<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0700634701.case.xml"><NO.CASE>C-213/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0213</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6362</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6372</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20070718">18.7.2007</DATE> — KAWŻA C-213/05</LEFT><RIGHT>GEVEN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-213/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Bundessozialgericht (il-Ġermanja), permezz ta' deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="20050210">10 ta' Frar 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20050517">17 ta' Mejju 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Wendy Geven,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Land Nordrhein-Westfalen,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C W. A. Timmermans, A. Rosas, K. Lenaerts, P. Kuris u E. Juhàsz, Presidenti ta' l-Awla, R. Silva de Lapuerta, K. Schiemann (Relatur), J. Makarczyk, G. Arestis, A. Borg Barthet u M. Ilesiċ, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-6363"?><P>Avukat Ġenerali: L. A. Geelhoed,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal W. Geven, minn M. Eppelein, Assessor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C Jackson, bħala aġent, assistita minn E. Sharpston, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn V. Kreuschitz, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20060928">28 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta' Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" DATE.PUB="1968" PAGE.FIRST="2">ĠU L 257, p. 2</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6364"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn W. Geven kontra l-Land Nordrhein-Westfalen rigward ir-rifjut, minn dan ta' l-aħħar, li jagħtiha allowance għat-tifel tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artkolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 1612/68 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikun trattat b'mod differenti minn ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat Membru minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe kondizzjoni ta' l-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta' rimunerazzjoni, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaġġi soċjali u ta' taxxa bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-Artikolu 1(1) tal-liġi dwar l-għoti ta' l-allowance u tal-leave ta' ġenitur (Bundeserziehungsgeldgestez, iktar 'il quddiem il-<?PAGE NO="I-6365"?> <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>BErzGG<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), fil-verżjoni tagħha li kienet applikabbli fiż-żmien tal-fatti prinċipali, kienet tipprovdi li, sabiex titlob allowance għat-tfal, kull persuna għandha jkollha rresidenza permanenti jew ordinarja tagħha fil-Ġermanja, għandha tieħu ħsieb tifel/tifla dipendenti, għandha tassigura l-ħarsien u l-edukazzjoni tat-tifel/tifla u ma tistax teżerċita attività professjonali jew ma tistax teżerċita din l-attività full time.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skond l-Artikolu 1(4) tal-BErzGG, fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti prinċipali, iċ-ċittadini ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropew u l-ħaddiema fuq il-fruntiera li jkunu ġejjin minn pajjiż li għandu fruntiera komuni mal-Ġermanja għandhom id-dritt għal allowance għat-tfal sakemm huma jeżerċitaw, f'dan l-Istat Membru, attività professjonali li taqbeż il-livell minimu ta xogħol</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 8(1)(1) tal-ktieb IV tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Sozialgesetzbuch IV) fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti prinċipali (BGBl. I, p. 1229), attività kienet ikkunsidrata bħala minuri meta t-tul ta' żmien tagħha kien inqas minn 15-il siegħa fil-ġimgħa u meta r-remunerazzjoni mensili ma teċċedix parti waħda minn sebgħa tas-somma mensili skond l-Artikolu 18 ta' dan il-ktieb IV, jiġifieri DEM 610 fl-1997 u DEM 620 fl-1998.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>W. Geven hija ċittadina Olandiża. Mat-twelid ta' binha, fix-xahar ta' Diċembru 1997, hija kienet tirrisjedi fl-Olanda flimkien mar-raġel tagħha li kien jeżerċita attività professjonali f'dan l-Istat Membru. Wara l-perijodu ta' leave tal-maternità, matul lewwel sena ta' ħajja tat-tifel tagħha, ir-rikorrenti ħadmet fil-Ġermanja fejn il-ġimgħa ta' xogħol tagħha kienet tvarja bejn 3 u 14-siegħa u kienet tirċievi remunerazzjoni fil-ġimgħa bejn DEM 40 u DEM 168.87.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6366"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>It-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tikseb allowance għat-tfal għall-ewwel sena ta' ħajja tat-tifel tagħha ġiet irrifjutata mil-Land ta' Nordrhein-Westfalen, b'deċiżjoni tal-<DATE ISO="19980605">5 ta' Ġunju 1998</DATE>, fil-verżjoni tad-deċiżjoni mogħija b'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20000127">27 ta' Jannar 2000</DATE>. Din ta' l-aħħar immotivat id-deċizjoni tagħha bil-fatt li W. Geven la kellha r-residenza permanenti jew ordinarja tagħha fil-Ġermanja, u li hija ma kinitx marbuta minn kuntratt ta' xogħol li jipprovdi ta' l-anqas 15-il siegħa xogħol fil-ġimgħa. Minbarra dan, bħala persuna li teżerċita attività minuri, hija mhijiex ikkunsidrata bħala <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>ħaddiema<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta' l-<DATE ISO="19710614">14 ta' Ġunju 1971</DATE> dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-Sigurtà Soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-<DATE ISO="19961202">2 ta' Diċembru 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="028" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU 1997, L 28, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/97 tas-<DATE ISO="19970627">27 ta' Ġunju 1997</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU L 176, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rikorsi magħmula kontra din id-deċiżjoni, W. Geven tilfet fl-ewwel istanza u fl-appell rispettivament permezz tad-deċiżjonijiet tas-Sozialgericht Miinster tas-<DATE ISO="20020506">6 ta' Mejju 2002</DATE> u tal-Landessozialgericht Nordrhein-Westfalen ta' l-<DATE ISO="20031024">24 ta' Ottubru 2003</DATE>. B'hekk ir-rikorrenti ressqet quddiem il-qorti tar-rinviju talba għar-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Reviżj oni<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Budessozialgericht iddeċidiet li tissospondi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizza s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Jirriżulta mid-dritt Komunitarju (b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1612/68 [...]) li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma tistax teskludi l-għoti ta' allowance għat-tfal Ġermaniża lil ċittadina ta' Stat Membru ieħor, residenti f'dan l-istat, li jkollha impjieg minuri fil-Ġermanja (bejn 3 u 14-il siegħa fil-ġimgħa), minħabba li din ta' l-aħħar la jkollha residenza permanenti u lanqas residenza ordinarja fil-Ġermanja?<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6367"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 jipprovdi li l-ħaddiem migrant għandu jgawdi fl-Istat Membru ospitanti mill-istess vantaġġi soċjali u ta' taxxa bħall-ħaddiema nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-riferiment għall-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>vantaġġi soċjali<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/> li jinsab f'din id-dispożizzjoni ma jistax jiġi interpretat b'mod restrittiv (sentenza tas-<DATE ISO="19971127">27 ta' Novembru 1997</DATE>, Meints, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-57/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-6689">C-57/96, Ġabra p. I-6689, punt 39</REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, skond ġursiprudenza stabbilita, il-frażi, <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>vantaġġi soċjali<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> għandha tiġi interpretata bħala li tfisser il-vantaġġi kollha li, kemm jekk huma jew mhumiex marbuta ma kuntratt ta' impjieg, jinagħtaw ġeneralment lill-ħaddiema nazzjonali minħabba l-istatus oġġettiv tagħhom bħala ħaddiema jew minħabba s-sempliċi fatt tar-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali u lestensjoni ta' dawn il-vantaġġi għal ħaddiema ċittadini ta' Stati Membri oħra tidher, għaldaqstant, li tiffaċilita ċ-ċaqliq tagħhom ġewwa l-Komunità Ewropea (ara ssentenzi ta' l-<DATE ISO="19820114">14 ta' Jannar 1982</DATE>, Reina, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="65/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="33">65/81, Ġabra p. 33, punt 12</REF.DOC.ECR>; Meints, iċċitata iktar 'il fuq, punt 39, u tat-<DATE ISO="19980512">12 ta' Mejju 1998</DATE>, Martinez Sala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-85/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-2691">C-85/96, Ġabra p. I-2691, punt 25</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-allowance għat-tfal Ġermaniża tikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (ara s-sentenza Martinez Sala, iċċitata iktar 'il fuq, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u l-Gvern tar-Renju Unit irrilevaw li jkun inġust li ħaddiem fuq il-fruntiera, li għandu r-residenza jew il-post tax-xogħol tiegħu fi Stati Membri differenti, ikun jista' jgawdi mill-istess vantaġġi soċjali fiż-żewġt Istati Membru u li jgħaqqadhom flimkien. Sabiex tikkumpensa għal dan ir-riskju u fid-dawl tal-fatt li r-Regolament Nru 1612/68 ma fihx regoli ta' koordinazzjoni intiżi li jevitaw lakkumulu ta' benefiċċji, il-possibbiltà li allowance għat-tfal tiġi <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>esportata<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> fl-Istat Membru ta' residenza ta' ħaddiem fuq il-fruntiera tista' tiġi eskluża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6368"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-karatteristika ta' ħaddiem fuq il-fruntiera ta W. Geven ma żżommhiex milli tinvoka d-dritt ta' ugwaljanza ta' trattament previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 f'dak li jikkonċerna l-għoti ta' vantaġġi soċjali. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-ħaddiema fuq il-fruntiera jistgħu jibbażaw ruħhom fuq id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 bl-istess mod bħal kull ħaddiem ieħor kopert minn din id-dispożizzjoni. Filfatt, ir-raba' premessa ta' dan ir-regolament tipprovdi espressament li d-dritt għal moviment liberu għandu jitgawda <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>mingħajr diskriminazzjoni minn ħaddiema permanenti, staġjonali u tal-fruntiera u minn dawk li jwettqu l-attivitajiet tagħhom għall-iskop li jipprovdu servizzi<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> u l-Artikolu 7 tiegħu jirreferi, mingħajr ebda riżerva, għal <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> (sentenza Meints, iċċitata iktar 'il fuq, punt 50).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Minbarra dan, għandu jiġi mfakkar li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema (u, b'konsegwenza, tar-Regolament Nru 1612/68), kull ħaddiem li jeżerċita attività reali u effettiva bl-eċċezzjoni ta' dawk li l-attività tagħhom hija tant żgħira li tkun purament marġinali u anċillari (ara, b'mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="19820323">23 ta' Marzu 1982</DATE>, Levin, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="53/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="1035">53/81, Ġabra p. 1035, punt 17</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju stabbilixxiet li r-rikorrenti kienet, matul il-perijodu in kwistjoni, impjegatabxogħol reali li kien jippermettilha tinvoka l-karatteristika ta' <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>ħaddiem migrant<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> fis-sens tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li r-regola tat-trattament ugwali stabbilita kemm fl-Artikolu 48 tat-Trattat KE (li wara emenda sar l-Artikolu 39 KE) kif ukoll l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 tipprekludi mhux biss id-diskriminazzjoni ċara, ibbażata fuq in-nazzjonalità, iżda wkoll kull forma moħbija ta' diskriminazzjoni li, b'applikazzjoni ta' kriterji oħra ta' distinzjoni, iwasslu għall-istess riżultat (sentenza Meints, iċċitata iktar 'il fuq, punt 44).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6369"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sakemm mhijiex oġġettivament iġġustifikata u proporzjonata ma' l-għan imfittex, dispożizzjoni ta' dritt nazzjonali għandha titqies li hija indirettament diskriminatorja meta hija tista, min-natura tagħha stess, taffettwa iktar il-ħaddiema migranti miċ-ċittadini nazzjonali u li konsegwentement toħloq riskju li tqiegħed fi żvantaġġ iktar partikolarment lil ta' l-ewwel (sentenza Meints, iċċitata iktar 'il fuq, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ ta' kundizzjoni ta' residenza bħal dik in kwisjtoni fil-kawża prinċipali, li, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, huwa iktar faċli għall-ħaddiema nazzjonali li jirrispettawha milli fil-każ tal-ħaddiema ta' l-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skond l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, l-allowance għat-tfal Ġermaniża tikkostitwixxi strument ta' politika tal-familja nazzjonali intiż li jippromwovi r-rata tat-twelid fil-pajjiż. L-għan ewlieni ta' din l-allowance huwa li jippermetti lill-ġenituri li jieħdu ħsieb huma stess it-tfal tagħhom billi jirrinunzjaw għall-attività professjonali tagħhom jew li jnaqqsuha sabiex jiddedikaw ruħhom għall-edukazzjoni tat-tfal tagħhom matul l-ewwel fażi ta' l-eżistenza tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Ġvern Ġermaniż iżid, essenzjalment, li l-allowance għat-tfal tingħata sabiex tgħin lill-persuni li, minħabba l-għażla tar-residenza tagħhom, ikunu stabbilixxew rabta effettiva mas-soċjetà ta' l-Istat Ġermaniż. F'dan il-kuntest, il-kundizzjoni ta' residenza, bħal dik fil-kawża prinċipali, hija ġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-għanijiet imfittxa mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża jistgħux jiġġustifikaw leġiżlazzjoni nazzjonali bbażata esklużivament fuq il-kriterju tar-residenza, hemm lok li jiġi stabbilit li, skond l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, il-leġiżlatur Ġermaniż ma llimitax lilu nnifsu għal applikazzjoni stretta tal-kundizzjoni ta' residenza għall-għoti ta' l-allowance għat-tfal iżda aċċetta eċċezzjonijiet li jippermettu lill-ħaddiema fuq il-fruntiera li jibbenefikaw minnha wkoll</TXT></NP><?PAGE NO="I-6370"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, skond l-Artikolu 1(4) tal-BErzGG, fil-verżjoni tagħha applikabbli fiż-żmien tal-fatti prinċipali, il-ħaddiema fuq il-fruntiera li jeżerċitaw attività professjonali fil-Ġermanja iżda li huma residenti fi Stat Membru ieħor jistgħu jitolbu allowance għat-tfal Ġermaniża jekk l-attività professjonali tagħhom taqbeż il-limitu ta' l-impjieg minuri.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidher li, skond il-leġiżlazzjoni Ġermaniża fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti prinċipali, ir-residenza ma kinitx ikkunsdirata bħala l-unika fattur ta' rabta ma' l-Istat Membru kkonċernat u li kontribuzzjoni sinjifikattiva għas-suq tax-xogħol nazzjonali tikkostitwixxi wkoll element validu ta' integrazzjoni għas-soċjetà ta' dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, għandu jiġi aċċettat li n-nuqqas, fil-każ ta' ħaddiem mhux residenti, ta' attività professjonali sinjifikattiva biżżejjed fl-Istat Membru kkonċernat tista' tikkostitwixxi ġustifikazzjoni leċita għal rifjut ta' għoti tal-vantaġġ soċjali in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fis-sentenza ta' l-<DATE ISO="19951214">14 ta' Diċembru 1995</DATE>, Megner u Scheffel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-444/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4741">C-444/93, Ġabra p. I-4741, punti 18 sa 21 u 29</REF.DOC.ECR>), jekk, ċertament, persuna li għandha impjieg minuri bħal dak li għalih hemm riferiment fid-domanda preliminari għandha wkoll il-karatteristika ta' <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 39 KE, madankollu għandu jiġi mfakkar li fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, il-kompetenza soċjali hija kompetenza ta' l-Istati Membri, li għandhom marġni wiesa ta' diskrezzjoni fl-eżerċizzju tagħha. Madankollu, dan il-marġni ta' diskrezzjoni ma jistax ikollu bħala effett li jċaħħad mis-sustanza tagħhom id-drittijiet li l-persuni individwali għandhom permezz tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE li jistabbilixxu l-libertajiet fundamentali tagħhom (ara, f'dak li jikkonċerna l-Artikolu 39 KE, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19990126">26 ta' Jannar 1999</DATE>, Terhoeve, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-18/95" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-345">C-18/95, Ġabra p. I-345, punt 44</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="20070111">11 ta' Jannar 2007</DATE>, ITC, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-208/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-181">C-208/05, Ġabra p. I-181, punti 39 u 40</REF.DOC.ECR>, kif ukoll, b'analoġija, fil-qasam ta' trattament ugwali bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa, is-sentenzi Megner u Scheffe, iċċitata iktar 'il fuq, u tal-<DATE ISO="20030911">11 ta' Settembru 2003</DATE>, Steinicke, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-77/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-9027">C-77/02, Ġabra p. I-9027, punti 61 u 63</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6371"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif ġie rrilevat fil-punti 21 sa 25 ta' din is-sentenza, l-għan tal-leġiżlatur Ġermaniż huwa, fsitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinqipali, li jagħti allowance għat-tfal għall-persuni li jippreżentaw rabta suffiċjentement stretta mas-soċjetà Ġermaniża, mingħajr ma jirriżerva din l-allowance esklużivament għall-persuni li jirrisjedu fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-eżerċizzju tal-kompetenza tiegħu, dan il-leġiżlatur seta' raġonevolament iqis li l-esklużjoni mill-benefiċċju ta' l-allowance in kwisjtoni, tal-ħaddiema mhux residenti li jeżerċitaw fl-Istat Membru kkonċernat attività professjonali li ma taqbiżx il-limitu ta' l-impjieg minuri skond id-dritt nazzjonali, tikkostiwixxi miżura xierqa u proporzjonata fir-rigward ta' l-għan imfakkar fil-punt preċedenti (ara, b'analoġija, is-sentenza Megner u Scheffel, iċċitata iktar 'il fuq, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda preliminari hija li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ma jipprekludix l-esklużjoni, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, ta ċittadina ta' Stat Membru ieħor li tirrisjedi f'dan l-Istat Membru u li teżerċita fl-ewwel Stat attività professjonali minuri (bejn 3 u 14-il siegħa fil-ġimgħa), mill-benefiċċju ta' vantaġġ soċjali li għandu l-karatteristiċi ta' l-allowance għat-tfal Ġermaniża għar-raġuni li hija ma kellhiex fl-ewwel Stat la r-residenza permanenti u lanqas ir-residenza ordinarja tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6372"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta' u tiddeċiedi li:</P></INTRO><P>1) L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681005">5 ta' Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità ma jipprekludix l-esklużjoni, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru, ta' ċittadina ta' Stat Membru ieħor li tirrisjedi f'dan l-Istat Membru u li teżerċita fl-ewwel Stat attività professjonali minuri, ta' bejn 3 u 14-il siegħa fil-ġimgħa, mill-benefiċċju ta' vantaġġ soċjali li għandu l-karatteristiċi ta' l-allowance għat-tfal Ġermaniża għar-raġuni li hija ma kellhiex fl-ewwel Stat la r-residenza permanenti u lanqas ir-residenza ordinarja tagħha.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>