Official Journal L 227 , 07/09/2000 P. 0013 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1887/2000 tas-6 ta’ Settembru 2000 li tikkonċerna l-awtorizazzjoni provviżorja ta’ addittiv ġdid fl-ikel (Test b’rilevanza għażl-ŻEE) IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna addittivi ġodda fl-għalf [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi biex addittivi ġodda ikunu jistgħu jiġu awtorizzati, billi jittieħed akkont ta’ l-avvanzi fit-tagħrif xjentifiku u tekniku. (2) L-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittivi ġodda għandha tingħata jekk, fil-livell permissibbli fl-għalf, ma jaffetwawx ħażin is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimal jew tal-ambjent, u lanqas ma tagħmel ħsara lill-konsumatur billi tbiddel il-karatteristiċi tal-prodotti ta’ l-annimali, jekk il-preżenza tiegħu fl-għalf tista’ tkun kontrollata, u hu raġonevoli biex tassumi, in vista tar-riżultati disponibbli, li l-kondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3a(a) tad-Direttiva 70/524/KEE, i.e. l-effetività, jkunu intlaħqu. (3) Fid-dawl tad-dettalji ippreżentati fil-file u eżaminati mill-Istati Membri, l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni proviżorja għal "klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja", li huwa tal-grupp "Aġenti tat-tgħaqqid, kontra t-tgħaqqid u l-koagulanti", intlaħqu. (4) "Klinoptilolit ta’ oriġini sedimentarja" għandhom ukoll ikunu inklużi fil-programm għas-sorveljar tal-preżenza possibbli għad-diossini stabiliti għal kwalunke addittivi oħra li huma ta’ l-istess grupp diġa awtorizzat. Dispożizzjoni hija magħmulha għall-programm għal aġenti tat-tgħaqqid awtorizzati, aġenti kontra t-tg]aqqid u koagulanti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2439/1999 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 739/2000 [4]. Wara l-15 ta’ Ottubru 2000, id-data li fiha r-riżultati tal-programm tas-sorveljar bħala komplut għandu jkun disponibbli, l-limiti ta’ sejbiet stabbiliti fil-metodu ta’ l-analiżi tad-diossina għandu jkun applikat jekk l-ebda limitu massimu speċifiku bbażat fuq informazzjoni suffiċjenti mill-programm ta’ sorveljar għall-preżenza tad-diossini f’dan l-addittiv ġdid hu stabbilit. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regoalment huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 "Klinoptilolite ta’ oriġini sedimentarja", li huwa tal-grupp "Aġenti tat-tgħaqqid, kontra t-tgħaqqid u l-koagulanti" hu hawnhekk proviżjonalment awtorizzat b’mod konformi mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf, skond il-kondizzjoni stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament qabel il-15 ta’ Ottubru 2000 fid-dawl tar-riżultati tal-programm ta’ sorveljar għal presenza ta’ diossina f’dan l-addittiv ġdid. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament l-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Settembru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, ta’ l-14.12.1970, p. 1. [2] ĠU L 155, tat-28.6.2000, p. 15. [3] ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 8. [4] ĠU L 87, tat-8.4.2000, p. 14. -------------------------------------------------- L-ANNESS Aġenti tat-tgħaqqid, kontra t-tgħaqqid u l-koagulanti Nru | Addittiv | Formula kemikali, deskrizzjoni | Speċje jew kategorija ta' l-annimal | Età massima | Kontenut minimu | Kontenut massimu | Disposizzjon ijiet oħrajn | Perijodu ta' l-awtorizzazzjoni | Mg/kg ta' l-g]alf komplut | Mg/kg ta' l-g]alf komplut | 4 | Klinoptilit ta' oriġini sedimentarja | Kalċju idrolizzat: ossilikat ta' l-alumina ta' oriġini sedimentarja li jkun fih mill-anqas 80 % ta' klinoptilolit u massimu ta' 20 % ta' minerali tat-tafal. Ħieles mill-fibra u mill-kwatrz. Kontenut massimu ta' diossini [1] | Majjali għas-simna | – | – | 20000 | L-għalf kollu | tat-30.9.2001 | Tiġieġ għas-simna | – | – | 20000 | L-għalf kollu | tat-30.9.2001 | Dundjani għas-simna | – | – | 20000 | L-għalf kollu | tat-30.9.2001 | Bovini | – | – | 20000 | L-għalf kollu | tat-30.9.2001 | Salamun | – | – | 20000 | L-għalf kollu | tat-30.9.2001 | [1] Fin-nuqqas tal-istabbeliment, jekk meħtieġ, ta' limiti massimu speċifiku ibbażat fuq informazzjoni suffiċċjenti rigward il-preżentza ta' diossini, il-limitu massimu ta' 50 pg WHO-PCCD/F-TEQ/lk għandu jkun applikabbli mill-15 ta' Ottubru 2000. --------------------------------------------------