|
30.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 140/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 472/2008
tad-29 ta' Mejju 2008
li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir fir-rigward ta’ l-ewwel sena bażi li għandha tiġi applikata għas-serje ta' perjodi fin-NACE Rev. 2 u, għas-serje ta' perjodi qabel l-2009 li għandha tiġi trażmessa skond in-NACE Rev. 2, il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta' Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(k) u (l) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta' statistika għal perjodu qasir għall-Komunità dwar iċ-ċiklu ekonomiku. L-għan ta' din l-istatistika hu ddefinit mir-referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (NACE Rev. 1) (2). |
|
(2) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika, se tinħareġ statistika fuq medda ta' żmien qasir immexxija mir-Regolament (KE) Nru 1165/98 skond in-NACE Rev. 2 mill-1 ta' Jannar 2009 'il quddiem. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 17(k) u (l) tar-Regolament (KE) Nru 1165/98, jeħtieġ li tiġi ddeterminata l-ewwel sena ta' bażi li għandha tiġi applikata għas-serje ta' perjodi fin-NACE Rev. 2 u, għas-serje ta' perjodi qabel l-2009 li għandhom jiġu trażmessi skond in-NACE Rev. 2, il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel sena ta' bażi li għandha tiġi applikata għal statistika ta' tul ta' żmien qasir immexxija mir-Regolament (KE) Nru 1165/98 u prodotta skond in-NACE Rev. 2, se tkun l-2005 (l-2006 għal D-310).
Artikolu 2
1. Ir-rekwiżiti speċifiċi rigward il-livell ta' dettall, il-forma, l-ewwel perjodu ta' referenza, u l-perjodu ta' referenza għas-serje ta' perjodi qabel l-2009 li għandhom jiġu trażmessi skond in-NACE Rev. 2, se jiġu stipulati fl-Anness.
2. Is-serje ta' perjodi miġbura skond ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 se tingħadda lill-Kummissjoni (Eurostat) kif ġej:
|
(a) |
fil-każ ta' varjabbli tax-xahar, mhux aktar tard mid-data korrispondenti li tirreferi għal Jannar 2009; |
|
(b) |
fil-każ ta' data ta' kull tlett xhur, mhux aktar tard mid-data korrispondenti li tirreferi għall-ewwel tlett xhur ta' l-2009. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 29 ta’ Mejju 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 162, 5.6.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.
ANNESS
Rekwiżiti speċifiċi għas-serje ta' perjodi qabel l-2009 li għandhom jiġu trażmessi skond in-NACE Rev. 2
Il-livell ta' dettall li l-varjabbli individwali għandu jkollhom meta jiġu trażmessi huwa l-istess bħal dak stipulat fit-taqsimiet (f) ta' l-Annessi A, B, Ċ u D rispettivament, tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 (f'li ġej imsejjaħ “ir-Regolament STS”).
Il-forma li l-varjabbli individwali li jiġu trażmessi għandu jkollhom hi l-istess bħal dik stipulata fit-taqsimiet (d) ta' l-Annessi A, B, Ċ u D rispettivament, tar-Regolament STS.
It-tabella li jmiss tindika l-ewwel perjodu ta' referenza li għalih il-varjabbli individwali għandhom jiġu trażmessi skond in-NACE Rev. 2. Id-dati kollha huma pprovduti fil-format xx/ssss għal dati fix-xahar u kk/ssss għal kull kwart ta' sena.
Speċjalment fl-Anness D (Servizzi oħrajn) tar-Regolament STS, l-introduzzjoni tan-NACE Rev. 2 teħtieġ id-disponibbiltà ta' data aktar dettaljata milli taħt in-NACE preċedenti jew ta' data dwar l-attivitajiet individwali li mhumiex koperti mill-STS qabel l-introduzzjoni tan-NACE Rev. 2. F'tali każijiet, meta barra minn hekk, mhux possibbli li jintħarġu stimi ta' kwalità tajba, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jagħżlu l-ewwel perjodu ta' referenza wara l-2000 suġġett għal approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni (Eurostat).
|
Fatturi varjabbli |
Kategorija |
L-ewwel perjodu ta' referenza |
|
INDUSTRIJA |
||
|
A-110 |
Produzzjoni |
01/2000 |
|
A-120 |
Fatturat |
01/2000 |
|
A-121 |
Fatturat lokali |
01/2000 |
|
A-122 |
Fatturat mhux lokali |
01/2000 01/2005 għat-tqassim bejn iż-żona ta' l-ewro u ż-żona mingħajr ewro |
|
A-130 |
Ordnijiet ġodda riċevuti |
01/2000 |
|
A-131 |
Ordnijiet ġodda lokali |
01/2000 |
|
A-132 |
Ordnijiet ġodda mhux lokali |
01/2000 01/2005 għat-tqassim bejn iż-żona ta' l-ewro u ż-żona mingħajr ewro |
|
A-210 |
In-numru ta' persuni impjegati |
Q1/2000 |
|
A-220 |
Sigħat maħduma |
Q1/2000 |
|
A-230 |
Pagi u salarji gross |
Q1/2000 |
|
A-310 |
Prezzijiet ta’ produzzjoni |
01/2000 |
|
A-311 |
Prezzijiet tal-produzzjoni tas-suq lokali |
01/2000 |
|
A-312 |
Prezzijiet tal-produzzjoni tas-suq mhux lokali |
01/2000 01/2005 għat-tqassim bejn iż-żona ta' l-ewro u ż-żona mingħajr ewro |
|
A-340 |
Prezzijiet ta' l-importazzjoni |
01/2006 |
|
KOSTRUZZJONI |
||
|
B-110 |
Produzzjoni |
01/2005 għal data fix-xahar Q1/2000 għal data ta' kull tlett xhur |
|
B-115 |
Produzzjoni tal-kostruzzjoni tal-bini |
01/2005 għal data fix-xahar Q1/2000 għal data ta' kull tlett xhur |
|
B-116 |
Produzzjoni ta' inġinerija ċivili |
01/2005 għal data fix-xahar Q1/2000 għal data ta' kull tlett xhur |
|
B-210 |
In-numru ta' persuni impjegati |
Q1/2000 |
|
B-220 |
Sigħat maħduma |
Q1/2000 |
|
B-230 |
Pagi u salarji gross |
Q1/2000 |
|
B-320 |
Spejjeż tal-kostruzzjoni |
Q1/2000 |
|
B-321 |
Spejjeż tal-materjal |
Q1/2000 |
|
B-322 |
Spejjeż tal-ħidma |
Q1/2000 |
|
B-411 |
Permessi għall-bini: numru ta’ abitazzjonijiet |
Q1/2000 |
|
B-412 |
Permessi għall-bini: metri kwadri ta' erja ta' l-art utli jew kejl tad-daqs alternattiv |
Q1/2000 |
|
NEGOZJU BL-IMNUT U TAT-TISWIJA |
||
|
C-120 |
Fatturat |
01/2000 |
|
C-210 |
In-numru ta' persuni impjegati |
Q1/2000 |
|
C-330 |
Deflatur tal-bejgħ |
01/2000 |
|
C-123 |
Daqs tal-bejgħ |
01/2000 |
|
SERVIZZI OĦRA |
||
|
D-120 |
Fatturat |
Q1/2000 |
|
D-210 |
In-numru ta' persuni impjegati |
Q1/2000 |
|
D-310 |
Prezzijiet ta’ produzzjoni |
Q1/2006 |
Il-perjodu ta' referenza li għandu jiġi applikat għall-varjabbli individwali hu l-istess bħal dak stipulat fit-taqsimiet (e) ta' l-Annessi A, B, Ċ u D rispettivament, tar-Regolament STS.