<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-98/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0098</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:355">EU:C:2019:355</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190502">2.5.2019</DATE> – Kawża C‑98/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">T. Boer &amp; Zonen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tas-saħħa</KEYWORD><KEYWORD>Pakkett ta’ iġjene</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 853/2004</KEYWORD><KEYWORD>Iġjene tal-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi tal-operaturi fis-settur tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti speċifiċi</KEYWORD><KEYWORD>Laħam ta’ ungulati domestiċi</KEYWORD><KEYWORD>Ħażna u trasport</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ temperatura tal-laħam</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑98/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20180206">6 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180212">12 ta’ Frar 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">T. Boer &amp; Zonen BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Economische Zaken,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe, President tad-Disa’ Awla, D. Šváby (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal T. Boer &amp; Zonen BV, minn K. J. Defares, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi, minn M. K. Bulterman u M. L. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, S. Horrenberger u A.‑L. Desjonquères, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér, G. Koós u M. M. Tátrai, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn C.‑R. Canţăr, C.‑M. Florescu u A. Wellman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Bouquet, W. Farrell u B. Eggers, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn T. Boer &amp; Zonen BV, impriża fis-settur tal-ikel stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, u l-iStaatssecretaris van Economische Zaken (is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi, il-Pajjiżi l-Baxxi, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Segretarju tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar multi amministrattivi imposti minn dan tal-aħħar fuq ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali minħabba li ttrasbordat, f’vettura li tkessaħ, il-laħam li laħaq temperatura ta’ iktar minn 7 gradi Celsius u ċerti prodotti tal-laħam li laħqu temperatura ta’ iktar minn 11‑il grad Celsius.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 853/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 2, 4 u 9 tar-Regolament Nru 853/2004 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(1)</NO.P><TXT>Skond ir-Regolament (KE) nru 852/2004 [tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319)], il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilew regoli ġenerali dwar l-iġjene ta’ oġġetti ta’ l-ikel għall-operaturi fin-negozju alimentari.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Ċerti oġġetti ta’ l-ikel jistgħu jkunu ta’ perikolu speċifiku għas-saħħa tal-bniedem, u dan jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ iġjene speċifiċi, partikolament fil-każ ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali, li dwaru jkunu saru rapporti ta’ perikoli mikrobijoloġiċi u kimiċi. Dan huwa b’mod partikolari l-każ ta’ ikel ta’ oriġini mill-annimali, li dwaru jkunu saru rapporti ta’ perikoli mikrobijoloġiċi u kimiċi ġew identifikati.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-saħħa pubblika, dawn ir-regoli fihom prinċipji komuni, b’mod partikolari għall-fabrikanti, u responsabbilitajiet <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>għall-Awtoritajiet kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/>, ħtiġiet strutturali, operattivi u iġjeniċi għall-istbbilimenti, proċeduri għall-approvazzjoi ta’ stabbilimenti, ħtiġiet għall-ħażna u t-trasport, u timbri sanitarji.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Il-miri prinċipali ta’ din ir-riformulazzjoni huma li tiġi assigurata f’livell għoli l-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-sigurtà alimentari, b’mod partikolari billi tqiegħed taħt l-istess regoli l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel tal-Komunità kollha, kif ukoll li s-suq intern fil-prodotti ta’ oriġini mill-annimali jiffunzjona sewwa, u b’dan il-mod issir kontribuzzjoni għalli jintlaħqu l-miri tal-politika agrikola komuni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-definizzjonijiet li jidhru fir-Regolament (KE) nru 178/2002;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>id-definizzjonijiet li jidhru fir-Regolament (KE) nru 852/2004;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>id-definizzjonijiet li jidhru fl-Anness I; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>id-definizzjonijiet tekniċi li hemm fl-Annessi II u III.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Obbligi ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-annessi II u III.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 ta’ dan l-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni ta’ l-istabbilimenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel jistgħu jqegħdu biss fis-suq prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħduma fil-Komunità li jkunu inħadmu u ġew trattati biss fi stabbilimenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-Regolament (KE) nru 852/2004, dawk ta’ l-annessi II u III ta’ dan ir-Regolament u ħtiġiet oħra rilevanti tal-liġijiet dwar l-ikel; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jkunu ġew reġistrati jew, meta dan hu meħtieġ, skond il-paragrafu 2, approvati mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-artikolu 6(3) tar-Regolament nru 852/2004, stabbilimenti li jittrattaw dawk il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li dwarhom l-Anness III ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi ħtiġiet, ma għandhom joperaw jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx approvathom skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu, bl-eċezzjoni ta’ l-istabbilmenti li jagħmlu biss:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>operazzjonijiet ta’ transport;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stabbiliment li jeħtieġ l-approvazzjoni skond il-paragrafu 2 ma għandux jopera jekk l-awtorità kompetenti ma tkunx, skond ir-Regolament (KE) nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> li stabbilixxa regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali, intiżi għall-konsum uman:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tatu l-approvazzjoni biex jopera wara viżta fuq il-post;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti skond ir-Regolament (KE) nru 854/2004. B’mod partikolari l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jassiguraw li stabbiliment jieqaf milli jopera jekk l-awtorità kompetenti tirtira l-approvazzjoni, jew fil-każ ta’ approvazzjoni kondizzjonali ma ggeddidhiex jew ma tagħtix l-approvazzjoni sħiħa.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament Nru 853/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi, fil-punt 1.16 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>biċċerija<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>stabbiliment użat għall-qatla u t-tindif ta’ l-annimali, li l-laħam tagħhom ikun destinat li jittiekel mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tas-Sezzjoni I tal-Anness III ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ħtiġiet għall-biċċeriji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jipprevedi diversi rekwiżiti dwar il-kostruzzjoni, it-tqassim u t-tagħmir tal-biċċeriji li għandhom jiġu ssodisfatti mill-operaturi fis-settur tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Anness III ta’ dan ir-regolament jinkludi Sezzjoni I, li l-Kapitolu VII tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ħażna u trasport<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jiddisponi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jassiguraw illi l-ħażna u t-trasport ta’ laħam ta’ ungulati domestiċi isir skond il-ħtiġiet li ġejjin.</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Sakemm dispożizzjonijiet speċifiċi oħra ma jiddisponux mod ieħor l-ispezzjoni post-mortem għandha tiġi segwita mmedjatament bit-tkessiħ fil-biċċerija biex tiġi żgurata temperatura fil-laħam kollu ta’ mhux iktar minn 3°C għall-ġewwieni u 7 °C għall-laħam ieħor [skont kurva li tiżgura tnaqqis kontinwu tat-temperatura. Madankollu, il-laħam jista’ jiġi mqatta’ u jista’ jitneħħielu l-għadam matul it-tkessiħ konformement mad-dispożizzjonijiet tal-punt 4 tal-Kapitolu V.]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Waqt li jsiru l-operazzjonjiet tat-tkessiħ, għandu jkun hemm ventilazzjoni adegwata biex ma ssirx il-kondensazzjoni fuq wiċċ il-laħam.</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-laħam għandu jilħaq it-temperatura msemmija fil-punt 1 u jżomm dik it-temperatura matul il-ħażna.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-laħam għandu jilħaq it-temperatura msemmija fil-punt 1 qabel ma jinġarr u jżomm dik it-temperatura matul il-ġarr. Madankollu, it-trasport jista’ jsir ukoll jekk l-awtorità kompetenti tawtorizzah biex tista’ ssir il-produzzjoni ta’ xi prodotti speċifiċi, sakemm:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dan it-trasport isir skond il-ħtiġiet li l-awtorità kompetenti tkun indikat fir-rigward ta’ trasport minn stabbiliment partikolari għal ieħor;</TXT><P>u</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-laħam għandu jitlaq mill-biċċerija, jew kamra tat-tqattigħ fl-istess bini tal-biċċerija, immedjatament u t-trasport ma jieħux iktar minn sagħtejn.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Laħam destinat għall-friża għandu jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn, billi jittieħed kont meta meħtieġ ta’ żmien biex il-laħam jistabbilizza qabel ma jiġi ffriżat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-laħam espost għandu jinħażen u jinġarr separatament mill-laħam ippakkjat, sakemm ma jkunx maħżun jew trasportat f’ħinijiet differenti jew b’tali mod illi l-materjal ta’ l-imballaġġ u l-mod ta’ ħażna u ġarr ma jistgħux jikkaġunaw kontaminazzjoni tal-laħam.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 852/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 852/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jippreċiża, fil-paragrafu 1(c) tiegħu, li, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għandu jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kwalunkwe unità tan-negozju ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Punti ta’ l-analiżi u l-kontroll kritiku tal-perikoli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel għandhom jistabbilixxu, jimplementaw u jżommu proċedura jew proċeduri permanenti ibbażati fuq il-prinċipji [<HT TYPE="ITALIC">Hazard Analysis Critical Control Point</HT> (HACCP) (Analiżi tal-Perikli u Punti Kritiċi ta’ Kontroll)].<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE> li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 327, p. 9</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 227, p. 5</REF.DOC.OJ>), jiddefinixxi, fl-Artikolu 3(2) tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>negozju ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kull intrapriża, sew għall-profitt sew jekk le u sew pubblika kemm privata, li twettaq xi waħda mill-attivitajiet relatati ma’ xi stadju ta’ produzzjoni, ipproċessar jew tqassim ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Analiżi tar-riskju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Biex jintlaħaq l-għan prinċipali ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u l-ħajja, il-liġi dwar l-ikel għandha tkun ibbażata fuq analiżi tar-riskju u fejn dan ma jkunx adattat għaċ-ċirkostanzi jew in-natura tal-miżura.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Prinċipju ta’ prekawzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara stima tat-tagħrif disponibbli, il-possibbiltà ta’ effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, miżuri provviżorji ta’ l-amministrazzjoni tar-riskju meħtieġa biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa magħżula fil-Komunità jistgħu jiġu adottati, sakemm ikun hemm aktar tagħrif xjentifiku disponibbli għal stima tar-riskju aktar komprensiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Miżuri adottati fuq il-bażi tal-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati u ma jkunux aktar restrittivi għan-negozju milli meħtieġ biex jintlaħaq il-livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa magħżul fil-Komunità, waqt li jingħata kont tal-possibbiltà teknika u ekonomika u ta’ fatturi oħra meqjusa bħala legittimi fil-kwistjoni taħt konsiderazzjoni. Il-miżuri għandhom jiġu riveduti f’perijodu raġonevoli ta’ żmien skond in-natura tar-riskju għall-ħajja jew saħħa identifikat u t-tip ta’ tagħrif xjentifiku meħtieġ biex tiġi ċċarata l-inċertezza xjentifika u biex titwettaq stima tar-riskju aktar komprensiva.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Protezzjoni ta’ l-interessi tal-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Il-liġi dwar l-ikel għandha timmira lejn l-interesi tal-konsumatur u għandha tipprovdi bażi għall-konsumaturi li jagħmlu għażla informata dwar l-ikel li jikkonsmaw. […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 178/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ħtiġijiet ġenerali tal-liġi dwar l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ikel m’għandux jitqiegħed fuq is-suq jekk ma jkunx tajjeb.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="014.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Biex jiġi stabbilit jekk l-ikel ikunx tajjeb għall-konsum uman, għandu jingħata kont ta’ jekk l-ikel ikunx aċċettabbli jew le għall-konsum uman skond l-użu maħsub tiegħu, minħabba raġunijiet ta’ kontaminazzjoni, sew b’materjal estraneju jew mod ieħor, jew minħabba putrifikazzjoni, deterjorament jew tħassir.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Responsabbiltajiet<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel u l-għalf f’kull stadju tal-produzzjoni, ipproċessar, u tqassim fin-negozji taħt il-kontroll tagħhom għandhom jiżguraw li l-ikel u l-għalf ikunu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel li huma relevanti għall-attivitajiet tagħhom u għandhom jivverifikaw li dawk il-ħtiġijiet jitħarsu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinfurzaw il-liġi dwar l-ikel, u jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-ħtiġijiet relevanti tal-liġi dwar l-ikel jiġu mħarsa mill-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel u l-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim.</ALINEA><ALINEA>Għal dak il-għan għandhom iżommu sistema ta’ kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra kif adattati fiċ-ċirkostanzi, inkluża komunikazzjoni pubblika dwar is-sigurtà u r-riskju ta’ l-ikel u l-għalf, sorveljanza dwar is-sigurtà ta’ l-ikel u l-għalf u attivitajiet oħra ta’ immonitorjar li jkunu jkopru l-istadji kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u tqassim.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom ukoll iniżżlu r-regoli dwar il-miżuri u penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-liġi dwar l-ikel u l-għalf. Il-miżuri u l-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Olandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 6.2(1) tal-Wet houdende een integraal kader voor regels over gehouden dieren en daaraan gerelateerde onderwerpen (il-Liġi li Tistabbilixxi Qafas Sħiħ għar-Regoli dwar l-Annimali Miżmuma u Kwistjonijiet Relatati), tad‑<DATE ISO="20110519">19 ta’ Mejju 2011</DATE> (Stb. 2001, Nru 345) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Liġi dwar l-Annimali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Huwa pprojbit l-aġir bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ regolament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-punti koperti minn din il-liġi, li huma msemmija permezz jew bis-saħħa ta’ regolament ta’ amministrazzjoni pubblika jew ta’ digriet ministerjali.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 8.7 tal-Liġi dwar l-Annimali jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Il-Ministru tagħna jista’ jimponi multa amministrattiva għal ksur.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 2.4 tar-Regeling van de Minister van Economische Zaken, nr. WJZ/12346914, houdende regels met betrekking tot dierlijke producten, (id-Digriet tal-Ministru tal-Affarijiet Ekonomiċi, Nru WJZ/12346914, li fih regoli dwar prodotti tal-annimali), tas‑<DATE ISO="20121207">7 ta’ Diċembru 2012</DATE> (Stcrt. 2012, Nru 25949), jiddisponi, fil-paragrafu 1(d) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 6.2(1) tal-Liġi dwar l-Annimali huma dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-Artikoli 3 u 4(1) sa (4) kif ukoll l-Artikoli 5 u 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>T. Boer &amp; Zonen topera biċċerija li primarjament tipproċessa u tikkumerċjalizza l-vitella, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti sekondarji tal-laħam. Hija tapplika proċess ta’ qatla li fih, wara l-qatla u t-tindif, il-karkassi u l-biċċiet ta’ karkassi jiġu progressivament imkessħa f’kamra kiesħa ħdejn il-post ta’ qtil u ta’ tindif. It-tkessiħ sussegwentement jitkompla f’vettura li tkessaħ li tinsab fiż-żona ta’ tagħbija tal-biċċerija, li fiha l-laħam jiġi ttrasbordat, għall-finijiet tat-trasport tiegħu, mill-kamra l-kiesħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex tiddetermina jekk it-temperatura ta’ tkessiħ meħtieġa, stabbilita għal 7 gradi Celsius fil-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament Nru 853/2004, tintlaħaqx fil-partijiet kollha tal-laħam, T. Boer &amp; Zonen tapplika regola empirika li skontha t-temperatura tal-laħam tinżel grad Celsius is-siegħa. Matul il-proċess progressiv ta’ tkessiħ, il-vettura li tkessaħ tibqa’ fil-konfini tal-proprjetà ta’ T. Boer &amp; Zonen, fejn id-dokumenti tat-trasport jitfasslu u jinħarġu fi tmiem dan il-proċess. Sussegwentement, il-laħam jiġi ttrasportat f’din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Matul l-ispezzjonijiet imwettqa fis‑16 u fit‑<DATE ISO="20141230">30 ta’ Diċembru 2014</DATE> min-Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit (l-Awtorità Olandiża għas-Sigurtà tal-Ikel u tal-Prodotti tal-Konsum, il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-bini ta’ T. Boer &amp; Zonen, instab li l-laħam kien ġie ttrasbordat f’vetturi li jkessħu b’temperatura ta’ iktar minn 7 gradi Celsius u, f’xi każijiet, ta’ iktar minn 11‑il grad Celsius. Instab ukoll li din il-prattika kienet ta’ natura strutturali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn is-sejbiet, permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet separati tas‑<DATE ISO="20150327">27 ta’ Marzu 2015</DATE>, is-Segretarju tal-Istat impona multi amministrattivi fuq T. Boer &amp; Zonen, ta’ ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">20000</FT>, minħabba, minn naħa, il-ksur tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 853/2004 u tal-punt 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tiegħu (ksur tat-temperatura massima għat-trasbord) u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel (ksur tal-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji HACCP).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>T. Boer &amp; Zonen ippreżentat rikors kontra l-imsemmija deċiżjonijiet. Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE>, is-Segretarju tal-Istat, li parzjalment laqa’ l-ilment ta’ T. Boer &amp; Zonen, naqqas l-ammont ta’ dawn il-multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Hija sussegwentement ippreżentat appell kontra din id-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20151001">1 ta’ Ottubru 2015</DATE> quddiem ir-Rechtbank Rotterdam (il-Qorti ta’ Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), li ġie miċħud fl‑<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>T. Boer &amp; Zonen appellat is-sentenza tal-ewwel istanza quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku, il-Pajjiżi l-Baxxi).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, T. Boer &amp; Zonen ssostni li t-tkessiħ tal-laħam jista’ jsir ukoll wara t-trasbord tiegħu f’vettura li tkessaħ, sakemm dan jilħaq it-temperatura meħtieġa ta’ 7 gradi Celsius u din il-vettura ma tkunx ħalliet is-sit tal-biċċerija qabel ma din it-temperatura tkun meqjusa li ntlaħqet abbażi tar-regola empirika li t-temperatura tal-laħam tonqos b’grad Celsius is-siegħa. Is-Segretarju tal-Istat isostni, għall-kuntrarju, li l-proċess ta’ tkessiħ applikat minn T. Boer &amp; Zonen huwa manifestament mhux konformi mad-dispożizzjonijiet u mal-għan tar-Regolament Nru 853/2004, minħabba li ma jiżgurax is-sigurtà tal-ikel. Skont dan, it-tkessiħ għandu jitwettaq fil-biċċerija, konformement mal-preskrizzjonijiet tal-punt 1 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I li jinsabu fl-Anness III ta’ dan ir-regolament, u l-vettura li tkessaħ ma tistax titqies bħala biċċerija, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, it-tkessiħ meħtieġ għandu jintlaħaq qabel ma l-laħam jiġi ttrasbordat f’din il-vettura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li huwa stabbilit, minn naħa, li t-temperatura tal-laħam spezzjonat mill-Awtorità Olandiża għas-Sigurtà tal-Ikel u tal-Prodotti tal-Konsum qabżet is‑7 gradi Celsius matul it-trasbord fil-vettura li tkessaħ u, min-naħa l-oħra, li ċ-ċirkustanzi tal-kawża pendenti quddiemha ma jikkorrispondux għas-sitwazzjoni prevista fl-inċiżi (a) u (b) fit-tieni sentenza tal-punt 3, tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I li tinsab fl-Anness III tar-Regolament Nru 853/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, minn naħa, li vettura li tkessaħ ma tistax tiġi assimilata ma’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>biċċerija<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, kif dan l-istabbiliment huwa ddefinit fil-punt 1.16 tal-Anness I tar-Regolament Nru 853/2004. Min-naħa l-oħra, hija tqis li tali vettura ma hijiex unità ta’ impriża fis-settur tal-ikel u ma tistax, konsegwentement, titqies bħala stabbiliment fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Nru 852/2004. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li t-trasport tal-laħam jibda meta dan jiġi ttrasbordat fil-vettura li tkessaħ u li t-tkessiħ sħiħ tiegħu għandu jintlaħaq qabel it-trasbord tiegħu f’din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, minħabba l-eżistenza ta’ sentenzi diverġenti mogħtija mill-qrati Olandiżi dwar l-interpretazzjoni tal-obbligu ta’ tkessiħ previst fil-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament Nru 853/2004, il-qorti tar-rinviju tirrikonoxxi li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma hijiex daqstant evidenti li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Qorti tal-Appell għall-Kwistjonijiet Amministrattivi fil-Qasam Ekonomiku) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Il-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-laħam għandu jitkessaħ fil-biċċerija anki sabiex it-trasbord tal-laħam ma jseħħx qabel dan ma jkun laħaq temperatura massima ta’ 7 gradi Celsius jew huwa possibbli ukoll li l-imsemmi laħam jitkessaħ ġewwa l-vettura li tkessaħ, sakemm din il-vettura ma titlaqx mill-post tal-biċċerija?<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li wara l-qatla l-laħam għandu jitkessaħ biss fil-bini tal-biċċerija sakemm il-laħam jilħaq, fil-partijiet kollha tiegħu, temperatura ta’ mhux iktar minn 7 gradi Celsius jew jekk dan jistax iseħħ ukoll f’vettura li tkessaħ li tinsab fis-sit ta’ din il-biċċerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 853/2004 jipprevedi, fit-tieni sentenza tal-punt 3 tal-Kapitolu VII li jinsab fis-Sezzjoni I ta’ dan l-anness, deroga mill-obbligu ta’ tkessiħ tal-laħam għal temperatura ta’ 7 gradi Celsius qabel it-trasport fir-rigward ta’ ċerti prodotti taħt kundizzjonijiet speċifiċi. Issa, tali deroga ma ġietx ikkunsidrata f’dan il-każ u l-qorti tar-rinviju ma tistaqsix lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sa fejn din tipprevedi tali deroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Konformement mal-punti 1 u 3 tal-Anness III tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu VII tar-Regolament Nru 853/2004, l-ispezzjoni <HT TYPE="ITALIC">post-mortem</HT> tal-annimali għandha tkun immedjatament segwita bi tkessiħ fil-biċċerija sabiex tiġi żgurata, fil-partijiet kollha tal-laħam, temperatura ta’ mhux iktar minn 7 gradi Celsius. Barra minn hekk, il-laħam irid jilħaq u jżomm din it-temperatura kemm qabel kif ukoll matul it-trasport tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li t-tkessiħ għandu jitwettaq fil-biċċerija stess. Għaldaqstant, għandu jiġi evalwat jekk vettura li tkessaħ, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tistax titqies bħala parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>biċċerija<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 853/2004, iddedikata għat-tkessiħ tal-laħam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-punt 1.16 tal-Anness I ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>biċċerija<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>stabbiliment użat għall-qatla u t-tindif ta’ l-annimali, li l-laħam tagħhom ikun destinat li jittiekel mill-bniedem<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Skont l-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament Nru 852/2004, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>stabbiliment<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għandu jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kwalunkwe unità tan-negozju ta’ l-ikel<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie kkonstatat fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, tali stabbiliment għandu jiżgura t-tkessiħ immedjat tal-partijiet kollha tal-laħam, qabel it-trasport tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni Ewropea, vettura li tkessaħ, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija, min-natura tagħha stess, maħsuba għat-trasport tal-laħam u ma hijiex involuta fil-proċess tal-qatla, tat-tindif u tat-tkessiħ tal-laħam qabel il-ħażna jew it-trasport tiegħu. Il-funzjoni ta’ tali vetturi prinċipalment tikkonsisti fit-trasport tal-laħam u mhux fit-tkessiħ tiegħu, peress li l-faċilitajiet ta’ tkessiħ tagħhom huma mfassla sabiex tinżamm temperatura baxxa matul it-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, u kif enfasizza l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, it-tkessiħ fil-kamra l-kiesħa tal-biċċeriji jippermetti applikazzjoni immedjata ta’ kesħa fl-aqwa kundizzjonijiet, sabiex jipprevjeni l-iżvilupp ta’ batterji u, konsegwentement, jiżgura livell għoli ta’ sigurtà tal-ikel, kuntrarjament għal dak li jista’ jintlaħaq f’vettura li tkessaħ, fejn it-temperatura tiġi kkontrollata biss b’mod empiriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jiġu kkontestati minħabba l-fatt li l-vettura li tkessaħ tinsab fis-sit tal-biċċerija matul il-proċess ta’ tkessiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 853/2004, l-operaturi fis-settur tal-ikel jistgħu jqiegħdu fuq is-suq biss prodotti ta’ oriġini mill-annimali maħduma (fl-Unjoni) li jkunu ġew ippreparati u ttrattati esklużivament fl-istabbilimenti li jkunu ġew irreġistrati jew, fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2, approvati mill-awtorità kompetenti. Il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu jipprevedi li l-istabbilimenti li jittrattaw il-prodotti ta’ oriġini mill-annimali suġġetti għal rekwiżiti skont l-Anness III ta’ dan ir-regolament jistgħu joperaw biss jekk l-awtorità kompetenti tkun tathom, wara żjara fuq il-post, l-awtorizzazzjoni tagħha li tippermetti lil dawn l-istabbilimenti li jaħdmu. L-ilqugħ ta’ din l-awtorizzazzjoni mill-operaturi fis-settur tal-ikel huwa suġġett għal ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-bini tal-istabbiliment fejn jitwettqu l-attivitajiet ta’ qatla u ta’ tindif, stipulati fil-Kapitolu II tas-Sezzjoni I tal-Anness III tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, il-mezzi ta’ trasport tal-laħam, filwaqt li huma suġġetti għal ċertu numru ta’ rekwiżiti, bħal dawk previsti fil-Kapitolu IV tal-Anness II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Trasport<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, tar-Regolament Nru 852/2004, huma eżentati minn tali proċedura ta’ awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti u ma humiex koperti mill-awtorizzazzjoni tal-operatur tal-biċċerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-interpretazzjoni tal-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament Nru 853/2004 fis-sens li l-operaturi fis-settur tal-ikel jistgħu jkessħu, f’vettura li tkessaħ li tinsab fis-sit ta’ biċċerija, il-laħam iddestinat għall-konsum mill-bniedem li ġej minn annimali li ġew maqtula sakemm dan jilħaq 7 gradi Celsius ma tistax tkun konformi mal-għan prinċipali mfittex mil-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene, li hija intiża, kif jirriżulta mill-premessa 9 ta’ dan ir-regolament, sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tas-sigurtà tal-ikel.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessa 2 tar-Regolament Nru 853/2004 jirriżulta li l-prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali jistgħu jkunu ta’ perikolu speċifiku għas-saħħa tal-bniedem, li jeħtieġu l-istabbiliment ta’ regoli speċifiċi ta’ iġjene.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika wassal lil-leġiżlatur tal-Unjoni, kif tistabbilixxi l-premessa 4 tar-Regolament Nru 853/2004, sabiex ipoġġi fuq l-operaturi fis-settur tal-ikel ir-responsabbiltà li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll sabiex jimponi l-obbligu li kull qatla ta’ annimali sseħħ fil-biċċeriji li josservaw ir-rekwiżiti tekniċi relatati mal-bini, mat-tifsil u mat-tagħmir inklużi, b’mod partikolari, fl-Anness III tar-Regolament Nru 853/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li wara l-qatla l-laħam għandu jitkessaħ fil-bini tal-biċċerija stess sakemm il-laħam jilħaq, fil-partijiet kollha tiegħu, temperatura ta’ mhux iktar minn 7 gradi Celsius, qabel ma jseħħ kwalunkwe trasbord ta’ dan il-laħam f’vettura li tkessaħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għandhom jiġu interpretati fis-sens li wara l-qatla l-laħam għandu jitkessaħ fil-bini tal-biċċerija stess sakemm il-laħam jilħaq, fil-partijiet kollha tiegħu, temperatura ta’ mhux iktar minn 7 gradi Celsius, qabel ma jseħħ kwalunkwe trasbord ta’ dan il-laħam f’vettura li tkessaħ.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>