|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2366 |
27.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2366
tas-26 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta' tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) għall-finanzjament mill-Istati Membri tal-azzjonijiet tal-Unjoni taħt il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) biex tinżamm il-paċi, jiġu pprevenuti l-konflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-Artikolu 21(2), il-punt (c), tat-Trattat. B'mod partikolari, skont l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, l-EPF trid tintuża biex tiffinanzja miżuri ta' assistenza bħal azzjonijiet biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali b'rabta ma' kwistjonijiet militari u ta' difiża. |
|
(2) |
B'reazzjoni għall-gwerra ta' aggressjoni mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, fit-28 ta' Frar 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 (2) li stabbiliet miżura ta' assistenza biex tkopri l-finanzjament tal-provvista ta' tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali lill-Forzi Armati tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Fit-18 ta' Marzu 2024, abbażi ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jiġi stabbilit Fond ta' Assistenza għall-Ukrajna (UAF), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/890 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 biex il-limitu massimu finanzjarju ġenerali tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) jiżdied b'EUR 5 000 000 000 biljun fl-2024 (fi prezzijiet attwali), ammont speċifikament iddedikat għall-Ukrajna, u mmirat biex jiżgura appoġġ militari sostenibbli u prevedibbli lill-Ukrajna. |
|
(4) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2026, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2026/2364 (4) li żiedet l-ammont ta' referenza tal-miżura ta’ assistenza finanzjarja skont id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 b’EUR 1 798 856 325,22 għal EUR 5 918 856 325,22. Fid-dawl tal-gwerra ta' aggressjoni li għaddejja mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li dak l-ammont ta' referenza finanzjarja jiżdied b'EUR 2 179 060 000,00 addizzjonali mill-UAF, maħsubin biex ikopru l-finanzjament tal-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta' tagħmir u pjattaformi militari mfassla biex iwasslu forza letali, inkluż biex jiġu koperti t-talbiet eżistenti għal rimborż li ntbagħtu lill-Punt Ċentrali ta' Koordinament tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea qabel it-18 ta' Marzu 2024, id-data tal-istabbiliment tal-UAF, u sal-15 ta' Novembru 2024. |
|
(5) |
Fil-21 ta' Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1470 (5) , li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK (6) sabiex tipprevedi li depożitorji ċentrali tat-titoli li jkollhom assi u riżervi b'valur totali ta' aktar minn EUR 1 000 000 għandhom jikkontribwixxu, mill-profitti netti straordinarji tagħhom li jirriżultaw mill-immobilizzazzjoni tal-assi Russi, kontribuzzjoni finanzjarja ekwivalenti għal 99,7 % ta' dawk il-profitti netti li jakkumulaw mill-15 ta' Frar 2024. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi li perċentwal speċifiku tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lill-Unjoni, li għandu jiġi rieżaminat kull sena, għandu jintuża biex jappoġġa lill-Ukrajna, permezz tal-EPF. |
|
(6) |
Barra minn hekk, fil-21 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1471 (7) dwar l-allokazzjoni tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lill-EPF skont id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1470. Dik id-Deċiżjoni tispeċifika li l-ammonti allokati għall-EPF skont id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1470 għandhom jiġu allokati għal miżuri ta’ assistenza għall-provvista ta’ appoġġ militari lill-Forzi Armati tal-Ukrajna, u li l-allokazzjoni tal-ammonti riċevuti bejn il-miżuri ta’ assistenza għandha tiġi ddeterminata u rieżaminata perjodikament mill-Kumitat tal-Faċilità stabbilit skont id-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 f’konformità ma’ orjentazzjoni strateġika ddedikata pprovduta mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 9(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509. Din il-miżura ta’ assistenza jenħtieġ li tibqa’ disponibbli għall-allokazzjonijiet futuri tal-ammonti riċevuti. |
|
(7) |
Miżuri ta' assistenza jridu jiġu implimentati b'kont meħud tal-prinċipji u r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni (PESK) 2021/509, b'mod partikolari f'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK (8), u f'konformità mar-regoli għall-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ffinanzjati taħt l-EPF. |
|
(8) |
Il-Kunsill jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu li jipproteġi, jippromwovi u jiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-prinċipji demokratiċi u li jsaħħaħ l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. |
|
(9) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Id-durata tal-Miżura ta' Assistenza għandha tkun ta' 82 xahar mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.” |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
M. HEYDON
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta' Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/509/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/338 tat-28 ta' Frar 2022 dwar miżura ta' assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta' tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L 60, 28.2.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/338/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/890 tat-18 ta' Marzu 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, (ĠU L, 2024/890, 19.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/890/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2364 tas-26 ta’ Ottubru 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/338 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-provvista lill-Forzi Armati Ukreni ta’ tagħmir u pjattaformi militari, imfassla biex iwasslu forza letali (ĠU L, 2026/2364, 27.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2364/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1470 tal-21 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li iddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L, 2024/1470, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1470/oj).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/512/oj).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1471 tal-21 ta' Mejju 2024 dwar l-allokazzjoni tal-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa lill-Faċilità Ewropea għall-Paċi skont id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1470 (ĠU L, 2024/1471, 22.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1471/oj).
(8) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2008/944/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2366/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)