|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4509 |
10.7.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
(C/2024/4509)
L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' Oleg Genrikhovich SAVELYEV (Nru 36), Sergey Yurevich KUZOVLEV (Nru 140) u Aleksandr Pavlovich LAPIN (Nru 1527), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (2) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet u informazzjoni ġodda. Dawn il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni relatata maż-żamma tal-miżuri restrittivi, qabel 17 ta’ Lulju 2024 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4509/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)