Official Journal 139 , 13/06/2003 P. 0001 - 0001
Att tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2003 li jfassal Protokoll li jemenda, rigward il-ħolqien ta' database li jidentifika l-inkartamenti msejsa fuq id-dwana, il-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana (2003/C 139/01) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 34(2)(d) tiegħu, Wara li kkonsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża [1], Wara li kkonsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], BILLI s-Sistema Doganali ta' l-Informazzjoni pprovvduta fil-Konvenzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni għall-għanijiet tad-dwana [3] għandha tintuża għall-iskambju tat-tagħrif li jirrigwarda l-eżistenza tad-dokumenti dwar l-investigazzjonijiet għaddejjin jew ikkompletati u għall-kordinament approprjat ta' l-investigazzjonijiet, IDDEĊIEDA illi hawnhekk huwa stabbilit il-Protokoll, li t-test tiegħu jingħata fl-Anness u li ġie ffirmat illum mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, JIRRAKKOMMANDA illi tiġi adottata mill-Istati Membri skond il-ħtiġiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom [4]. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Mejju 2003. Għall-Kunsill Il-President M. Chrisochoïdis [1] ĠU C 328, 23.11.2001, p. 12. [2] Opinjoni mogħtija fit-18 ta' Diċembru 2002 (għadhu mhux ippublikata fil-Gurnal Uffiċcjali. [3] ĠU C 316, 27.11.1995, p. 34. [4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Sekretarjat Ġenerali tal-Kunsill. --------------------------------------------------