SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
9 ta’ Ġunju 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Artikolu 29 – Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali – Valur ta’ tranżazzjoni – Artikolu 29(1)(d) – Kunċett ta’ ‘persuni relatati’ – Artikolu 31 – Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni li tirriżulta minn database nazzjonali għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 143(1)(b), (e) u (f) – Sitwazzjonijiet li fihom persuni jitqiesu li huma relatati – Artikolu 181a – Dubji bbażati fuq il-veraċità tal-prezz iddikjarat”
Fil-Kawża C‑599/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑3 ta’ Novembru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑13 ta’ Novembru 2020, fil-proċedura
“Baltic Master” UAB
vs
Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos,
fil-preżenza ta’:
Vilniaus teritorinė muitinė,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, J. Passer, F. Biltgen, N. Wahl (Relatur) u M. L. Arastey Sahún, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Emiliou,
Reġistratur: M. Ferreira, amministratriċi prinċipali,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑17 ta’ Novembru 2021,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal “Baltic Master” UAB, minn D. Aukštuolytė, advokatė, |
|
– |
għall-Gvern Litwan, minn K. Dieninis, S. Grigonis u V. Kazlauskaitė-Švenčionienė, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Ċek, minn O. Serdula, M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Estonjan,, minn N. Grünberg, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez de la Rúa Puig, bħala aġent, |
|
– |
għall-Gvern Franċiż, minn G. Bain, A.‑L. Desjonquères, D. Dubois u C. Mosser, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u A. Hanje, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Clotuche‑Duvieusart u J. Jokubauskaitė, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑20 ta’ Jannar 2022,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 29(1)(d) u tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat‑12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑19 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 8, p. 179), iktar ’il quddiem il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), kif ukoll tal-Artikolu 143(b), (e) u (f) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat‑2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 46/1999 tat‑8 ta’ Jannar 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 65) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni”). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn “Baltic Master” UAB u l-Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (id-Dipartiment tad-Dwana fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja) dwar id-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali ta’ ċerta merkanzija importata. |
Il‑kuntest ġuridiku
Il‑Kodiċi Doganali tal‑Komunità
|
3 |
L-Artikolu 29(1) u (2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kien jistabbilixxi li: “1. Il-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur tat-transazzjoni, jiġifieri, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn ikun meħtieġ, skond l-Artikoli 32 u 33, sakemm: […]
2.
|
|
4 |
L-Artikolu 30 ta’ dan il-kodiċi jipprevedi li: “(1) Fejn il-valur doganali ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikolu 29, għandu jiġi stabbilit billi timxi sekwenzjalment minn subparagrafi (a), (b), (ċ) u (d) tal-paragrafu 2 għall-ewwel subparagrafu li taħtu jista’ jiġi stabbilit, bla ħsara għall-kondizzjoni li l-ordni ta’ l-applikazzjoni tas-subparagrafi (ċ) u (d) għandu jinqaleb jekk min ikun għamel id-dikjarazzjoni jitlob hekk; huwa biss meta tali valur ma jistax jiġi stabbilit taħt subparagrafu partikolari li jistgħu jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu li jkun imiss f’sekwenza stabbilita bis-saħħa ta’ dan il-paragrafu. 2. Il-valur doganali kif stabbilit taħt dan l-Artikolu għandu jkun:
3. Il-kondizzjonijiet u regoli l-oħra kollha għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 hawn fuq għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura tal-kumitat.” |
|
5 |
L-Artikolu 31 tal-imsemmi kodiċi jgħid li: “1. Fejn il-valur doganali ta’ merkanzija importata ma jistax jiġi stabbilit taħt l-Artikoli 29 jew 30, għandu jiġi stabbilit, skond il-bażi ta’ data disponibbli fil-Komunità, bl-użu ta’ mezzi raġonevoli konsistenti mal-prinċipji u dispożizzjonijiet ġenerali ta’:
[u]
2. Ebda valur doganali m’għandu jiġi stabbilit taħt il-paragrafu 1 skond il-bażi ta’:
|
Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni
|
6 |
L-Artikolu 142(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jgħid li: “Għall-iskopijiet ta’ dan it-titolu: […]
|
|
7 |
L-Artikolu 143(1)(b), (e) u (f) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi li: “Għall-għanjiet tat-Titolu II, Kapitolu 3 tal-Kodiċi u ta’ dan it-Titolu, persuni jitqiesu li jiġu minn xulxin [li huma relatati] biss jekk: […]
[…]
|
|
8 |
L-Artikolu 181a tal-imsemmi regolament jipprevedi li: “1. L-awtoritajiet doganali m’għandhomx għalfejn jistabbilixxu l-valutazzjoni doganali tal-merkanzija importata fuq il-bażi tal-metodu tal-valur tat-transazzjoni jekk, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, dawn ma jkunux sodisfatti, fuq il-bażi ta’’dubji raġonevoli, li l-valur dikjarat jirrappreżenta l-ammont totali mħallas jew dovut kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Kodiċi. 2. Meta l-awtoritajiet doganali jkollhom id-dubji kif deskritt fil-paragrafu 1 dawn jistgħu jitolbu għall-informazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 178(4). Jekk dawn id-dubji jippersistu, l-awtoritajiet doganali għandhom, qabel jieħdu deċiżjoni finali, jinnotifikaw lill-persuna interessata, bil-miktub jekk mitlub, dwar ir-raġunijiet għal dawk id-dubbji u jipprovduh bl-opportunità raġonevoli biex jirrispondi. Deċiżjoni finali u l-motivi għaliha għandhom ikunu kkomunikati bil-miktub lill-persuna interessata.” |
|
9 |
L-Anness 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, intitolat “Noti interpretattivi dwar valur doganali”, jinkludi, b’mod partikolari, in-noti interpretattivi dwar l-Artikolu 29(2) u (3) kif ukoll dwar l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u dwar l-Artikolu 143(1)(e) ta’ dan ir-regolament.
|
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
10 |
Bejn is-sena 2009 u s-sena 2012, Baltic Master importat fil-Litwanja diversi kwantitajiet ta’ merkanzija li joriġinaw mill-Malasja, li hija kienet xtrat mingħand il-kumpannija Gus Group (iktar ’il quddiem il-“bejjiegħ”). Fid-dikjarazzjonijiet doganali, din il-merkanzija kienet ippreżentata bħala “partijiet ta’ magni u apparat għall-arja kundizzjonata”. Dawn id-dikjarazzjonijiet kienu jsemmu kodiċi TARIC wieħed biss, flimkien mal-massa totali ta’ din il-merkanzija f’kilogrammi. Fl-imsemmija dikjarazzjonijiet, Baltic Master indikat bħala valur għal skopijiet doganali l-valur ta’ tranżazzjoni tal-imsemmija merkanzija, jiġifieri l-prezz li jidher fuq il-fatturi tax-xiri tagħhom. |
|
11 |
Wara kontroll ta’ dawn l-importazzjonijiet mill-Vilniaus teritorinė muitinė (l-Awtorità Doganali Reġjonali ta’ Vilnjus, il-Litwanja), din l-awtorità doganali stabbilixxiet rapport li fih hija spjegat li rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni l-valur ta’ tranżazzjoni indikat fi 23 dikjarazzjoni ta’ importazzjoni, għar-raġuni li, minħabba n-natura tar-relazzjonijiet kummerċjali li Baltic Master kellha mal-bejjiegħ, dawn l-impriżi kellhom jitqiesu li huma persuni relatati, fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u li kien impossibbli li jiġi ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija inkwistjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 29 u 30 ta’ dan il-kodiċi. F’dan ir-rapport, l-imsemmija awtorità stabbilixxiet valur għal skopijiet doganali skont l-Artikolu 31 tal-imsemmi kodiċi, billi bbażat ruħha fuq l-informazzjoni li tinsab fis-sistema ta’ informazzjoni dwar l-iżdoganar tal-merkanzija mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. |
|
12 |
Baltic Master ikkontestat dan ir-rapport quddiem id-Dipartiment tad-Dwana fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi tar-Repubblika tal-Litwanja, li kkonfermah permezz ta’ deċiżjoni tal‑31 ta’ Marzu 2014. |
|
13 |
Baltic Master ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės (il-Kummissjoni tat-Tilwim Fiskali fi ħdan il-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja). Fit‑2 ta’ Lulju 2014, din tal-aħħar ikkonfermat l-imsemmija deċiżjoni, iżda eżentat lil Baltic Master mill-ħlas ta’ interessi moratorji. |
|
14 |
Sussegwentement, Baltic Master ippreżentat rikors quddiem il-Vilniaus apygardos administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Vilnius, il-Litwanja), li fil-kuntest tiegħu hija talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita b’talba għal deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 29, 30 u 31 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif ukoll tal-Artikolu 143 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Permezz ta’ sentenza tal‑5 ta’ Jannar 2015, l-imsemmija qorti ċaħdet dan ir-rikors billi qieset li ma kienet meħtieġa ebda interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
|
15 |
Adita b’rikors kontra din is-sentenza, il-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), il-qorti tar-rinviju, permezz ta’ sentenza tat‑22 ta’ Marzu 2016, ikkonfermat l-imsemmija sentenza. |
|
16 |
Wara s-sentenza tal-Qorti EDB tas‑16 ta’ April 2019, Baltic Master LTD vs Il-Litwanja (CE:ECHR:2019:0416JUD005509216), li permezz tagħha din il-qorti, adita b’rikors ippreżentat minn Baltic Master kontra r-Repubblika tal-Litwanja, ikkonstatat ksur tal-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑4 ta’ Novembru 1950, minħabba l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni dwar ir-rifjut tal-qrati Litwani li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju laqgħet it-talba mressqa minn Baltic Master għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. |
|
17 |
Skont din l-aħħar qorti, il-proċess għad-dispożizzjoni tagħha ma jinkludi ebda dokument li juri l-eżistenza ta’ rabta, fis-sens tal-Artikolu 143(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, bejn il-bejjiegħ u Baltic Master. Fil-fatt, ma teżistix informazzjoni li tippermetti li jitqies li dawn l-impriżi għandhom legalment il-kwalità ta’ soċji, fis-sens tal-Artikolu 143(1)(b) ta’ dan ir-regolament jew li jeżisti relazzjoni ta’ kontroll, diretta jew indiretta, kif imsemmi fl-Artikolu 143(1)(e) u (f). |
|
18 |
Madankollu, il-qorti tar-rinviju tosserva li huwa stabbilit li, l-ewwel, il-bejjiegħ u Baltic Master għandhom rabta bejniethom minħabba relazzjoni kummerċjali twila, it-tieni, il-merkanzija ġiet ikkunsinnata fl-assenza ta’ kuntratt ta’ bejgħ li jispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ kunsinna, ta’ ħlas, ta’ ritorn tal-merkanzija u ta’ kundizzjonijiet oħra speċifiċi għal din it-tip ta’ tranżazzjoni, it-tielet, il-merkanzija ġiet ikkunsinnata mingħajr ma sar l-iċken ħlas bil-quddiem u minkejja l-fatt li Baltic Master kellha tagħti ammonti sinjifikattivi ta’ flus lill-bejjiegħ għal kunsinni preċedenti, ir-raba’, minkejja l-valur partikolarment għoli tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni, ma ġiet ikkostitwita jew prevista ebda garanzija jew miżura ta’ minimizzazzjoni tar-riskji, il-ħames, ma jeżisti ebda element li jippermetti li jitqies li l-bejjiegħ issorvelja l-eżekuzzjoni tajba tal-ħlasijiet dovuti u tal-obbligi l-oħra u, fl-aħħar nett, is-sitt, ġew ikkonstatati każijiet li fihom l-impjegati ta’ Baltic Master irċevew mandat sabiex jaġixxu f’isem il-bejjiegħ u użaw it-timbru ta’ dan tal-aħħar. |
|
19 |
L-elementi elenkati fil-punt preċedenti jippermettu li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ rabta partikolarment mill-qrib bejn Baltic Master u l-bejjiegħ, li minħabba fiha t-tranżazzjonijiet inkwistjoni twettqu f’kundizzjonijiet li ma humiex parti mill-prattika kummerċjali ordinarja u mingħajr ma hemm element oġġettiv ta’ natura li jiġġustifika l-loġika ekonomika ta’ dawn it-tranżazzjonijiet. Tali aġir jikkorrispondi għal dak li jinsab f’sitwazzjonijiet fejn waħda mill-partijiet tikkontrolla lill-oħra jew meta ż-żewġ partijiet ikunu kkontrollati minn terz. |
|
20 |
Il-qorti tar-rinviju tqis għalhekk li l-imsemmija elementi fattwali jistgħu jaqgħu taħt kontroll de facto u li l-partijiet fit-tranżazzjoni jistgħu jitqiesu bħala persuni relatati, skont l-Artikolu 143(1)(e) jew (f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Din il-qorti żżid li, abbażi ta’ dawn l-elementi, l-Awtorità Doganali Reġjonali ta’ Vilnjus qieset lil Baltic Master u lill-bejjiegħ bħala persuni relatati, skont l-Artikolu 143(1)(b) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri persuni li kellhom de facto l-kwalità ta’ soċji, iżda hija tistaqsi dwar il-fondatezza ta’ tali klassifikazzjoni fid-dawl tal-formulazzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, li tirreferi għall-persuni li għandhom legalment il-kwalità ta’ soċji. |
|
21 |
Barra minn hekk, l-imsemmija qorti tistaqsi dwar il-possibbiltà li jintuża l-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previst fl-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, meta, għal dan il-għan, l-awtoritajiet doganali jużaw informazzjoni li tinsab f’database nazzjonali li tirrigwarda biss importazzjoni waħda ta’ merkanzija, li, għalkemm tkun taqa’ taħt l-istess kodiċi TARIC, u jkollha l-istess oriġini, ma tistax titqies li hija simili, fis-sens tal-Artikolu 142(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
22 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq l‑ewwel domanda
|
23 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikolu 143(1)(b), (e) u (f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li x-xerrej u l-bejjiegħ għandhom jitqiesu li huma relatati, f’sitwazzjoni li fiha ma jeżistix dokument li jippermetti li tiġi stabbilita tali rabta, iżda li fiha l-kundizzjonijiet għall-konklużjoni tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni, ikkonfermati minn elementi oġġettivi, jistgħu jitqiesu li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll de facto. |
|
24 |
Qabelxejn, għandu jitfakkar li d-dritt tal-Unjoni dwar il-valutazzjoni doganali huwa intiż sabiex jistabbilixxi sistema ekwa, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri għal skopijiet doganali arbitrarji jew fittizji. Il-valur għal skopijiet doganali għandu għalhekk jirrifletti l-valur ekonomiku reali ta’ merkanzija importata u, għaldaqstant, għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha ta’ din il-merkanzija li għandhom valur ekonomiku (sentenza tal‑20 ta’ Ġunju 2019, Oribalt Rīga, C‑1/18, EU:C:2019:519, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
25 |
B’mod partikolari, skont l-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija importata huwa kkostitwit mill-valur ta’ tranżazzjoni tagħha, jiġifieri bil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta din tinbiegħ għall-esportazzjoni lejn it-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, bla ħsara madankollu għal aġġustamenti li għandhom isiru konformement, b’mod partikolari, mal-Artikolu 32 ta’ dan il-kodiċi (sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2020, 5th AVENUE Products Trading, C‑775/19, EU:C:2020:948, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
26 |
Kif diġà indikat il-Qorti tal-Ġustizzja, il-valur għal skopijiet doganali għandu jiġi ddeterminat, bi prijorità, skont il-metodu msejjaħ “tal-valur ta’ tranżazzjoni” tal-merkanzija importata. Dan il-metodu ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali huwa għalhekk meqjus bħala l-iktar wieħed adattat u l-iktar wieħed użat ta’ spiss (sentenza tad‑19 ta’ Novembru 2020, 5th AVENUE Products Trading, C‑775/19, EU:C:2020:948, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
27 |
Il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija jikkostitwixxi għalhekk, bħala regola ġenerali, il-bażi ta’ kalkolu tal-valur għal skopijiet doganali, anki jekk dan il-prezz huwa fattur li għandu eventwalment jiġi aġġustat meta din l-operazzjoni hija neċessarja sabiex tiġi evitata d-determinazzjoni ta’ valur għal skopijiet doganali arbitrarju jew fittizju (sentenza tal‑20 ta’ Ġunju 2019, Oribalt Rīga, C‑1/18, EU:C:2019:519, punti 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
28 |
B’dan premess, l-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità jippermetti li jiġi eskluż il-valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata meta jiġu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, minn naħa, li x-xerrej u l-bejjiegħ ikunu relatati, fis-sens ta’ dan il-kodiċi, u, min-naħa l-oħra, li dan il-valur ta’ tranżazzjoni ma jkunx aċċettabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali. |
|
29 |
Skont l-Artikolu 143(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, persuni jistgħu jitqiesu li huma relatati biss jekk jaqgħu taħt waħda mis-sitwazzjonijiet enumerati b’mod eżawrjenti f’din id-dispożizzjoni. Għalhekk, skont dan l-Artikolu 143(1)(b), persuni li jkollhom legalment il-kwalità ta’ soċji jitqiesu li huma relatati. Dan japplika wkoll, skont l-imsemmi Artikolu 143(1)(e) u (f), meta persuna tikkontrolla direttament jew indirettament lill-oħra jew meta t-tnejn huma kkontrollati direttament jew indirettament minn terz. |
|
30 |
Fl-ewwel lok, ma jistax jintlaqa’ l-argument żviluppat essenzjalment mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet rispettivi tagħhom li jgħid li l-kliem tal-Artikolu 143(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jiġi injorat peress li interpretazzjoni stretta ta’ din id-dispożizzjoni tista’ tippreġudika l-effett utli tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u taffettwa l-kapaċità tal-awtoritajiet doganali li jinjoraw valur ta’ tranżazzjoni. |
|
31 |
Fil-fatt, għandu jiġi osservat, minn naħa, li dan l-argument imur kontra mhux biss in-natura restrittiva tas-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 143(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, iżda wkoll l-għan imfittex minn din id-dispożizzjoni u mill-Artikolu 29 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 24 sa 26 ta’ din is-sentenza, il-metodu tal-valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata jikkostitwixxi l-metodu li għandu jiġi applikat bi prijorità sabiex jiġi ddeterminat il-valur tagħha għal skopijiet doganali. Id-dispożizzjonijiet li jippermettu li ma jiġix applikat dan il-metodu għandhom għalhekk, bħala derogi għal dan il-prinċipju, jiġu interpretati b’mod strett. |
|
32 |
Min-naħa l-oħra, l-allegazzjoni li tgħid li l-awtoritajiet doganali jirriskjaw li tiġi affettwata l-kapaċità tagħhom li jinjoraw valur ta’ tranżazzjoni mhux adegwat minħabba interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 143(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma hijiex xierqa. |
|
33 |
Qabelxejn, skont il-formulazzjoni tiegħu stess, l-Artikolu 143(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprevedi sensiela ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-awtoritajiet doganali jistgħu jqisu li l-bejjiegħ u x-xerrej huma relatati u li fihom huma jistgħu għalhekk, jekk ikun il-każ, jinjoraw il-valur ta’ tranżazzjoni previst fl-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
|
34 |
Sussegwentement, kif enfasizzat il-Kummissjoni waqt is-seduta, l-Artikolu 181a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, introdott wara l-emenda ta’ dan tal-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3254/94 tad‑19 ta’ Diċembru 1994 li jemenda r-Regolament Nru 2454/93 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 5, p. 326), jippermetti lill-awtoritajiet doganali jinjoraw il-valur ta’ tranżazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali, meta dawn l-awtoritajiet iqisu li l-valur iddikjarat ta’ merkanzija importata ma jirriflettix il-valur reali tagħha, u dan indipendentement mill-eżistenza ta’ rabta bejn Baltic Master u l-bejjiegħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑28 ta’ Frar 2008, Carboni e derivati, C‑263/06, EU:C:2008:128, punt 52, u tas‑16 ta’ Ġunju 2016, EURO 2004. Hungary, C‑291/15, EU:C:2016:455, punt 31). |
|
35 |
Fit-tieni lok, għal dak li jirrigwarda r-rabta bejn persuni minħabba l-kwalità tagħhom ta’ soċji, imsemmija fl-Artikolu 143(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandu jiġi enfasizzat li l-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jeskludi kull assoċjazzjoni de facto. |
|
36 |
Kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 42 u 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, din id-dispożizzjoni li tirrigwarda l-persuni li jkunu “legalment rikonoxxuti bħala soċji fin-negozju”, teħtieġ, għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ rabta, li jintwera li l-kundizzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kwalità ta’ soċji huma ssodisfatti, u b’hekk teskludi kull assoċjazzjoni li ma hijiex de jure. |
|
37 |
Fit-tielet lok, għal dak li jirrigwarda l-persuni meqjusa li huma relatati, skont l-Artikolu 143(1)(e) u (f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, meta waħda minnhom tikkontrolla lill-oħra direttament jew indirettament jew meta t-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn terz, huwa importanti, kif tikkonferma n-nota interpretattiva fil-qasam tal-valur għal skopijiet doganali relatata ma’ dan l-Artikolu 143(1)(e), li tinsab fl-Anness 23 ta’ dan ir-regolament, li ssir distinzjoni, minn naħa, bejn il-kontroll de jure u, min-naħa l-oħra, il-kontroll de facto. |
|
38 |
Minn naħa, għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ kontroll de jure, mill-elementi elenkati fil-punt 18 ta’ din is-sentenza jirriżulta li ebda dokument ma jippermetti li jitqies li teżisti relazzjoni ta’ kontroll de jure, diretta jew indiretta, kif previst fl-imsemmi Artikolu 143(1)(e) u (f). Għaldaqstant, kontroll de jure jidher li għandu jiġi eskluż fil-kuntest tal-kawża prinċipali, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
39 |
Min-naħa l-oħra, għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ kontroll de facto, min-nota interpretattiva msemmija fil-punt 37 ta’ din is-sentenza jirriżulta li persuna hija meqjusa li tikkontrolla persuna oħra meta hija tkun f’pożizzjoni li teżerċita fuqha rażan jew direzzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Direktor na Teritorialna direktsiya Yugozapadna Agentsiya Mitnitsi, C‑76/19, EU:C:2020:543, punt 67). |
|
40 |
Issa, l-elementi fattwali msemmija fil-punt 18 ta’ din is-sentenza jidhru li jikkonfermaw rabta ta’ fiduċja mill-qrib bejn il-bejjiegħ u Baltic Master, iżda ma jidhrux li jippermettu li jiġi konkluż li teżisti tali setgħa ta’ rażan jew ta’ direzzjoni, liema fatt għandu madankollu jiġi kkonfermat mill-qorti tar-rinviju. |
|
41 |
Jekk, fi tmiem dawn il-verifiki, il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li, f’dan il-każ, ix-xerrej u l-bejjiegħ ma humiex relatati, fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, minn dan ikun jirriżulta li l-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija importata kellu, bħala prinċipju, jiġi ddeterminat abbażi tal-valur ta’ tranżazzjoni tagħha u mhux abbażi ta’ metodu ieħor ta’ evalwazzjoni, bħal dak imsemmi fl-Artikolu 31(1) ta’ dan il-kodiċi. |
|
42 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li l-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u l-Artikolu 143(1)(b), (e) u (f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
Fuq it‑tieni domanda
|
43 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li, meta l-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija importata ma jkunx seta’ jiġi ddeterminat skont l-Artikoli 29 u 30 ta’ dan il-kodiċi, dan jiġi ddeterminat abbażi tal-informazzjoni li tinsab f’database nazzjonali dwar il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija tal-istess oriġini biss li, minkejja li ma tkunx “simili”, fis-sens tal-Artikolu 142(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, taqa’ taħt l-istess kodiċi TARIC. |
|
44 |
Qabelxejn, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta mill-punt 41 ta’ din is-sentenza, din it-tieni domanda tqum biss jekk, fi tmiem il-verifiki li hija għandha twettaq fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju kellha tikkonkludi li l-awtoritajiet doganali ċaħdu ġustament l-valur ta’ tranżazzjoni sabiex jiddeterminaw il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata, għar-raġuni li, f’dan il-każ, ix-xerrej u l-bejjiegħ huma relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u li l-valur ta’ tranżazzjoni ma humiex aċċettabbli għal skopijiet doganali, skont l-Artikolu 29(2) ta’ dan il-kodiċi. Fil-fatt, jekk il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni opposta li l-valur għal skopijiet doganali tal-imsemmija merkanzija kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-valur ta’ tranżazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29 tal-imsemmi kodiċi, dan il-valur għal skopijiet doganali ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat abbażi tal-Artikolu 31(1) tal-istess kodiċi, b’tali mod li t-tieni domanda, li tirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, issir mingħajr skop. |
|
45 |
F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li kemm mill-formulazzjoni tal-Artikoli 29 sa 31 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif ukoll mill-ordni li biha għandhom jiġu applikati l-kriterji ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali abbażi ta’ dawn l-artikoli jirriżulta li hemm rabta ta’ sussidjarjetà bejn dawn id-dispożizzjonijiet. Fil-fatt, huwa biss meta l-valur għal skopijiet doganali ma jkunx jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni partikolari li jkun hemm lok li jsir riferiment għad-dispożizzjoni li tiġi immedjatament warajha fl-ordni stabbilita (sentenza tas‑16 ta’ Ġunju 2016, EURO 2004. Hungary, C‑291/15, EU:C:2016:455, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
46 |
Għal dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-Artikolu 30(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, mill-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jidher li jirriżulta li l-awtoritajiet doganali kompetenti ma setgħux jużaw il-metodi ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali previsti f’din id-dispożizzjoni peress li Baltic Master iddeċidiet li tippreżenta l-merkanzija importata b’mod qasir fid-dikjarazzjonijiet doganali, billi llimitat ruħha li tagħti l-kodiċi TARIC tagħha kif ukoll il-massa totali tagħha, liema fatt għandu madankollu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. F’dan ir-rigward, hija din il-qorti li għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-informazzjoni eventwalment sottomessa minn Baltic Master lil dawn l-awtoritajiet għall-finijiet tal-applikazzjoni kemm tal-Artikolu 29(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, moqri fid-dawl tan-nota interpretattiva fil-qasam tal-valur għal skopijiet doganali relatata ma’ dan l-Artikolu 29(2), li tinsab fl-Anness 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, kif ukoll tal-Artikolu 181a ta’ dan ir-regolament. |
|
47 |
Sussegwentement, għandu jiġi enfasizzat li, konformement mal-formulazzjoni tal-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, meta l-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija importata ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat b’applikazzjoni tal-Artikoli 29 u 30 ta’ dan il-kodiċi, dan għandu jiġi ddeterminat, abbażi tad-data disponibbli fl-Unjoni Ewropea, permezz ta’ mezzi raġonevoli kompatibbli mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet internazzjonali kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 tal-imsemmi kodiċi. |
|
48 |
Fl-aħħar nett, il-punt 1 tan-nota interpretattiva fil-qasam tal-valur għal skopijiet doganali relatata mal-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li tinsab fl-Anness 23 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jippreċiża qabelxejn li l-valuri għal skopijiet doganali ddeterminati bl-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għandhom, sa fejn huwa possibbli, jibbażaw ruħhom fuq valuri għal skopijiet doganali ddeterminati preċedentement. Il-punt 2 ta’ din in-nota jenfasizza sussegwentement li l-metodi ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw skont l-imsemmija dispożizzjoni għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikoli 29 sa 30(2) ta’ dan il-kodiċi, iżda li flessibbiltà raġonevoli fl-applikazzjoni ta’ dawn il-metodi hija konformi mal-għanijiet u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 tal-imsemmi kodiċi. |
|
49 |
Mill-informazzjoni trażmessa mill-qorti tar-rinviju jirriżulta, minn naħa, li Baltic Master iddeskriviet il-merkanzija importata inkwistjoni fid-dikjarazzjonijiet doganali tagħha bħala “partijiet ta’ magni u apparat għall-arja kundizzjonata”, billi kklassifikathom taħt kodiċi TARIC wieħed u billi indikat il-massa totali ta’ din il-merkanzija f’kilogrammi. Min-naħa l-oħra, skont din l-informazzjoni, l-awtorità doganali inkwistjoni injorat il-valur ta’ tranżazzjoni ddikjarat minn Baltic Master u ddeterminat il-valur għal skopijiet doganali tal-imsemmija merkanzija skont l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità billi użat data li tinsab f’database nazzjonali dwar merkanzija importata minn importatur ieħor matul is-sena 2010, jiġifieri s-sena ta’ wara dik tal-ewwel importazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, iddikjarata taħt l-istess kodiċi TARIC u li toriġina mill-istess manifattur. |
|
50 |
F’dan il-każ, il-kodiċi TARIC użat jiġbor flimkien sensiela differenti ta’ partijiet ta’ magni għall-arja kundizzjonata, bħal pannelli tal-plastik għal magni bil-mutur, ċrieki tal-metall, pajpijiet, kejbils ta’ trażmissjoni, swiċċijiet, sensuri tal-pressjoni, tagħmir ta’ diffużjoni bil-vortiċi fl-art ta’ binjiet u ċirkuwiti elettroniċi. |
|
51 |
B’hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fid-dawl tal-eteroġeneità tal-partijiet li jaqgħu taħt dan il-kodiċi TARIC u fl-assenza ta’ deskrizzjoni ddettaljata tal-merkanzija importata, determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali ta’ din tal-aħħar skont l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, abbażi tal-valur ta’ tranżazzjoni ta’ merkanzija simili, hijiex possibbli fil-kuntest tat-tilwima li biha hija adita, filwaqt li l-kunċett ta’ “merkanzija simili”, iddefinit fl-Artikolu 142(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jippreżupponi omoġeneità tal-merkanzija importata, li hija diffiċli li tiġi rrikonċiljata mad-diversità tal-prodotti kklassifikati taħt l-imsemmi kodiċi TARIC. |
|
52 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li d-definizzjoni ta’ dan il-kunċett li tinsab f’dan l-Artikolu 142(1)(d) tirrigwarda d-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali skont l-Artikolu 30(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Issa, għalkemm mill-punt 2 tan-nota interpretattiva, msemmija fil-punt 48 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li l-metodi ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw skont l-Artikolu 31 ta’ dan il-kodiċi għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikoli 29 sa 30(2) tiegħu, dan l-istess punt jippreċiża li dawn il-metodi għandhom jiġu applikati bi flessibbiltà raġonevoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ “merkanzija simili”. |
|
53 |
F’dan il-każ, ma jistax jitqies li huwa irraġonevoli li, wara li jkunu ċaħdu, konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-valur ta’ tranżazzjoni ta’ merkanzija importata għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tagħha, awtoritajiet doganali jibbażaw ruħhom, waqt kontroll a posteriori, fuq elementi trażmessi mid-dikjarant, jiġifieri l-piż ta’ din il-merkanzija u l-kodiċi TARIC li għaliha tkun tappartjeni. F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li dan il-kodiċi huwa bbażat fuq sistema dikjarattiva, sabiex kemm jista’ jkun jiġu limitati l-formalitajiet u l-kontrolli doganali filwaqt li jiġu evitati l-frodi jew l-irregolaritajiet li jistgħu jikkawża preġudizzju għall-baġit tal-Unjoni (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 2020, Unipack, C‑391/19, EU:C:2020:547, punt 22). |
|
54 |
Għaldaqstant, fid-dawl, qabelxejn, tan-neċessità li jiġi stabbilit valur għal skopijiet doganali fl-ipoteżi fejn impriża ma tipprovdix informazzjoni preċiża jew affidabbli biżżejjed dwar il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata, sussegwentement, tad-diliġenza li għandhom juru l-awtoritajiet doganali meta japplikaw kull wieħed mill-metodi suċċessivi ta’ determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2017, LS Customs Services, C‑46/16, EU:C:2017:839, punt 52) u, fl-aħħar nett, tal-“flessibbiltà raġonevoli” li biha, konformement mal-punt 2 tan-nota interpretattiva msemmija fil-punti 48 u 52 ta’ din is-sentenza, dawn il-metodi għandhom jiġu applikati, għandu jiġi ammess li data li tinsab f’database nazzjonali, dwar merkanzija li taqa’ taħt l-istess kodiċi TARIC u li toriġina mill-istess bejjiegħ bħall-merkanzija kkonċernata, tikkostitwixxi “data disponibbli fl-Unjoni”, fis-sens tal-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li tista’ jintuża bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija kkonċernata. |
|
55 |
Fil-fatt, ir-riferiment għal din id-data jikkostitwixxi mezz sabiex jiġi ddeterminat dan il-valur li huwa, fl-istess ħin, “raġonevoli”, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 31(1), u kompatibbli kemm mal-prinċipji kif ukoll mad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet internazzjonali u tad-dispożizzjonijiet li għalihom jirreferi dan l-istess Artikolu 31(1) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2017, GE Healthcare, C‑173/15, EU:C:2017:195, punt 81). |
|
56 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 31(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, meta l-valur għal skopijiet doganali ta’ merkanzija importata ma jkunx seta’ jiġi ddeterminat skont l-Artikoli 29 u 30 ta’ dan il-kodiċi, dan jiġi ddeterminat abbażi tal-informazzjoni li tinsab f’database nazzjonali dwar il-valur għal skopijiet doganali tal-merkanzija tal-istess oriġini biss li, minkejja li ma tkunx “simili”, fis-sens tal-Artikolu 142(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, taqa’ taħt l-istess kodiċi TARIC. |
Fuq l‑ispejjeż
|
57 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Litwan.