European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2814

21.5.2025

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2025/2814)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Alpes-Maritimes”

PGI-FR-A1148-AM03

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika u żona fil-viċinanza immedjata

Fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-punt 4 - Żona ġeografika u żona fil-viċinanza immedjata - tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġie ssupplimentat b’referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, li jirrikonoxxi u jistabbilixxi l-lista tal-muniċipalitajiet skont id-département fil-livell nazzjonali. Dan l-adattament editorjali jippermetti li ż-żona ġeografika tinkiteb mill-ġdid mingħajr ebda bidla f’lista ta’ muniċipalitajiet u li ssir referenza għaż-żona ġeografika b’rabta mal-verżjoni fis-seħħ fl-2020 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE, u li d-demarkazzjoni taż-żona ġeografika tingħata ċertezza legali.

Id-Dokument Uniku ġie ssupplimentat b’din ir-referenza u l-aġġornament tal-lista tal-muniċipalitajiet fit-taqsima “Żona ġeografika” kif ukoll fit-taqsima “Żona fil-viċinanza immedjata”.

2.   Taħlita tal-varjetajiet ta’ dwieli

Fil-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott - il-punt V - Taħlita tal-varjetajiet ta’ dwieli, il-korp ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni talab l-inklużjoni tal-varjetajiet:

—

reżistenti għat-tinwir tad-dwieli u għall-mell abjad:

Muscaris B, Soreli B, Souvignier gris B, Artaban N, Floréal B, Vidoc N, Voltis B, Monarch N, Prior N, Solaris B, Sauvignac B, Lilaro N.

—

reżistenti għan-nixfa:

Assyrtiko B, Verdejo B, Xinomavro N, Xarello B, Nero d’Avola N, Agiorgitiko N, Moschofilero Rs.

Dawn il-varjetajiet inaqqsu l-ħtieġa għall-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti filwaqt li jikkorrispondu għall-varjetajiet użati għall-produzzjoni tal-IĠP kemm fil-karatteristiċi fiżjoloġiċi kif ukoll f’dawk enoloġiċi. Ma jbiddlux il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed tal-IĠP.

Id-Dokument Uniku ġie aġġornat fit-taqsima “Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed”.

3.   Awtorità responsabbli għall-kontroll

Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes ġie emendat biex tiġi ssimplifikata t-taqsima intitolata “Awtorità responsabbli għall-kontroll”, u biex jiġi speċifikat li l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandha tiġi vverifikata skont pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz iddelegat mill-INAO u li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza.

Din is-simplifikazzjoni ma taffettwax id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Alpes-Maritimes

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP – Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

3.1.   Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda

—

22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL

2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

1.   Inbejjed bla gass ħomor, rożè u bojod

DESKRIZZJONI QASIRA

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes tikkonsisti fi nbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass. L-inbejjed bla gass li jibbenefikaw mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes għandhom qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta’ mill-inqas 9 %. Għall-inbejjed bla gass, il-qawwa alkoħolika proprja (limitu massimu jew limitu) (spumanti biss), il-qawwa alkoħolika totali, l-aċidità totali, l-aċidità volatili, id-diossidu tal-kubrit totali u d-diossidu tal-karbonju (spumanti biss) huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Ewropea. L-inbejjed ħomor huma ġeneralment tanniċi, vivaċi u qawwija. Għandhom kulur li jvarja minn aħmar lewn ir-rubini għall-granata skur bi sfumaturi vjola. L-inbejjed rożè għandhom aromi kemm ta' fjuri, kif ukoll ta’ frott u ta' ħwawar, bi struttura qawwija fil-palat minħabba t-taħlitiet użati, bi freskezza li ġejja l-aktar mill-grenache N u mis-cinsault N. Huma ta’ lewn roża jgħajjat bi sfumaturi lewn is-salamun. L-inbejjed bojod huma kumplessi u eleganti u huma kkaratterizzati b’mod partikolari minn aromi ta’ fjuri u ta’ frott taċ-ċitru. Huma fini, vivaċi, b’togħma ta’ frott u għandhom lewn isfar ċar bi sfumaturi ħodor jew lewn id-deheb ileqq u trasparenti.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

2.   Inbejjed spumanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI QASIRA

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes tikkonsisti fi nbejjed ħomor, rożè u bojod spumanti ta’ kwalità. L-inbejjed spumanti ta’ kwalità għandhom bżieżaq fini u eleganti, flimkien ma’ freskezza pjaċevoli b’aromi ta’ fjuri jew ta’ frott skont il-varjetajiet użati għall-cuvée. L-inbejjed spumanti ta’ kwalità jiġu prodotti l-aktar mill-grenache N u l-mourvèdre N għall-inbejjed rożè u mill-vermentino B u s-sémillon B għall-inbejjed bojod. Dawn għandhom aromi ta’ fjuri u ta’ frott u jfakkru fil-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed bla gass. Għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità, il-limitu massimu jew il-valur ta’ limitu għall-qawwa alkoħolika proprja (spumanti biss), il-qawwa alkoħolika totali, l-aċidità totali, l-aċidità volatili, id-diossidu tal-kubrit totali u d-diossidu tal-karbonju (spumanti biss) huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): —

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

—

Aċidità totali minima: —

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): —

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): —

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

L-inbejjed għandhom ikunu konformi, fil-qasam tal-prattiki enoloġiċi, mal-obbligi stabbiliti fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

120 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona definita

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes isiru fil-muniċipalitajiet kollha tal-Alpes-Maritimes skont il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2020.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Agiorgitiko N

 

Alicante Henri Bouschet N

 

Aligoté B

 

Altesse B

 

Aramon N

 

Aramon blanc B

 

Aramon gris G

 

Aranel B

 

Arbane B

 

Arinarnoa N

 

Arriloba B

 

Arrouya N

 

Artaban N

 

Assyrtiko B

 

Aubin B

 

Aubin vert B

 

Aubun N - Murescola

 

Auxerrois B

 

Bachet N

 

Barbaroux Rs

 

Baroque B

 

Biancu Gentile B

 

Blanc Dame B

 

Bouchalès N

 

Bouillet N

 

Bouquettraube B

 

Bourboulenc B - Doucillon blanc

 

Brachet N - Braquet

 

Brun Fourca N

 

Brun argenté N - Vaccarèse

 

Béclan N - Petit Béclan

 

Béquignol N

 

Cabernet blanc B

 

Cabernet franc N

 

Cabernet-Sauvignon N

 

Caladoc N

 

Calitor N

 

Camaralet B

 

Carcajolo N

 

Carcajolo blanc B

 

Carignan N

 

Carignan blanc B

 

Carmenère N

 

Castets N

 

Chardonnay B

 

Chasan B

 

Chatus N

 

Chenanson N

 

Chenin B

 

Cinsaut N - Cinsault

 

Clairette B

 

Clairette rose Rs

 

Clarin B

 

Claverie B

 

Codivarta B

 

Colombard B

 

Colombaud B - Bouteillan

 

Corbeau N - Douce noire

 

Cot N - Malbec

 

Couderc noir N

 

Counoise N

 

Courbu B - Gros Courbu

 

Courbu noir N

 

Couston N

 

Crouchen B - Cruchen

 

César N

 

Duras N

 

Durif N

 

Egiodola N

 

Ekigaïna N

 

Elbling B

 

Etraire de la Dui N

 

Fer N - Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc

 

Feunate N

 

Floreal B

 

Folignan B

 

Folle blanche B

 

Fuella nera N

 

Furmint B

 

Gamaret

 

Gamay N

 

Gamay de Bouze N

 

Gascon N

 

Genovèse B

 

Gewurztraminer Rs

 

Goldriesling B

 

Gouget N

 

Graisse B

 

Gramon N

 

Grassen N - Grassenc

 

Grenache N

 

Grenache blanc B

 

Grenache gris G

 

Gringet B

 

Grolleau N

 

Grolleau gris G

 

Gros Manseng B

 

Joubertin

 

Jurançon blanc B

 

Jurançon noir N - Dame noire

 

Knipperlé B

 

Lauzet B

 

Lilaro N

 

Liliorila B

 

Listan B - Palomino

 

Lledoner pelut N

 

Macabeu B - Macabeo

 

Mancin N

 

Manseng noir N

 

Marsanne B

 

Marselan N

 

Maréchal Foch N

 

Mauzac B

 

Mauzac rose Rs

 

Mayorquin B

 

Melon B

 

Merlot N

 

Merlot blanc B

 

Meslier Saint-François B - Gros Meslier

 

Meunier N

 

Milgranet N

 

Molette B

 

Mollard N

 

Monarch N

 

Mondeuse N

 

Mondeuse blanche B

 

Monerac N

 

Montils B

 

Morrastel N - Minustellu, Graciano

 

Moschofilero Rs

 

Mourvaison N

 

Mourvèdre N - Monastrell

 

Mouyssaguès

 

Muresconu N - Morescono

 

Muscadelle B

 

Muscardin N

 

Muscaris B

 

Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato

 

Muscat cendré B - Muscat, Moscato

 

Muscat d'Alexandrie B - Muscat, Moscato

 

Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato

 

Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato

 

Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato

 

Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato

 

Mérille N

 

Müller-Thurgau B

 

Nero d'avola N

 

Nielluccio N - Nielluciu

 

Noir Fleurien N

 

Négret de Banhars N

 

Négrette N

 

Oberlin noir N

 

Ondenc B

 

Orbois B

 

Pagadebiti B

 

Pascal B

 

Perdea B

 

Persan N

 

Petit Courbu B

 

Petit Manseng B

 

Petit Meslier B

 

Petit Verdot N

 

Picardan B - Araignan

 

Pineau d'Aunis N

 

Pinot blanc B

 

Pinot gris G

 

Pinot noir N

 

Piquepoul blanc B

 

Piquepoul gris G

 

Piquepoul noir N

 

Plant de Brunel N

 

Plant droit N - Espanenc

 

Portan N

 

Portugais bleu N

 

Prior N

 

Prunelard N

 

Précoce Bousquet B

 

Précoce de Malingre B

 

Raffiat de Moncade B

 

Riesling B

 

Riminèse B

 

Rivairenc N - Aspiran noir

 

Rivairenc blanc B - Aspiran blanc

 

Rivairenc gris G - Aspiran gris

 

Rosé du Var Rs

 

Roublot B

 

Roussanne B

 

Roussette d'Ayze B

 

Sacy B

 

Saint Côme B

 

Saint-Macaire N

 

Saint-Pierre doré B

 

Sauvignac B

 

Sauvignon B - Sauvignon blanc

 

Sauvignon gris G - Fié gris

 

Sciaccarello N

 

Segalin N

 

Seinoir N

 

Select B

 

Semebat N

 

Semillon B

 

Servanin N

 

Solaris B

 

Soreli B

 

Souvignier gris B

 

Sylvaner B

 

Syrah N - Shiraz

 

Tannat N

 

Tempranillo N

 

Terret blanc B

 

Terret gris G

 

Terret noir N

 

Tibouren N

 

Tourbat B

 

Tressot N

 

Téoulier N

 

Ugni blanc B

 

Valdiguié N

 

Varousset N

 

Velteliner rouge précoce Rs

 

Verdejo B

 

Verdesse B

 

Vermentino B - Rolle

 

Vidoc N

 

Villard blanc B

 

Villard noir N

 

Viognier B

 

Voltis B

 

Xarello B

 

Xinomavro N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika u tal-prodott

Iż-żona ġeografika tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes, li tinsab fix-Xlokk ta’ Franza, fir-reġjun ta’ Provence-Alpes-Côte d’Azur, u li tmiss mal-Mediterran, tkopri d-département kollu tal-Alpes-Maritimes. Din hija kkaratterizzata primarjament minn varjabbiltà estrema tal-pajsaġġi. Fil-fatt, il-parti agrikola ta’ dan id-département hija limitata u tinsab qrib il-faxxa kostali, b’kompetizzjoni qawwija għall-art, kif ukoll fil-widien li jagħtu għall-muntanji u fuq l-għoljiet l-aktar esposti. Tradizzjonalment, fuq dawn l-għoljiet, id-dielja tmiss mas-siġra taż-żebbuġ, billi l-widien huma aktar orjentati lejn il-produzzjoni ta’ fjuri jew ta’ ħaxix.

Il-produzzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes ġejja minn vinja żgħira (anqas minn 50 ettaru ddikjarati), frammentata fi gżejriet ta’ daqs varjabbli (il-muniċipalitajiet ta’ Nice, Saint Jeannet, u Saint-Paul-de-Vence) u mifruxa f’azjendi agrikoli żgħar.

Din il-vinja, li tinsab fil-qalba ta’ Provence Alpine, fix-xifer tal-Lvant ta’ Provence Calcaire, u l-aktar dik li tinsab f’Nice u fiż-żoni tal-madwar jafu s-sottoswol tagħhom lir-“rivoluzzjoni plijokenika” li wasslet għall-ħolqien ta' dan il-baħar kbir permezz ta’ inklinazzjoni lejn in-Nofsinhar ta’ Provence. Id-depożiti sedimentarji li rriżultaw jikkonsistu fi ħxuna sinifikanti ta’ konglomerati fil-wiċċ, imsejħa “konglomerati tad-delta plijokenika tal-Var”. Il-pajsaġġi ġew stabbiliti fil-perjodu Kwaternarju b’inklinazzjoni ġdida ta’ Provence, din id-darba lejn il-Punent, inklinazzjoni li ġġorr dawn il-konglomerati għal altitudni ta’ 600 m: hekk ġew stabbiliti l-għoljiet weqfin.

Il-ħamrija li ġejja minn dawn il-formazzjonijiet tikkonsisti fi trab tar-ramel u l-ġir u f’ċagħaq irromblat li ġejjin mill-erożjoni tal-massifs tal-Alpi ta’ ħdejha. Eċċezzjoni notevoli hija l-ħamrija dolomitika u taflija bil-ġir, rikka fil-manjeżju tal-gżejjer ta’ Lérins.

Il-vinja hija mħawla f’altitudni ta’ mhux aktar minn 400 metru, kważi esklussivament fuq għoljiet orjentati lejn it-Tramuntana-Nofsinhar, rarament fuq żoni muntanjużi fin-naħa ta’ fuq tal-għoljiet, filwaqt li jiġu rispettati l-esponimenti fil-Lvant jew fil-Punent fuq irqajja’ art li ntgħażlu b’attenzjoni għall-ħsad tal-għeneb. Id-dwieli għandhom l-għeruq tagħhom f’imbankmenti dojoq, iffurmati mill-bniedem, jew “restanques”, li jikkonsistu f’ċagħaq irromblat, imħallat ma’ ramel aħrax ħafna (trab) bi ftit saffi ta’ blat tafli.

Il-medja annwali ta’ xita hija ta’ 830 mm, b’2 820 siegħa dawl tax-xemx essenzjali fis-sena.

Il-preżenza tal-wied ta’ Var hija fundamentali għall-karatterizzazzjoni tal-klima tad-dwieli. Fil-fatt, din tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-irjieħ skont l-assi tal-għoljiet, u b’hekk il-vinja tiġi soġġetta għall-irjieħ tat-Tramuntana, li jiġu mill-Alpi matul il-lejl u parti mill-għodwa, imbagħad għaż-żiffa tal-baħar li tiġi mil-Lvant fi tmiem il-ġurnata. Anki jekk il-bilanċ ekonomiku tal-azjendi agrikoli huwa parzjalment ibbażat fuq il-ħtieġa li jitħawlu l-varjetajiet kollha li jistgħu jipproduċu taħlitiet oriġinali u jissodisfaw is-swieq, waħda mill-partikolaritajiet ta’ din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta hija x-xewqa tal-produtturi tal-inbid li jippreservaw varjetajiet lokali, bħall-braquet N, il-fuella nera N, il-grassen N, u l-mourvaison N għall-vinifikazzjoni tal-inbejjed ħomor. L-inbejjed li ġejjin mill-varjetajiet braquet N u fuella nera N għandhom ħiliet interessanti ta’ maturazzjoni. Ħdejhom, wieħed isib varjetajiet komuni mal-bqija ta’ Provence abbażi tal-mourvèdre N, tas-cinsault N, tal-carignan N, jew saħansitra tal-grenache N jew tal-alicante N.

Minn din il-medda ta’ varjetajiet “suwed”, l-għelieqi jipproduċu nbejjed ħomor, tanniċi, vivaċi u qawwija.

L-inbejjed rożè jiġu prodotti minn taħlitiet li jiżvelaw inbejjed b’aromi kemm ta’ fjuri, kif ukoll ta’ frott u ta’ ħwawar, bi struttura qawwija fil-palat, iżda dejjem ikkaratterizzata minn freskezza pjaċevoli.

L-inbejjed bojod, li ġejjin prinċipalment mill-varjetà vermentino B, magħrufa lokalment bħala “rolle”, huma kumplessi u eleganti, b’aromi ta’ fjuri u ta’ frott taċ-ċitru. Dawn jistgħu juru ħila tajba għall-maturazzjoni. Varjetajiet oħra jistgħu jintużaw fil-kompożizzjoni tagħhom, bħar-roussanne B, il-clairette B, il-bourboulenc B u x-chardonnay B.

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità jiġu prodotti l-aktar mill-grenache N u l-mourvèdre N għall-inbejjed rożè u mill-vermentino B u s-sémillon B għall-inbejjed bojod. Dawn għandhom aromi ta’ fjuri u ta’ frott u jfakkru fil-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed bla gass.

8.2.   Rabta kawżali

Ikkaratterizzata sew mill-ambjent ġeografiku tagħha, u mill-pajsaġġi dejjem jinbidlu u kontrastanti li jgħaddu mill-kosta tal-Mediterran għall-muntanji għoljin, din il-vinja tikkombina l-karatteristiċi ta’ vinja ta’ Provence ma’ ċerti influwenzi mit-Tramuntana. Il-baħar u l-muntanji, ix-xemx u r-riħ kiesaħ, il-kuntrasti sinifikanti bejn ubac u adret jaffettwaw id-dwieli u s-siġar taż-żebbuġ daqskemm jaffettwaw il-bniedem.

L-għoljiet esposti sew, il-ħamrija li tiskula u li tiffavorixxi t-tħawwil u t-tkabbir veġetattiv tad-dielja, filwaqt li tipproteġiha mill-ħsara kkawżata mill-maltempati tas-sajf, u t-temp xemxi u bir-riħ li jippermetti maturazzjoni tajba u preservazzjoni tal-mard kriptogamiku, kollha jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-vinja. Dawn il-karatteristiċi klimatiċi jippermettu proċess bil-mod ta’ maturazzjoni li huwa essenzjali b’mod partikolari għall-freskezza u l-eleganza tal-inbejjed bojod u rożè, kif ukoll tal-inbejjed spumanti. Dawn iwasslu wkoll għall-karattru qawwi u tanniku tal-inbejjed ħomor.

It-tħawwil tad-dwieli ġie ffavorit ukoll mill-pożizzjoni ta’ dawn l-għoljiet, ’il bogħod biżżejjed mill-kosta biex jiskoraġġixxu l-invażjonijiet tal-barbari, iżda madankollu viċin biżżejjed tal-baħar biex jippermettu l-iskambji tal-kummerċ.

Għalhekk, minkejja l-kompetizzjoni minn kultivazzjonijiet oħra u, b’mod partikolari, minkejja l-kultivazzjoni tal-qronfol ta’ Nice, li ħalliet ħafna qligħ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-vinja żviluppat mill-ġdid b’mod gradwali bis-saħħa tad-determinazzjoni ta' xi ftit familji tal-produtturi tal-inbid li kienu kapaċi jippreservaw varjetajiet tad-dwieli antiki u lokali, karatteristiċi u adattati ferm għal dan it-territorju.

Madwar ħmistax-il azjenda agrikola tal-familja għadhom jiddefendu l-vitikultura f’côte d’Azur. Dawn jipproduċu madwar 600 sa 700 hl fis-sena ta’ nbejjed bla gass, li 50 % minnhom huma nbejjed ħomor, 35 % inbejjed bojod, 15 % inbejjed rożè, u li l-kwalità tagħhom ilha mill-1979 rikonoxxuta bid-denominazzjoni “Vin de Pays”. Kull sena jiġu prodotti 3 000 sa 4 000 flixkun inbid spumanti.

L-inbejjed tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta kienu kapaċi juru l-identità tagħhom stess u jiżviluppaw ir-reputazzjoni tagħhom stess, u l-produzzjoni tal-patrijiet ta’ Lérins hija xempju ta’ dan b’firxa ta’ nbejjed rikonoxxuti u apprezzati ħafna. Ir-reputazzjoni tal-inbejjed tal-Alpes Maritimes tidher mis-saħħa ekonomika tajba ta’ din il-produzzjoni kummerċjalizzata b’70 % fil-livell reġjonali, fi fliexken għal klijentela essenzjalment turistika u bi prezzijiet attraenti ħafna (bejn EUR 8 u EUR 10 għal kull unità), b’20 % fit-territorju nazzjonali u b’10 % fl-esportazzjoni.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjetà waħda jew aktar.

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes tista’ tiġi ssupplimentata bil-kliem “primeur” (bikri) jew “nouveau” (ġdid). It-termini “bikri” jew “ġdid” huma riżervati għall-inbejjed bla gass.

Il-logo “IGP” tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “indication géographique protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) jiġi sostitwit bil-kliem tradizzjonali “Vin de Pays” (Inbid Lokali).

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed li jibbenefikaw mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Alpes-Maritimes hija magħmula mill-muniċipalitajiet li jmissu maż-żona ġeografika skont il-kodiċi ġeografiku uffiċjali tas-sena 2020, jiġifieri:

Fil-Lbiċ, fil-fruntiera mad-département ta’ Var fil-muniċipalitajiet li ġejjin:

Les Adrets-de-l'Estérel, Ampus, Les Arcs, Bagnols-en-Forêt, Bargème, Bargemon, La Bastide, Le Bourguet, Brenon, Callas, Callian, Cavalaire-sur-Mer, Châteaudouble, Châteauvieux, Claviers, Cogolin, Comps-sur-Artuby, La Croix-Valmer, Draguignan, Fayence, Figanières, Flayosc, Fréjus, La Garde-Freinet, Gassin, Grimaud, Lorgues, La Martre, La Môle, Mons, Montauroux, Montferrat, La Motte, Le Muy, Le Plan-de-la-Tour, Puget-sur-Argens, Ramatuelle, Rayol-Canadel-sur-Mer, Roquebrune-sur-Argens, La Roque-Esclapon, Saint-Antonin-du-Var, Sainte-Maxime, Saint-Paul-en-Forêt, Saint-Raphaël, Saint-Tropez, Salernes, Seillans, Sillans-la-Cascade, Tanneron, Taradeau, Tourrettes, Trans-en-Provence, Trigance, Vidauban.

Fil-Punent, fil-fruntiera mad-département tal-Alpes de Haute-Provence fil-muniċipalitajiet li ġejjin:

Allons, Allos, Angles, Annot, Barcelonnette, Beauvezer, Braux, Castellane, Castellet-lès-Sausses, Colmars, La Condamine-Châtelard, Demandolx, Enchastrayes, Entrevaux, Faucon-de-Barcelonnette, Le Fugeret, La Garde, Jausiers, Lambruisse, Le Lauzet-Ubaye, Méailles, Moriez, La Mure-Argens, Méolans-Revel, Peyroules, Pontis, La Rochette, Rougon, Saint-André-les-Alpes, Saint-Benoît, Saint-Julien-du-Verdon, Saint-Paul-sur-Ubaye, Saint-Pierre, Saint-Pons, Sausses, Soleilhas, Thorame-Basse, Thorame-Haute, Les Thuiles, Ubaye-Serre-Ponçon, Ubraye, Uvernet-Fours, Val-de-Chalvagne, Val d'Oronaye, Vergons, Villars-Colmars.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-21d7b276-d069-4cd5-84ee-9bb99da97e7c


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2814/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)