|
23.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 346/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/1002/PESK
tat-22 ta’ Diċembru 2009
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta' Novembru 2006, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) (1); din il-Pożizzjoni Komuni ġiet emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2009/573/PESK (2) li implimentat ir-Riżoluzzjoni 1874 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti. |
|
(2) |
Il-projbizzjoni dwar il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment dirett jew indirett lir-RDPK ta' ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija għandha tinkludi l-oġġetti b'użu doppju u t-teknoloġija kollha elenkati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (3). |
|
(3) |
Il-Kunsill identifika l-persuni u l-entitajiet li jissodisfaw il-kriterji mniżżlin fl-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b) u l-Artikoli 3(1)(c) u 4(1)(c) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK. Dawn il-persuni u l-entitajiet għandhom għalhekk jiġu elenkati fl-Anness II u III għal dik il-Pożizzjoni Komuni. |
|
(4) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
1) |
fl-Artikolu 1(1), il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
|
|
2) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “3. Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:
wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, għall-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I, dwar l-intenzjoni li jawtorizza, fejn adatt, l-aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika. 4. Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:
|
Artikolu 2
L-Annessi II u III għall-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK għandhom jiġu sostitwiti bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. CARLGREN
(1) ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32.
ANNESS
“ANNESS II
A. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b)
|
# |
Isem (u psewdonimi eventwali) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
CHANG Song-taek (magħruf ukoll bħala JANG Song-Taek) |
Data tat-twelid 2.2.1946 jew 6.2.1946 jew 23.2.1946 (provinċja ta' Hamgyong Nord) Numru tal-passaport (fl-2006): PS 736420617 |
Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. Direttur tad-Dipartiment Amministrattiv tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea |
|
2. |
CHON Chi Bu |
|
Membru tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon. |
|
3. |
CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang) |
Data tat-twelid: bejn l- 1928 u l-1933 |
Prim Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tad-Difiża (programm ballistiku), Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, membru tal-Kummissjoni nazzjonali tad-Difiża. |
|
4. |
CHU Kyu-Chang (magħruf ukoll bħala JU Kyu-Chang) |
Data tat-twelid 1934 (Mandchourie, Ċina |
Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il). |
|
5. |
JON Pyong-ho |
Data tat-twelid: 1926 |
Segretarju tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, Kap tal-Kumitat Ċentrali tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Provvisti Militari li jikkontrolla t-Tieni Kumitat Ekonomiku tal-Kumitat Ċentrali, membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. |
|
6. |
KIM Yong-chun (magħruf ukoll bħala Young-chun |
Data tat-twelid: 4.3.1935 Numru tal-passaport: 554410660 |
Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, Konsulent Speċjali ta' Kim Jong II għall-istrateġija nukleari. |
|
7. |
O Kuk-Ryo |
Data tat-twelid: 1931 (provinċja ta' Jilin, Ċina) |
Viċi-President tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż tat-teknoloġiji moderni għall-programm nukleari u dak ballistiku |
|
8. |
PAEK Se-bong |
Data tat-twelid: 1946 |
President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli mill-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tad-Difiża. |
|
9. |
PAK Jae-gyong (magħruf ukoll bħala Chae-Kyong |
Data tat-twelid: 1933 Numru tal-passaport: 554410661 |
Viċi-Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi-Direttur tal-uffiċċju tal-loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari ta' Kim Jong Il). |
|
10. |
PYON Yong Rip (magħruf ukoll bħala Yong-Nip) |
Data tat-twelid: 20.9.1929 Numru tal-passaport: 645310121 (maħruġ fit-13.9.2005) |
President tal-Akkademja tax-Xjenzi li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM |
|
11. |
RYOM Yong |
|
Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti) responsabbli mir-relazzjonijiet internazzjonali. |
|
12. |
SO Sang-kuk |
Data tat-twelid: bejn l-1932 u l-1938 |
Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung. |
B. Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b)
|
# |
Isem (u psewdonimi eventwali) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
|
1. |
Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon |
|
Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009). |
|
2. |
Korea Pugang mining and machinery corporation ltd |
|
Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009), li tamministra fabbriki għall-produzzjoni ta' trab tal-alluminju li jista' jintuża fil-qasam tal-missili. |
|
3. |
Korean Ryengwang trading corporation |
Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, Korea ta' Fuq |
Filjali tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità magħżula min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). |
|
4. |
Sobaeku United Corp (magħrufa wkoll bħala Sobaeksu United Corp |
|
Kumpannija Statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti jew ta' tagħmir sensittiv. Hija għandha diversi depożiti ta' grafita naturali li jipprovdu bil-materja prima lil żewġ fabbriki ta' proċessar li jipproduċu partikolarment blokki tal-grafita li jistgħu jintużaw fil-qasam ballistiku. |
“ANNESS III
A. Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3(1)(c) u 4(1)(c)
|
1. |
KIM Tong-un |
|
Direttur tal-‘Uffiċċju 39’ tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni. |