|
21.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10599 – Clearlake Capital Group / STG Partners / Dodge Construction Network)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 31/08)
1.
Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Clearlake Capital Group, L.P. (“Clearlake”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Dodge Construction Network Holdings, L.P. (“Dodge”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn STG Partners, LLC (“STG”, l-istati Uniti tal-Amerka) |
Clearlake u STG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Dodge.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Clearlake: investiment ta’ ekwità privata, b’kumpaniji ta’ portafoll attivi fis-software u s-servizzi abilitati mit-teknoloġija, l-enerġija u l-provi industrijali, u l-konsumaturi, |
|
— |
STG: investiment ta’ ekwità privata, b’kumpaniji ta’ portafoll attivi fis-software, id-data u l-analitika, |
|
— |
Dodge: fornitur ta’ data, analitika, aħbarijiet u intelligence li jservu l-industrija tal-kostruzzjoni kummerċjali tal-Amerka ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10599 – Clearlake Capital Group / STG Partners / Dodge Construction Network
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).