|
4.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 984/2010
tat-3 ta' Novembru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Ovčí hrudkový syr – salašnícky (STG)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (traduzzjoni mhux uffiċjali) (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, l-applikazzjoni mressqa mis-Slovakkja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Ovčí hrudkový syr – salašnícky” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
|
(3) |
Ma ntalbitx il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b’dan hija rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsubin għall-konsum mill-bniedem imniżżlin fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.3. Ġobnijiet
IS-SLOVAKKJA
Ovčí hrudkový syr – salašnícky (STG)