European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5299

30.9.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(C/2025/5299)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1978 (2) u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1980 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li jenħtieġ li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandhom japplikaw għal dawk il-persuni u l-entitajiet.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 26 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jressqu talba quddiem il-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2026, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq jenħtieġ terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)   ĠU L, 2025/1978, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1978/oj.

(3)   ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(4)   ĠU L, 2025/1980, 29.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1980/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5299/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)