European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2573

27.9.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2573

tat-23 ta’ Settembru 2024

li taħtar tliet membri u seba’ membri supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Bulgarija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti tal-Gvern Bulgaru,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1153 (2), li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Ivan ALEKSIEV u s-Sur Emil IVANOV u t-tmiem tal-mandat nazzjonali, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Malina EDREVA AUDOIN.

(4)

Konsegwentement għar-riżenji tas-Sur Daud ALYAOVLU, is-Sa Sebihan MEHMED u s-Sa Ivanka NIKOLOVA u t-tmiem tal-mandati nazzjonali saru vakanti s-siġġijiet ta’ seba’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni u abbażi ta’ dan ġew proposti għall-ħatra s-Sur Dobromir DOBREV, is-Sa Dimitranka KAMENOVA, is-Sa Cornelia MARINOVA u s-Sur Rumen PEHLIVANOV.

(5)

Il-Gvern Bulgaru ppropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Dоbrin DOBREV, Кмет на община Разград (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Razgrad), is-Sur Dimitar NIKOLOV, Кмет на община Бургас (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Burgas), u s-Sa Tsvetelina SIMEONOVA-ZARKIN, Общински съветник в Столичен общински съвет (Kunsillier Muniċipali fil-Kunsill Muniċipali ta’ Sofia).

(6)

Il-Gvern Bulgaru ppropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sur Isa BESOOLU, Кмет на община Павел баня (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Pavel Banya), is-Sur Ivo DIMOV, Кмет на община Димитровград (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Dimitrovgrad), is-Sur Angel DZHORGOV, Кмет на община Самоков (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Samokov), is-Sur Ivan GAYKOV, Кмет на община Приморско (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Primorsko), is-Sur Blagomir KOTSEV, Кмет на община Варна (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Varna), is-Sur Dencho MINEV, Кмет на община Трявна (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Tryavna), u s-Sur Adnan YALDAZ, Кмет на община Стамболово (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Stambolovo),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:

(a)

bħala membri:

—

Is-Sinjur Dоbrin DOBREV, Кмет на община Разград (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Razgrad),

—

Is-Sur Dimitar NIKOLOV, Кмет на община Бургас (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Burgas),

—

Is-Sa Tsvetelina SIMEONOVA-ZARKIN, Общински съветник в Столичен общински съвет (Kunsilliera Muniċipali fil-Kunsill Muniċipali ta’ Sofija);

u

(b)

bħala membri supplenti:

—

Is-Sur Isa BESOOLU, Кмет на община Павел баня (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Pavel Banya),

—

Is-Sur Dimitar NIKOLOV, Кмет на община Димитровград (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Dimitrovgrad),

—

Is-Sur Angel DZHORGOV, Кмет на община Самоков (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Samokov),

—

Is-Sur Ivan GAYKOV, Кмет на община Приморско (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Primorsko),

—

Is-Sur Blagomir KOTSEV, Кмет на община Варна (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Varna),

—

Is-Sur Dencho MINEV, Кмет на община Трявна (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Tryavna),

—

Is-Sur Adnan YALDAZ, Кмет на община Стамболово (Sindku tal-Muniċipalità ta’ Stambolovo).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

FELDMAN Z.


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1153 tat-30 ta’ Lulju 2020 li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 256, 5.8.2020, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1153/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2573/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)