritiżmu u ta’ arbitrarjetà min-naħa tal-awtorità kontraenti. Dan l-obbligu jimplika li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet kollha tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univokali fl-avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, b’mod, l-ewwel nett, li jippermetti li l-offerenti kollha raġonevolment informati u normalment diliġenti jifhmu l-portata eżatta tagħhom u li jinterpretawhom bl-istess mod u, it-tieni nett, li jqiegħed lill-awtorità kontraenti f’pożizzjoni li tivverifika effettivament jekk l-offerti tal-offerenti jikkorrispondux mal-kriterji li jirregolaw il-kuntratt inkwistjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħala riżultat tan-nuqqas ta’ osservanza, minnu, ta’ obbligu li ma jirriżultax espressament mid-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura jew mil-liġi nazzjonali fis-seħħ, iżda minn interpretazzjoni ta’ din il-liġi u ta’ dawn id-dokumenti kif ukoll mill-ikkompletar ta’ lakuni, min-naħa tal-awtoritajiet jew tal-qrati amministrattivi nazzjonali, li jinsabu f’dawn id-dokumenti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Spinosa Costruzioni Generali u Melfi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:870">EU:C:2016:870</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dawn l-istess prinċipji ma jistgħux, bħala prinċipju, jipprekludu l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku minħabba n-nuqqas ta’ osservanza, minnu, ta’ obbligu impost espressament, taħt piena ta’ esklużjoni, mid-dokumenti relatati ma’ din il-proċedura jew mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Tali kunsiderazzjoni tapplika iktar minħabba li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ipoteżi fejn obbligi kienu b’mod ċar imposti fid-dokumenti relatati mal-kuntratt pubbliku taħt piena ta’ esklużjoni, l-awtorità kontraenti ma tistax taċċetta kwalunkwe rettifiki għal ommissjonijiet ta’ dawn l-obbligi (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Cartiera dell’Adda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑42/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2345">EU:C:2014:2345</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ciclat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑199/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:853">EU:C:2016:853</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 56(3) tad-Direttiva 2014/24 jawtorizza lill-Istati Membri li jillimitaw il-każijiet li fihom l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jippreżentaw, li jikkompletaw, li jiċċaraw jew li jippreċiżaw l-informazzjoni jew id-dokumenti allegatament inkompleti, żbaljati jew neqsin f’terminu xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ kuntratt pubbliku li għandha bħala għan li tiżgura l-ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq tali għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180208">8 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Lloyd’s of London</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑144/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:78">EU:C:2018:78</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-provi prodotti mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li l-obbligu, taħt piena ta’ esklużjoni, li jiġu indikati separatament l-ispejjeż ta’ manodopera jirriżulta biċ-ċar minn qari flimkien tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 95(10) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi u mill-Artikolu 83(9) ta’ dan il-kodiċi, fis-seħħ fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Abbażi tal-Artikolu 56(3) tad-Direttiva 2014/24, il-leġiżlatur Taljan iddeċieda, fl-Artikolu 83(9) ta’ dan il-kodiċi, li jeskludi mill-proċedura ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl il-każ, b’mod partikolari, fejn l-informazzjoni nieqsa tikkonċerna l-ispejjeż ta’ manodopera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma fakkarx espliċitament l-obbligu impost fuq l-offerenti potenzjali, previst fl-Artikolu 95(10) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, li jiġi indikat, fl-offerta ekonomika, l-ispejjeż ta’ manodopera, madankollu jirriżulta mill-annessi tal-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li dan l-avviż kien jippreċiża li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fir-rigward ta’ dak li ma kienx espressament previst fl-imsemmi avviż, fid-dokumenti u fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt tas-sejħa għal offerti, ir-regoli tal-[Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> għandhom japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li kull offerent raġonevolment informat u normalment diliġenti kien, bħala prinċipju, fil-pożizzjoni li jieħu konjizzjoni tar-regoli rilevanti applikabbli għall-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkluż l-obbligu li fl-offerta ekonomika jiġu indikati l-ispejjeż ta’ manodopera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-ispejjeż ta’ manodopera jwassal għall-esklużjoni tal-offerent ikkonċernat mingħajr ma jkun possibbli li tintuża l-proċedura ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl, u dan ukoll fil-każ fejn l-avviż ta’ kuntratt ma fakkarx espliċitament l-obbligu legali li tiġi pprovduta din l-indikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, mill-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja minn Gea jirriżulta li l-formola prestabbilita li l-offerenti għas-sejħa għal offerti inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellhom obbligatorjament jużaw ma kinitx materjalment tippermettilhom li jindikaw fiha separatament<?PAGE NO="7"?> l-ispejjeż ta’ manodopera. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt relatati ma’ din is-sejħa għal offerti kienu ppreċiżaw li l-offerenti ma setgħu jippreżentaw ebda dokument li ma kienx ġie speċifikament mitlub mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju, l-unika li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar il-fatti tal-kawża prinċipali u d-dokumentazzjoni relatata mal-avviż ta’ kuntratt inkwistjoni, li għandha tivverifika jekk kienx effettivament materjalment impossibbli għall-offerenti li jindikaw l-ispejjeż ta’ manodopera konformement mal-Artikolu 95(10) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi u li tevalwa jekk, minħabba dan il-fatt, din id-dokumentazzjoni ħolqotx, minkejja riferiment espliċitu għad-dispożizzjonijiet ċari ta’ dan il-kodiċi, konfużjoni fil-konfront tal-offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi fejn din il-qorti tasal għall-konklużjoni li dan kien effettivament il-każ, għandu jingħad ukoll li, f’tali każ, fir-rigward tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità, l-awtorità kontraenti tista’ tagħti lil tali offerent il-possibbiltà li jirregolarizza s-sitwazzjoni tiegħu u li jissodisfa l-obbligi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam f’terminu stabbilit mill-awtorità kontraenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Pizzo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑27/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:404">EU:C:2016:404</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Spinosa Costruzioni Generali u Melfi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/16</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:870">EU:C:2016:870</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li d-domanda preliminari tiġi risposta li l-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, kif previsti fid-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż ta’ manodopera, f’offerta ekonomika ppreżentata fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt pubbliku, iwassal għall-esklużjoni ta’ din l-offerta mingħajr il-possibbiltà ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl, inkluż fil-każ fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ta’ dawn l-ispejjeż ma kienx ġie speċifikat fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti, sa fejn din il-kundizzjoni u din il-possibbiltà ta’ esklużjoni huma b’mod ċar previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi li għaliha kien sar riferiment espliċitu. Madankollu, jekk id-dispożizzjonijiet tas-sejħa għal offerti ma jippermettux lill-offerenti li jindikaw dawn l-ispejjeż fl-offerti ekonomiċi tagħhom, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li l-offerenti jkunu jistgħu jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom u li jissodisfaw l-obbligi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam f’terminu stabbilit mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, kif previsti fid-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż ta’ manodopera, f’offerta ekonomika ppreżentata fi proċedura ta’ aġġudikazzjoni ta’ kuntratt pubbliku, iwassal għall-esklużjoni ta’ din l-offerta mingħajr il-possibbiltà ta’ assistenza għar-redazzjoni tal-fajl, inkluż fil-każ fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ta’ dawn l-ispejjeż ma kienx ġie speċifikat fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għal offerti, sa fejn din il-kundizzjoni u din il-possibbiltà ta’ esklużjoni huma b’mod ċar previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi li għaliha kien sar riferiment<?PAGE NO="8"?> espliċitu. Madankollu, jekk id-dispożizzjonijiet tas-sejħa għal offerti ma jippermettux lill-offerenti li jindikaw dawn l-ispejjeż fl-offerti ekonomiċi tagħhom, il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux il-fatt li l-offerenti jkunu jistgħu jirregolarizzaw is-sitwazzjoni tagħhom u li jissodisfaw l-obbligi previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam f’terminu stabbilit mill-awtorità kontraenti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>