15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 123/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/749/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t'Isfel fir-rigward tal-BSE (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/761/UE tas-7 ta’ Diċembru 2010 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali approvati mill-Ungerija u mir-Renju Unit għall-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (3), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/187/UE tal-24 ta’ Marzu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-ostreid herpesvirus 1 μνar (OsHV-1 μνar) f'ċerti żoni fl-Irlanda u fir-Renju Unit (4), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(5)

Din id-Deċiżjoni tapplika għall-Islanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-oqsma li ma kinux japplikaw għall-Islanda qabel ir-reviżjoni ta’ dan il-Kapitolu permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 (5).

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm tiġi estiża l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattazzjonijiet settorjali għall-Anness I. Għalhekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 94 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE) fil-Parti 4.2:

“, kif emendat permezz ta':

—

32010 D 0761: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/761/UE tas-7 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 47),

—

32011 D 0187: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/187/UE tal-24 ta’ Marzu 2011 (ĠU L 80, 26.3.2011, p. 15).”;

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE) fil-Parti 7.2:

“—

32010 D 0749: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/749/UE tat-2 ta’ Diċembru 2010 (ĠU L 318, 4.12.2010, p. 47).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/749/UE, 2010/761/UE u 2011/187/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 72.

(2)   ĠU L 318, 4.12.2010, p. 47.

(3)   ĠU L 322, 8.12.2010, p. 47.

(4)   ĠU L 80, 26.3.2011, p. 15.

(5)   ĠU L 100, 10.4.2008, p. 27.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.