<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-555/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0555</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:746">EU:C:2018:746</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20180920">20.9.2018</DATE> – Kawża C‑555/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">2M-Locatel</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20180920">20 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: id-Daniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Subintestaturi <FT TYPE="CN">85287113</FT> u <FT TYPE="CN">85287190</FT></KEYWORD><KEYWORD>Apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi fuq protokoll tal-internet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑555/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170918">18 ta’ Settembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20170922">22 ta’ Settembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">2M-Locatel A/S</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Skatteministeriet,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn E. Levits, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal 2M-Locatel A/S, minn T. Gønge u S. E. Holm, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, bħala aġent, assistit minn B. Søes Petersen, advokat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u S. Maaløe, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestatura tariffarja <FT TYPE="CN">85287113</FT> tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas‑<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 301, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn 2M-Locatel A/S u l-Iskatteministeriet (il-Ministeru għat-Taxxa u għad-Dazji tas-Sisa, id-Danimarka), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi diretti fuq protokoll tal-internet (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>apparat għall-istreaming IPTV<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-GATT tal‑1994 u l-FTI</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tas-sena 1994 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 91) u, b’mod partikolari, il-Memorandum ta’ Ftehim dwar l-Interpretazzjoni tal-Artikolu II(1)(b) tal-GATT tal‑1994 jagħmlu parti mill-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech, fil‑<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>, u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat‑<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE> dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986‑1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar il-kummerċ fil-prodotti ta’ teknoloġija tal-informatika, li huwa kkostitwit mid-Dikjarazzjoni ministerjali dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika adottata fit‑<DATE ISO="19961213">13 ta’ Diċembru 1996</DATE> matul l-ewwel konferenza tal-WTO f’Singapor kif ukoll mill-annessi u mill-appendiċi tagħha (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>FTI<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), u l-komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, ġew approvati, f’isem il-Komunità, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/359/KE tal‑<DATE ISO="19970324">24 ta’ Marzu 1997</DATE> li tirrigwarda l-eliminazzjoni ta’ dazji minn fuq prodotti teknoloġiċi ta’ l-informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 26, p. 3). L-FTI jippreċiża, fil-paragrafu 1 tiegħu, li l-amministrazzjoni kummerċjali ta’ kull parti kontraenti għandha tevolvi b’mod li żżid l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq fil-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 2 tal-FTI, kull parti kontraenti għandha tikkonsolida u telimina d-dazji doganali u d-dazji u t-taxxi l-oħrajn ta’ kwalunkwe natura, fis-sens tal-Artikolu II(1)(b) tal-GATT tal‑1994, għal ċerti prodotti, fosthom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>apparat għall-istreaming b’funzjoni ta’ komunikazzjoni: apparat b’mikroproċessatur li jinkludi modem għall-aċċess għall-internet u li għandu funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea hija rregolata bin-NM, li hija bbażata fuq is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifika ta’ oġġetti, li ġiet imfassla mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD) u adottata bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar<?PAGE NO="3"?> is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, konkluża fi Brussell fl‑<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE> u approvata, flimkien mal-protokoll li jemendaha tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas‑<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1987">ĠU 1987, L 198, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt figuri tal-imsemmija sistema, u s-seba’ u t-tmien figuri biss joħolqu sottodiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Ewwel Parti tan-NM tinkludi ġabra ta’ dispożizzjonijiet preliminari. F’din il-parti, taħt it-Titolu I, li jikkonċerna r-regoli ġenerali, it-Taqsima A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-[NM]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><P><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-titli tat-taqsimiet, kapitli u subkapitli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skond it-termini tat-titli u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitlu relattiv u, sakemm dawn t-titli jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skond id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></P><P>[…]</P><P><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fis-subtitli ta’ titlu għandha tkun deċiża skond it-termini ta’ dawk is-subtitli u kwalunkwe noti ta’ subtitli relatati u, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> skond ir-regoli ta’ hawn fuq, skond il-kondizzjoni li subtitli fl-istess livell biss huma komparabbli. Għall-għanijiet ta’ din ir-regola t-taqsima relattiva u n-noti tal-kapitlu japplikaw ukoll, sakemm il-kuntest ma jitlobx mod ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-Tieni Parti tan-NM hija maqsuma f’21 taqsima. It-Taqsima XVI, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Makkinarju u għodod mekkaniċi; apparat elettriku; partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu l-ħoss; strumenti li jirrekordjaw u strumenti li jirriproduċu stampa u ħoss televiżivi u partijiet u aċċessorji ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, tinkludi l-Kapitoli 84 u 85 tan-NM. Dan il-Kapitolu 85, li huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Makkinarju u tagħmir elettriku u partijiet tagħhom; strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu l-ħoss, strumenti li jirrekordjaw u jirriproduċu stampa u ħoss tat-televiżjoni, u partijiet u aċċessoarji ta’ dawn l-oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jirrigwarda l-intestaturi 8501 sa 8548 tan-NM.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-intestatura 8528 tan-NM hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" COLS="3" CLASS="GEN"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>8528</CELL><CELL COL="2">Moniters u proġekters, li ma jinkorporawx apparat ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni; tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni tax-xandir bir-radju jew tagħmir għar- rekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">[…]</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– Tagħmir ta’ riċezzjoni għat-televiżjoni, kemm jekk jinkorpora u kemm jekk ma jinkorporax fih tagħmir ta’ riċezzjoni għax-xandir bir-radju jew tagħmir ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni tal-ħoss jew tal-vidjow:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">852871</FT></CELL><CELL COL="2">– – Li mhuwiex iddiżinjat sabiex jinkorpora fih <HT TYPE="ITALIC">display</HT> jew skrin tal-vidj<HT TYPE="ITALIC">ow</HT></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– – – <HT TYPE="ITALIC">Tuners</HT> tal-vidjow</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85287111</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – Immuntar elettroniku biex ikun inkorporat f’magni ta’ ipproċessar ta’ data awtomatiċi</CELL><CELL COL="3">B’xejn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85287113</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – Apparat b’mezz ibbażat fuq mikroproċessur li fih mowdem għall-aċċess għall-Internet, u li jkollu funzjoni ta’ bdil interattiv ta’ informazzjoni, li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>set-top boxes b’funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>)</CELL><CELL COL="3">B’xejn</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85287119</FT></CELL><CELL COL="2">– – – – Oħrajn</CELL><CELL COL="3">14</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">85287190</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Oħrajn</CELL><CELL COL="3">14<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">In-noti ta’ spjega għan-NM</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Konformement mat-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000 tal‑<DATE ISO="20000131">31 ta’ Jannar 2000</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357), il-Kummissjoni Ewropea tħejji noti ta’ spjega għan-NM, li hija tippubblika b’mod regolari f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Dawk ippubblikati fit‑<DATE ISO="20060228">28 ta’ Frar 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="050" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 50, p. 1</REF.DOC.OJ>) jippreċiżaw, fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">85281290</FT> sa <FT TYPE="CN">85281295</FT> tan-NM, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004 tas‑<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 327, p. 1</REF.DOC.OJ>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/><HT TYPE="ITALIC">Tuners</HT> tal-vidjo:</P><P>Dan l-apparat jinkorpora ċirkuwiti li jagħżlu, li jippermettu intonar għal kanal speċjali jew frekwenza li ġġor, u ċirkuwiti ta’ demodulazzjoni. Huma jkunu ġeneralment disinjati biex joperaw b’erjil individwali jew erjil maqsum (shared) (distribuzzjoni b’kejbil bi frekwenza għolja). Is-sinjal output jista’ jintuża bħala sinjal input għal monitur tal-vidjo jew għal apparat għall-irrekordjar jew għar-riproduzzjoni ta’ vidjo. Dan jikkonsisti fis-sinjal oriġinali tal-kamera (i.e., mhux modulat għal għanijiet ta’ trasmissjoni).</P><P>Ġieli, l-apparat ikun mgħammar ukoll b’tagħmir għal dekowdjar (kulur) jew ċirkuwiti li jisseparaw għal sinkronizzazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont in-Noti ta’ Spjega tan-NM ippubblikati fis‑<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="112" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 112, p. 8</REF.DOC.OJ>), dwar is-subintestaturi <FT TYPE="CN">85287113</FT> sa <FT TYPE="CN">85287190</FT> tan-NM:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P>“8528 71 13 […]</P><P>– Dan is-subtitlu jkopri apparat mingħajr skrin, hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>kaxxi ta’ fuq is-sett (set-top boxes) b’funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>– tuner tal-vidjow.</P><P>Il-preżenza ta’ konnekter RF turi li jista’ jkun hemm tuner tal-vidjow,</P><P>– mowdem.</P><P>Il-mowdems jimmodulaw u jiddemodulaw sinjali tad-dejta, kemm dawk ħerġin kif ukoll dawk deħlin. Dan jippermetti komunikazzjonijiet bidirezzjonali għall-għanijiet ta’ aċċess għall-Internet. Eżempji ta’ mowdems bħal dawn huma: mowdems V.34-, V.90-, V.92-, DSL- jew bil-kejbil. […]</P><P>Il-mezzi li jwettqu funzjoni simili għal dik ta’ mowdem iżda li ma jimmodulawx u ma jiddemodulawx sinjali ma jitqisux bħala mowdems. Eżempji ta’ apparat bħal dawn huma mezzi ISDN-, WLAN- jew Ethernet. […]</P><P>[…]</P><P>Kaxxi ta’ fuq is-sett (set-top boxes), li jinkorporaw strument b’ funzjoni ta’ rrekordjar jew riproduzzjoni (pereżempju drajv għal ħardisk jew DVD) huma esklużi minn dan is-subtitlu (subtitlu <FT TYPE="CN">852190</FT> [9]0).</P><P>[…]</P><P><FT TYPE="CN">85287190</FT> […]</P><P>– Dan is-subtitlu jinkludi prodotti li ma fihomx skrin li huma apparat għar-riċezzjoni għat-televiżjoni, iżda li ma jinkorporawx tuner tal-vidjow (pereżempju hekk imsejħa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>IP streaming boxes’).<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>In-noti ta’ spjega tan-NM ippubblikati fit‑<DATE ISO="20080530">30 ta’ Mejju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 133, p. 1</REF.DOC.OJ>) jippreċiżaw, taħt is-subintestaturi <FT TYPE="CN">85287111</FT> sa <FT TYPE="CN">85287119</FT> tan-NM:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Dawn is-subtitli jkopru apparat li jinkorpora tuner tal-vidjow li jaqleb is-sinjali televiżivi bi frekwenza għolja f’sinjali li jintużaw minn apparat għar-rekordjar u riproduzzjoni jew moniters tal-vidjow.</P><P>Dan l-apparat jinkorpora ċirkuwiti seletturi, li jippermettu li jinqabad kanal speċjali jew frekwenza ta’ trasmissjoni, u ċirkuwiti ta’ demodulazzjoni. Huma ġeneralment iddisinjati sabiex joperaw b’antenna individwali jew maqsuma bejn ħafna (distribuzzjoni bil-kejbil ta’ frekwenza għolja). Is-sinjal ta’ l-output jista’ jintuża bħala sinjal ta’ l-input għal moniters tal-vidjow jew għall-apparat għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow. Jikkonsisti mis-sinjal oriġinali tal-kamera (jiġifieri, mhux immodulat għal skop ta’ trasmissjoni).</P><P>Xi drabi, l-apparat huwa wkoll mgħammar b’tagħmir dekodifikanti (kulur) jew ċirkuwit separatur għas-sinkronizzazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>2M-Locatel, fil-perijodu ta’ bejn il‑<DATE ISO="20071021">21 ta’ Ottubru 2007</DATE> u t‑<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, importat miċ-Ċina apparat għall-istreaming IPTV. Dawn tal-aħħar ma jistgħux jirċievu, jiddekodifikaw u jipproċessaw sinjali tat-televiżjoni trażmessi permezz ta’ antenna, ta’ kejbil jew ta’ satellita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-apparat għall-istreaming IPTV jinkludi apparat ethernet u huwa stabbilit bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali li dawn għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>mowdem<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Waqt l-importazzjoni, il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġiet iddikjarata minn 2M-Locatel bħala li taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> tan-NM u għaldaqstant tpoġġiet f’ċirkulazzjoni libera eżentata minn dazji doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li qieset li l-imsemmija merkanzija kellha tiġi kklassifikata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> tan-NM għar-raġuni li din ma kellhiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tuner tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tan-NM, fl‑<DATE ISO="20101020">20 ta’ Ottubru 2010</DATE> l-Amministrazzjoni Fiskali u Doganali Daniża ħarġet avviż ta’ rettifika li jipprevedi l-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dazji doganali fuq l-importazzjoni tal-apparat għall-istreaming IPTV inkwistjoni fil-kawża prinċipali fir-rata ta’ 14 %, flimkien ma’ interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Adita b’ilment minn 2M-Locatel, il-Landsskatteretten (il-Kummissjoni Fiskali Nazzjonali, id-Danimarka), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>, emendat id-deċiżjoni tal-Amministrazzjoni Fiskali u Doganali Daniża u annullat l-ordni ta’ rkupru għar-raġuni li l-imsemmi apparat għall-istreaming IPTV kien jaqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Kontra din id-deċiżjoni, il-Ministeru għat-Taxxa u għad-Dazji tas-Sisa ppreżenta rikors li ntlaqa’ b’sentenza tal-byretten, Retten i Glostrup (il-Qorti Muniċipali ta’ Glostrup, id-Danimarka) tal‑<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>2M-Locatel appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa stabbilit bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali li l-apparat għall-istreaming IPTV inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfa il-kundizzjonijiet deskrittivi tas-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> tan-NM. Dawn jaqblu wkoll fuq il-fatt li, skont il-GATT tal‑1994 u tal-ATI, l-Unjoni għandha teżenta mid-dazji doganali l-apparat għall-istreaming li għandu funzjoni ta’ komunikazzjoni, bħall-prodott inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-punt fejn ma jaqblux jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-imsemmi apparat għall-istreaming IPTV għandux jitqies li jinkorpora <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>tuner tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li qieset li dan il-kunċett ma huwiex iddefinit min-NM u lanqas min-Noti ta’ Spjega tagħha, l-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[F]in-[NM],</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>is-subdiviżjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>---Tuners tal-vidjo<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-intestatura 8528,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT></TXT></NP></ITEM></LIST><P>għandhom jiġu interpretati fis-sens li jfissru li prodott li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-prodott fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> u li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni diretta, trażmessi permezz tat-teknoloġija tal-internet, iżda li ma jistax jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni diretta permezz ta’ antenna, ta’ televiżjoni bil-kejbil jew ta’ satellita, <HT TYPE="ITALIC">għandu jiġi kklassifikat</HT> taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT>, is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> jew taħt subintestatura oħra?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk in-NM għandhiex tiġi interpretata fis-sens li apparat, bħall-apparat għall-istreaming IPTV inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqax taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> jew taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita b’rinviju għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-klassifikazzjoni tariffarja, il-funzjoni tagħha hija li tiggwida lill-qorti nazzjonali fir-rigward tal-kriterji li permezz tagħhom din tal-aħħar tkun tista’ tikklassifika b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni taħt in-NM iktar milli li tagħmel hija stess din il-klassifikazzjoni, u dan iktar u iktar minħabba li hija ma jkollhiex neċessarjament għad-dispożizzjoni tagħha l-elementi indispensabbli kollha f’dan ir-rigward. Minħabba f’hekk, il-qorti tar-rinviju tinsab, fi kwalunkwe każ, f’pożizzjoni aħjar sabiex tagħmel il-klassifikazzjoni inkwistjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Medtronic</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑227/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:247">EU:C:2018:247</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u l-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jkun ibbażat, b’mod ġenerali, fuq il-karatteristiċi u fuq il-proprjetajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti fil-formulazzjoni tal-intestatura tan-NM u fin-noti dwar taqsima jew dwar kapitolu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>British Sky Broadcasting Group u Pace</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/09 u C‑289/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:248">EU:C:2011:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Digitalnet <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konformement mar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, il-klassifikazzjoni tal-merkanzija taħt is-subintestaturi tal-istess intestatura hija legalment iddeterminata skont it-termini ta’ dawn is-subintestaturi u tan-noti tas-subintestaturi, tat-taqsimiet jew tal-kapitoli, il-formulazzjoni tat-titoli tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subkapitoli meqjusa li għandhom biss valur indikattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, in-noti ta’ spjega tan-NM elaborati mill-Kummissjoni jikkontribwixxu b’mod importanti għall-interpretazzjoni tal-portata tad-diversi intestaturi, u dan madankollu mingħajr ma għandhom saħħa legali vinkolanti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>British Sky<?PAGE NO="8"?> Broadcasting Group u Pace</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/09 u C‑289/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:248">EU:C:2011:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Digitalnet <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, is-subintestatura <FT TYPE="CN">852871</FT> tan-NM tkopri l-apparat li jista’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni li ma huwiex iddisinjat sabiex jinkorpora fih display jew skrin tal-vidjow.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Hija tistabbilixxi distinzjoni bejn it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>tuners tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, imsemmija fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">85287111</FT>, <FT TYPE="CN">85287113</FT> u <FT TYPE="CN">85287119</FT> tan-NM, u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jaqgħu taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> tan-NM. Bħala kategorija residwali, din is-subintestatura tal-aħħar tkopri konsegwentement l-apparat li jirċievi s-sinjali tat-televiżjoni li ma għandux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>tuners tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>riċezzjoni ta’ vidjow<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>riċezzjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ikopru żewġ kunċetti identiċi (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Digitalnet <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ma huwiex ikkontestat li l-apparat għall-istreaming IPTV jita’ jirċievi sinjali tat-televiżjoni. Min-naħa l-oħra, 2M-Locatel u l-Ministeru għat-Taxxa u għad-Dazji tas-Sisa ma jaqblux dwar il-kwistjoni jekk dan l-apparat għandux jitqies li jinkorpora <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>tuner tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">852871</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, l-apparat għall-istreaming IPTV jirċievi sinjali diġitali u jissepara l-istazzjonijiet skont gruppi ta’ indirizzi fuq protokoll tal-internet, filwaqt li apparat għall-istreaming għat-televiżjoni trażmess permezz ta’ antenna, ta’ kejbil jew ta’ satellita jirċievi sinjali simili u jissepara billi jissettja l-frekwenzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju, hemm lok, għaldaqstant, li jiġi ddeterminat xi jkopri l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>tuner tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tas-subintestatura <FT TYPE="CN">852871</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ dan il-kunċett fin-NM, hemm lok jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tat-termini, li ma jingħataw ebda definizzjoni fid-dritt tal-Unjoni, għandha tiġi stabbilita skont it-tifsira komuni tagħhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li fl-istess ħin jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li jintużaw fih u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li jiffurmaw parti minnha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Digitalnet <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Tuner tal-vidjow<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>tuner tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens ta’ kuljum ta’ dan il-kliem, huwa apparat li jaqleb is-sinjal tat-televiżjoni bi frekwenza għolja f’sinjali li jistgħu jintużaw mill-apparat għall-irrekordjar u r-riproduzzjoni jew moniters tal-vidjow. Huwa jippermetti barra minn hekk li jintagħżlu s-sinjali tat-televiżjoni trażmessi fuq frekwenza speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni hija kkorroborata min-noti ta’ spjega tan-NM fis-seħħ fid-data tal-importazzjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont in-noti ta’ spjega tan-NM ippubblikati fit‑<DATE ISO="20060228">28 ta’ Frar 2006</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[d]an l-apparat jinkorpora ċirkuwiti seletturi, li jippermettu li jinqabad kanal speċjali jew frekwenza ta’ trasmissjoni, u ċirkuwiti ta’ demodulazzjoni. Huma ġeneralment iddisinjati sabiex joperaw b’antenna individwali jew maqsuma bejn ħafna (distribuzzjoni bil-kejbil ta’ frekwenza għolja). Is-sinjal ta’ l-output jista’ jintuża bħala sinjal ta’ l-input għal moniters tal-vidjow jew għall-apparat għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow. Jikkonsisti mis-sinjal oriġinali tal-kamera (jiġifieri, mhux immodulat għal skop ta’ trasmissjoni) […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont in-noti ta’ spjega tan-NM ippubblikati fis‑<DATE ISO="20080507">7 ta’ Mejju 2008</DATE>, is-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> tan-NM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>jkopri apparat mingħajr skrin, hekk imsejjaħ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>kaxxi ta’ fuq is-sett (set-top boxes) b’funzjoni ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>, li jikkonsisti mill-komponenti ewlenin li ġejjin […] tuner tal-vidjow. Il-preżenza ta’ konnekter RF [frekwenza tar-radju] turi li jista’ jkun hemm tuner tal-vidjow […]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, in-noti ta’ spjega tan-NM ippubblikati fit‑<DATE ISO="20080530">30 ta’ Mejju 2008</DATE> jipprovdu li s-subintestaturi <FT TYPE="CN">85287111</FT> sa <FT TYPE="CN">85287119</FT> tan-NM <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>jkopru apparat li jinkorpora tuner tal-vidjow li jaqleb is-sinjali televiżivi bi frekwenza għolja f’sinjali li jintużaw minn apparat għar-rekordjar u riproduzzjoni jew moniters tal-vidjow. Dan l-apparat jinkorpora ċirkuwiti seletturi, li jippermettu li jinqabad kanal speċjali jew frekwenza ta’ trasmissjoni, u ċirkuwiti ta’ demodulazzjoni. Huma ġeneralment iddisinjati sabiex joperaw b’antenna individwali jew maqsuma bejn ħafna (distribuzzjoni bil-kejbil ta’ frekwenza għolja). Is-sinjal ta’ l-output jista’ jintuża bħala sinjal ta’ l-input għal moniters tal-vidjow jew għall-apparat għar-rekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow. Jikkonsisti mis-sinjal oriġinali tal-kamera (jiġifieri, mhux immodulat għal skop ta’ trasmissjoni) […]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, sabiex jaqa’ taħt is-subintestaturi <FT TYPE="CN">85287111</FT> sa <FT TYPE="CN">85287119</FT> tan-NM, apparat għandu jinkorpora tuner tal-vidjow, jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>tuner tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, jiġifieri apparat li jippermetti li jinqabdu kanali speċjali jew frekwenzi ta’ trażmissjoni u li s-sinjali tat-televiżjoni bi frekwenza għolja jinqalbu f’sinjali li jistgħu jintużaw mill-apparat għall-irrekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow jew mill-moniters.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, huwa l-kompitu għaldaqstant tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk l-apparat għall-istreaming IPTV inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandux dawn il-karatteristiċi. Jekk le, dan għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura residwali <FT TYPE="CN">85287190</FT> tan-NM u, konsegwentement, jiġi suġġett għal dazji doganali fir-rata ta’ 14 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex imminata mill-paragrafu 2 tal-ATI, li jipprovdi li kull parti kontraenti għandha telimina d-dazji doganali applikabbli, b’mod partikolari għas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>set-top boxes b’funzjoni ta’ komunikazzjoni: apparat b’mikroproċessatur li jinkludi modem għall-aċċess għall-internet u li għandu funzjoni ta’ skambju interattiv ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-imsemmi apparat jinkorporax jew le tuner tat-televiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Ċertament, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-supremazija tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni fuq it-testi tad-dritt derivat teżiġi li dawn tal-aħħar jiġu interpretati, sa fejn ikun possibbli, inkonformità ma’ dawn il-ftehimiet (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>British Sky Broadcasting Group u Pace</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/09 u C‑289/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:248">EU:C:2011:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Digitalnet <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑320/11, C‑330/11, C‑382/11 u C‑383/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:745">EU:C:2012:745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li tali interpretazzjoni, li timplika li jiġi affermat li l-apparat għall-istreaming b’funzjoni ta’ komunikazzjoni għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85287113</FT> tan-NM, inkluż meta dawn ma jippermettux li jinqabdu kanali speċjali jew frekwenzi ta’ trażmissjoni, u lanqas li s-sinjali tat-televiżjoni bi frekwenza għolja jinqalbu f’sinjali li jistgħu jintużaw mill-apparat għall-irrekordjar jew riproduzzjoni tal-vidjow jew mill-moniters, ma hijiex possibbli peress li, bħalma jirriżulta mill-punt 42 ta’ din is-sentenza, din tmur kontra il-formulazzjoni tan-NM u, għaldaqstant, ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-qorti tal-Union ma tistax teżerċita stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli tal-WTO għall-perijodu qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu raġjonevoli mogħti lill-Unjoni, konformement mal-memorandum ta’ qbil dwar is-soluzzjoni tat-tilwim, sabiex tikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet jew mad-deċiżjonijiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO, taħt piena li tintilef l-effettività tal-għoti ta’ terminu bħal dan (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Hewlett-Packard Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:18">EU:C:2013:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, fil-kuntest tal-ATI, fis‑<DATE ISO="20100816">16 ta’ Awwissu 2010</DATE>, grupp speċjali tal-WTO ppubblika r-rapporti tiegħu fil-każijiet WT/DS375/R, WT/DS376/R u WT/DS377/R (Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom — Trattament tariffarju ta’ ċerti prodotti tat-teknoloġiji tal-informatika), li ġew adottati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO fil‑<DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Dawn ir-rapporti jindikaw, b’mod partikolari, kif għandu jinftiehem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>apparat għall-istreaming<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Dan huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>apparat li jipproċessa sinjal li dieħel li ġej minn sors ta’ sinjali estern b’mod illi jkun jista’ jintwera fuq skrin, bħal moniter tal-vidjow jew sett tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Huma jispeċifikaw li dan l-apparat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jista’ jiżgura funzjonalità waħda jew iktar, inkluż li jirċievi u li jiddekowdja trażmissjonijiet televiżivi, irrispettivament minn jekk ikunux trażmessi permezz ta’ satellita, ta’ antenna, ta’ kejbil jew tal-internet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, it-terminu raġjonevoli mogħti lill-Unjoni sabiex timplimenta l-imsemmija rapporti adottati mill-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-WTO skada fit‑<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE> u l-Kummissjoni ħadithom inkusiderazzjoni meta adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 620/2011 tal‑<DATE ISO="20110624">24 ta’ Ġunju 2011</DATE> li jemenda r-Regolament Nru 2658/87 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="166" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 166, p. 16</REF.DOC.OJ>). Konformement mal-Artikolu 2 tiegħu, dan ir-regolament daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE> u ma għandux effett retroattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-validità tar-Regolament Nru 1549/2006 ma tistax, fi kwalunkwe każ, tiġi mminata għar-raġuni li dan ir-regolament jikklassifika l-apparat għall-istreaming b’funzjoni ta’ komunikazzjoni li ma għandux tuner tat-televiżjoni fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat, bħall-apparat għall-istreaming IPTV inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi diretti fuq protokoll tal-internet għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> tagħha, sakemm dan ma jkollux tuner tal-vidjow, jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>tuner tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat‑<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE> dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 tas‑<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni trażmessi diretti fuq protokoll tal-internet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura <FT TYPE="CN">85287190</FT> tagħha, sakemm dan ma jkollux tuner tal-vidjow, jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>tuner tat-televiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>